Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #3526 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Konferenza fil-Phoenicia — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa flus il-konferenza li saret bejn il-11 u l-15 ta' Jannar fil-Hotel Phoenicia u fiex intnefqu?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-kontijiet dovuti għadhom qed jiġu proċessati, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Villa Rumana — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra f'liema stadju ta' restawr u konservazzjoni wasal il-proġett marbut mal-Villa Rumana ġewwa r-Rabat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa ma hemm għaddej ebda proġett kapitali għall-iżvilupp tal-Mużew ta' l-Antikitajiet Rumani. Dan hu minħabba li d-Dipartiment tal-Mużewijiet għandu f'idejh numru ta' proġetti oħrajn li qed jimpenjaw ir-riżorsi umani u finanzjarji għal din is-sena. Minkejja dan, id-Dipartiment qed jieħu passi biex jikkonserva l-fdalijiet ta' importanza arkeoloġika li jinsabu fuq is-sit.
Leg 9 PQ #3539 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Birgu — Berġa - Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta l-aħħar li saret manutenzjoni fuq il-Berġa tal-belt tal-Birgu u jekk kemm-il darba jiġix ikkonsidrat li tiżdied il-frekwenza ta' ftuh u ta' servizzi billi hemm parti sostanzjali tal-popolazzjoni ta' l-imsemmi raħal li qed tavvanza fl-eta' u ssibha diffiċli biex tmur post ieħor?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-aħħar `refurbishment` li sar fil-klinika tal-Birgu kien fl-1996. Fil-preżent ma hemm l-ebda pjanijiet konkreti biex jitbiddlu l-ħinijiet ta` ftuh tal-klinika fil-Birgu.
Leg 9 PQ #3540 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Lands Department/Joint Office — Siti ta' natura storika

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm siti ta' natura storika, barra fortizzi, li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejhom?

Response (BORG, TONIO)

L-Onor. Interpellant zgur japprezza li partijiet kbar minn Malta u Għawdex jistgħu jaqgħu taħt id-difinizzjoni ta' sit ta' natura storika, u għalhekk nitolbu jkun aktar speċifiku. 25.01.99

Mużewijiet — Materjal ta' informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'materjal ta' informazzjoni, bħal per eżempju gwidi eċċ., huwa għad-dispożizzjoni tal-viżitaturi barranin u Maltin fil-mużewijiet tagħna?

Response (GALEA, LOUIS)

Filwaqt li f'dan ir-rigward jidher li hemm ħafna x'isir, informat li fil-mużewijiet hemm captions li jiddeskrivu l-oġġetti esibiti. Il-viżitaturi jistgħu wkoll isaqsu lill-kustodji tad-dipartiment xi informazzjoni li jkunu jixtiequ dwar xi esibit.
Leg 9 PQ #3542 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Interim From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mużewijiet/siti storiċi — Materjal informattiv

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'materjal konness mal-mużewijiet u siti storiċi tagħna ġie stampat mill-iStamperija tal-Gvern mill-1925 sal-ġurnata tal-lum?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li l-informazzjoni li tista tinġabar tmur lura għall-aħħar ftit snin biss. Id-dettalji għadhom qed jinġabru u jingħataw f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #3631 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet sportivi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3070, jista' l-Ministru jagħti lista tad-diversi għaqdiet sportivi taż-żgħażagħ u volontarji li hu u s-Segretarju Parlamentari kellu laqgħat magħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Saru laqgħat ma' dawn l-għaqdiet u ma xi wħud minn dawn l-għaqdiet saret iktar minn laqgħa waħda. Yachting Fereration Island Karting Club Malta Tea Kwon Do Federation Assoċjazzjoni Sport Muturi National Youth Council Sportsman Travel Fencing Association Amateur Swimming Association Scouts Association Għaqda Kittieba Sports Amateur Weightlifting Association Federazzjoni Maltija Lotta Malta Association of Youth Workers Malta Basketball Association Royal Golf Club Psychology Group Savio Group Assoċjazzjoni Sports Hibernians Marsa Football Club Osanna Pia Birdlife Malta Tony Laurence Dance School Malta Traditional Karate Federation Runners' Association Malta Netball Association Malta Bridge Club International Għaqda Scouts Tarxien Rinella Tennis Club Drag Racing Association (Ħal Far) Ħal Far Model Flying Association All Wheel Drive Club BMX Association Malta Malta Olympic Committee National Youth Council Malta Football Association Marsa Racing Club Shooting Federation (Bidnija) Tour Ta' Malta Table Tennis Association Kumitat Għażliet Sportivi Nazzjonali Hockey Association Għaqda Tiraturi Qormin University Sports Club YSO Young Enterprise Malta Amateur Athletic Association Kerygma Radju MAS Valletta Football Club Malta Amateur Dance Sport Association Razzett tal-Ħbiberija Malta Volleyball Association YMCA G7 Għaqda Żgħażagħ Pawlisti Paola Clay Shooting Pigeon Range
Leg 9 PQ #3632 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Chairman

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3055 u anke fid-dawl tar-risposta li kienet ingħatat qabel fejn intqal li ċ-chairman ta' l-MIA jitħallas Lm4,000 biss, ġentilment nitlob lill-Ministru sabiex iwieġeb b'mod sempliċi (u mingħajr retorika) mistoqsija parlamentari numru 3055, ċioe' jekk hux fulltime jew part-time? Jista' l-Ministru allura jgħid jekk minn mindu nħatar iċ-chairman il-ġdid ta' l-MIA, inbidilx l-ammont ta' ħlas għax-xogħol li qed jagħmel?

Response (BONNICI, JOSEF)

Naħseb li r-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3055 kienet ċara biżżejjed. Tajjeb li nfakkar li c-Chairman, preċedenti,maħtur mill-Gvern Laburista, kien jitħallas Lm18,000. Ic-Chairman preżenti qed jitħallas Lm4,000; iżda inżid ngħid li qed isir eżerċizzju biex jiġu aġġustati r-remunerazzjoni taċ-Ċhairmen in generali.
Leg 9 PQ #3633 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet taż-żgħażagħ — Talbiet għall-għajnuna

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3069, ma jaħsibx il-Ministru li huwa fl-interess tal-Kamra li tkun taf xi proġetti jew attivita' dawn l-għaqdiet applikaw għalihom u kemm kienet it-talba tagħhom? Jista' l-Ministru jgħid għaliex m'huwiex etikament korrett li tixxandar din l-informazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Għaliex l-għaqdiet li qiegħdin nitkellmu fuqhom huma volontarji u privati u sal-punt li huma jirċievu xi fondi pubbliċi għandu jiġi konsidrat li l-proġett u t-talbiet sottomessi jkunu konfidenzjali. Peress li l-Onor. Membru diġa' jaf liema huma dawn l-għaqdiet mit-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija numru 3069, m'għandux isibha diffiċli jitlob l-informazzjoni lill-għaqdiet konċernati. B'hekk ikollhom l-opportunita' jiddeċiedu huma x'tagħrif jagħtu. Naturalment f'kull każ fejn jingħataw xi fondi pubbliċi l-Kamra tingħata kull informazzjoni li tixtieq.
Leg 9 PQ #3649 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex studenti universitarji li daħlu din is-sena akkademika u li għandhom dritt jieħdu Lm100 fix-xahar bħala stipendju minħabba s-sitwazzjoni diffiċli tal-familja m'humiex jingħataw dan l-istipendju? Kemm hemm studenti universitarji li daħlu din is-sena akkademika li jikkwalifikaw għal stipendju sħiħ ta' Lm100? Iltaqa' l-bord li jiddeċiedi dawn il-każi? Kemm-il darba ltaqa' min hemm fil-bord?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti Universitarji li daħlu din is-sena akkademika u li għandhom dritt jieħdu Lm100 fix-xahar bħala stipenju minħabba s-sitwazzjoni diffiċli tal-familja jridu jingħataw dan l-istipendju skond kif jiġi deċiż mill-bord li twaqqaf b'seħħ mill-5 ta' Jannar 1999. Studenti Universitarji li daħlu din is-sena akkademika u applikaw għal dan l-istipendju huma 25. Informat ukoll li l-avviż fil-Gazzetta tal-Gvern dwar il-kompożizzjoni ta' dan il-Bord ġiet pubblikata fil-15 ta' Jannar 1999. Dan il-Bord issa ser jiltaqa' fil-futur qrib.
Leg 9 PQ #3650 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħaġar Qim/Imnajdra

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija tikkonkludi l-investigazzjonijiet tagħha l-pulizija dwar jekk kienx hemm splużjonijiet qrib Ħaġar Qim u Mnajdra fl-aħħar tliet xhur ta' l-1998? Jekk ġew konklużi, x'sabet il-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li minn diversi spezzjonijiet li saru mill-Pulizija tad-Distrett fil-barriera Nru. 9, li tinsab Qasam il-Kbir, limiti tal-Qrendi, qrib Ħaġar Qim u l-Imnajdra, ma jirriżultax li kienet qed titħaddem u jidher li din ilha ma tintuża tant li tinsab fi stat ta' abbandun u l-magni li hemm qed jittieklu mis-sadid. Ninsab infurmat ukoll li l-aħħar spezzjoni saret fil-15 ta' Jannar, 1999, u li l-Pulizija se tibqa' tagħmel spezzjonijiet biex jiġi żgurat li ma jsirx xogħol fil-barriera in kwestjoni. 25.01.99
Leg 9 PQ #3651 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

SEC/MATSEC — Rapport

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta r-rapport dwar is-sistema ta' l-eżamijiet SEC u MATSEC? Meta se jixxandru r-rakmandazzjonijiet? Kemm-il darba ltaqa' l-bord? Ma' min ikkonsulta l-bord? X'kienu, fil-qosor, il-fehmiet ta' dawk li kkonsulta magħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord biex jiffaċilita l-analiżi tal-MATSEC għadu kif lesta r-rapport tiegħu u ġie ppublikat nhar is-Sibt, 23 ta' Jannar 1999 u issa qed inqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-Bord iltaqa' għoxrin darba u fi wħud minn dawn il-laqgħat tkellem u kkonsulta ma' diversi uffiċjali tal-Bord tal-MATSEC, ta' l-Universita' u tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, kif ukoll ma' kapijiet ta' skejjel, għalliema, studenti u l-ġenituri tagħhom. Fil-fehma tal-maġġoranza kien hemm nuqqasijiet f'xi aspetti li jirrigwardaw l-organizzazzjoni ta' l-eżamijiet, speċjalment il-livelli u l-kontenut tal-mistoqsijiet, il-karti A u B tas-SEC, il-livell intermedjarju tal-Matrikola, li hemm lok għal titjib f'diversi setturi, b'mod speċjali fejn jidħol ko-ordinament bejn min jgħallem u min jeżamina. Ilment komuni ħafna kien jirrigwarda ċ-ċertifikat tal-Matrikola bħala l-uniku mezz biex wieħed jidħol l-Universita'. Ta' min jgħid li kien hemm ukoll min apprezza l-isforzi li saru biex dawn l-eżamijet ittejbu minn mindu bdew sal-lum.

Enemalta — Petrol leaded/unleaded

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qassmet litri ta' petrol leaded u unleaded l-Enemalta lill-pompi tal-petrol f'Malta u f'Għawdex, xahar b'xahar minn Jannar 1997 sa Jannar 1999?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #3653 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Manutenzjoni fl-għasses tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jelenka liema huma dawk l-għases tal-pulizija li huma indikati li se jsir xogħol fihom matul din is-sena finanzjarja biex jingħataw dehra aħjar? Liema xogħol se jsir f'kull għassa u meta hu maħsub li jkun lest? Kemm huwa stmat li se jkun jiswa kull xogħol?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi x-xogħol ta' manutenzjoni fl-għases huwa proċess kontinwu u għaldaqstant isiru dawk ix-xogħolijiet li jkun hemm bżonn minn żmien għal żmien. Bħalissa qiegħed isir xogħol fl-għassa ta' Ħaż Żebbuġ. Huwa maħsub illi matul din is-sena ser isir xogħol ukoll f'diversi għases oħra, fosthom dawk ta' B'Kara, B'Bugia, Buġibba u Rabat Għawdex, sabiex jingħataw dehra aħjar u jkunu customer-oriented. Għal din is-sena ġew allokati Lm15,000 għall-manutenzjoni ta' għases u bini ieħor. 25.01.99
Leg 9 PQ #3654 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Użu tal-breathalyser

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ddaħħal it-test tal-breathalyser fil-gżejjer tagħna? Xahar b'xahar, kemm saru testijiet f'Malta u f'Għawdex? Kemm minn dawn it-testijiet irriżultaw pożittivi? Kemm kien hemm barranin? Kemm kien hemm irġiel u nisa Maltin? Kemm kien hemm nies li ma kellhomx liċenzja tas-sewqan (kienu taħt l-eta') li nqabdu jsuqu taħt l-influwenza tax-xorb?

Response (BORG, TONIO)

L-emendi għall-Ordinanza dwar ir-Regolamenti tat-Traffiku (Kap. 65) dwar it-testijiet tan-nifs maħruġa b'liġi b'Att Nru. VI ta' l-1998, ġew fis-seħħ fil-25 ta Mejju, 1998, b'Avviż Legali 128 ta' l-1998. Ninsab infurmat illi l-informazzjoni dwar il-kumplament tal-Mistoqsija hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 25.01.99

Kalkara — Football ground

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx pjanijiet sabiex matul din is-sena jsir upgrading tal-football ground ġewwa l-Kalkara billi hemm bżonn urġenti li dan isir?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sa xi tlett snin ilu, il-Ground tal-football tal-Kalkara kien amministrat mill-Klabb tal-Football tal-lokal. Fil-preżent dan il-Klabb jinsab xolt u s'issa ħadd ma wera interess fl-użu ta' dan il-ground. Il-Gvern jittama li f'din il-komunita' jerġa' jkun hemm għaqda li tinteressa ruħha u flimkien magħha jara kif l-aħjar ittejjeb is-sitwazzjoni.
Leg 9 PQ #3714 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

DOI — Trasferimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3098, jista' l-Prim Ministru jgħid fejn iż-żewġt persuni li ġew trasferiti ġew posted? Il-persuni nvoluti talbu fejn għandhom jiġu trasferiti? Jekk fl-affermattiv, it-talba tagħhom ġiet milqugħha, rifjutata jew għadha qed tiġi kkonsidrata? Jekk ma ġietx milqugħha, x'inhi r-raġuni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li ż-żewġ persuni trasferiti mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni ġew posted, wieħed it-Teżor u l-ieħor fil-Ministeru għall-Politika Soċjali. Fl-ewwel każ, l-uffiċjal involut ma talabx għal fejn jixtieq jiġi trasferit, filwaqt li fit-tieni każ l-uffiċjal ġie trasferit għall-Ministeru li taħtu jaqa id-Dipartiment li xtaq imur fih.
Leg 9 PQ #3788 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Kumpanniji reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa maħsub li jintnefqu flus minn kumpanniji reġistrati f'Malta sena b'sena fl-aħħar għaxar snin fuq: (a) hospitality; (b) safar; (ċ) business lunches; u (d) perks oħra kollha konnessi man-natura ta' xogħol tal-kumpannija in kwestjoni u eżenti mill-income tax?

Response (DALLI, JOHN)

L-informazzjoni mitluba f`din il-mistoqsija ma tistax tinġabar.
Leg 9 PQ #3789 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu maħsub li hawn persuni Maltin illum ħajjin li qattgħu xi żmien ġewwa l-ħabs? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ma tinżammx din it-tip ta' informazzjoni. 25.01.99
Leg 9 PQ #3790 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm weħlu persuni l-ħabs mill-Qrati fis-sena li għaddiet? Kemm kienu nisa u rġiel? Kemm weħlu kull wieħed? Ta' xiex ġew sentenzjati?

Response (BORG, TONIO)

L-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra. 25.01.99