Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment ta' l-Istatistika — Transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fid-Dipartiment ta' l-Istatistika? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-perjodu msemmi sar trasferiment wieħed mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika. Dan it-trasferiment sar fuq talba tal-persuna konċernata. Trasferimenti fil-futur jsiru skond l-esiġenzi tad-dipartiment.

ETC — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-ETC mill-31 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid ukoll, jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għal imsemmi impjieg?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-perjodu bejn 31 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998, mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, ma ġie mpjegat ħadd. 25.1.99

Sedqa — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mas-sedqa mill-31 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid ukoll, jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għal imsemmi impjieg?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-perjodu ndikat mill-Onor. Membru, ġew impjegati erba' ħaddiema ġodda mal-Aġenzija Sedqa. Tnejn minn dawn ġew impjegati wara sejħiet għall-applikazzjonijiet li kienu ħarġu rispettivament fis-19 u l-31 ta' Mejju 1998. It-tnejn l-oħra ġew magħżula minn listi pprovduti mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u kienu ilhom jirreġistraw mill-10 ta' Diċembru 1997 u s-7 t'Ottubru, 1998 rispettivament. 25.1.99
Leg 9 PQ #3128 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-PBS mill-31 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid ukoll, jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għal imsemmi impjieg?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma ġew impjegati ebda ħaddiema ġodda mal-PBS bejn il-31 ta' Ottubru u l-31 ta' Diċembru 1998.
Leg 9 PQ #3166 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Luċija — Triq Klematis - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Klematis f'Santa Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3167 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Luċija — Triq Katerina Vitale - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Katerina Vitale fit-traffic island, f'Santa Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3168 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Luċija — Triq Katerina Vitale - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Katerina Vitale quddiem it-telephone booth, f'Santa Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunisrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3169 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Triq Birżebbuġa - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Birżebbuga ma' Triq Betta f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3170 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Triq l-Assedju l-Kbir - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq l-Assedju l-Kbir f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3171 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Triq Ġuże' D'Amato - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Ġuże D'Amato, Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3378 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa — Għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa li talbu l-għajnuna ta'l-uffiċċju tal-extensions services, sena b'sena, lokal lokal matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (ZAMMIT, NINU)

In-numru ta' bdiewa li rikorrew fl-uffiċċju distrettwali tal-Extension Service għal għajnuna kienu dawn li ġejjin: 1994 1995 1996 1997 1998 Mosta 614 760 698 824 806 Siġġiewi 432 418 768 1663 1546 Rabat 438 436 764 1793 1794 Żabbar 920 997 1516 1711 1181 Total 2404 2611 3746 5991 5327
Leg 9 PQ #3379 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji — Tjur/annimali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' speċi ta' tjur u annimali li ġew projbiti milli jidħlu fil-gżejjer tagħna mid-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji matul l-1998? Meta ġew projbiti u fuq liema raġunijiet u kriterji ġew projbiti u x'sar minnhom? Jista'l-Ministru jgħid ukoll x'kien permess li jidħol fl-istess perijodu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Servizz Veterinarju joħroġ liċenzji għall-importazzjoni tat-tjur fuq il-kundizzjoni li l-pajjiż ta' l-esportazzjoni jkun ħieles mill-OIE list A diseases tat-tjur. Meta s-Servizz Veterinarju jkollu nformazzjoni uffiċjali li xi pajjiż ikollu l-mard, ma tinħariġx liċenzja. Ma jinżammux records dwar liċenzji li jiġu rifjutati jew importazzjoni li ma ssirx minħabba li ma jinħarġux ċertifikati mill-pajjiż li qegħda tkun issir l-esportazzjoni.
Leg 9 PQ #3380 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Beef Intervention Scheme — Vot

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa l-vot tal-Beef Intervention Scheme approvat fl-estimi tal-Budget ta' din is-sena 1999? Kemm kien fl-1998? Kemm fil-fatt tnaqqset il-levy fuq il-laħam frisk pproċessat importat wara l-5 ta' Settembru, 1998?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fl-Estimi għas-sena 1999 ġew ivvutati Lm120,000 għall-'Guidance and Guarantee Scheme: Beef', iżda d-Dipartiment tas-Servizz Veterinarju ġie awtoriżżat jonora l-ftehim mar-raħħala dwar il-prezz taċ-ċanga li jfisser li l-Gvern qed jiggarantixxi l-prezz minimu miftiehem għaċ-ċanga kollha li normalment tinqatel fil-biċċerija. Fl-Estimi għas-sena 1998 ġew ivvutati Lm120,000, għalkemm in-nefqa kienet akbar ukoll. Ma tnaqqset l-ebda levy fuq l-importazzjoni tal-laħam frisk ipproċessat. Kien hemm interpretazzjoni tal-klassifikazzjoni ta' xi prodotti taċ-ċanga minn naħa tal-World Customs Organization. Riżultat ta' dan inħolqot problema tal-'unseasoned pure beef burgers' li jaf biha kulħadd.
Leg 9 PQ #3381 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Vjal il-Ħaddiem - Dawl

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 371, jista' l-Ministru jinformani dwar l-iżviluppi tax-xogħlijiet meħtieġa fi Vjal il-Ħaddiema, Rabat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li it-talba qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3382 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Laħam frisk ipproċessat

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm kumitat interministerjali sabiex jistħarreġ il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tat-tneħħija ta' 90% fuq il-levy tal-laħam frisk pproċessat importat? Jekk iva, min kienu l-ministeri kkonċernati u jekk le, għaliex?

Response (BONNICI, JOSEF)

Saru diversi laqgħat dwar il-levy fuq il-beef burgers, li nifhem li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant. Dawn il-laqgħat saru bejn il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi u l-Ministeru ta` l-Agrikoltura u Sajd, kif ukoll mal-Ministeru tal-Finanzi.
Leg 9 PQ #3383 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Zammit Clapp — Trasport

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-trasport ta' l-Isptar Zammit Clapp huwiex biss għan-nurses jew anke għall-istaff? Dawk li m'għandhomx trasport mill-ipstar jistgħu jagħmlu użu minn dan l-istess trasport anke jekk issir bi ħlas nominali għal kulħadd? Dan it-trasport huwa pprovdut għal kullimkien jew għal ċerti nħawi biss?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-trasport ta` l-Isptar Zaammit Clapp huwa pprovdut skond in-neċċessita. Is-sistema tat-trasport f`Zammit Clapp baqgħet l-istess minn mindu nfetah l-isptar. It-trasport ta` l-Isptar Zammit Clapp huwa primarjament għas-servizz tal-pazjenti. Fejn jista jagħti servizz ukoll lil dawk in-nurses li jgħatu l-`handover`. Jekk ikun hemm (u normalment ikun hemm) xi post żejjed, dan jintuża mill-istaff kollu fuq bażi ta `first come first served`.

Proprjeta' tal-Gvern — Rikonoxximent

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji tista' tingħata rikonoxximent fuq proprjeta' tal-Gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed nippresumi li l-Onor. Membru qed jirreferi għal rikonoxximent ta' kirijiet ta' postijiet li huma proprjeta' tal-Gvern. Jien infurmat li, f'dak il-każ, id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jevalwa u jiddeċiedi kull talba għal rikonoxximent fuq il-mertu tagħha. 25.1.99
Leg 9 PQ #3419 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Bormla

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuq il-ground ta' quddiem l-iskola primarja ta' Bormla? Jista' l-Ministru ta'lanqas jagħti indikazzjoni meta se jkun lest dan ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol fuq il-ground ta' quddiem l-iskola primarja ta' Bormla jinsab sospiż wara talba f'dan is-sens mid-Direttur tad-Dipartiment tal-Bini u Inġinerija fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet li saret fis-7 ta' dan ix-xahar bl-iskop li l-pjan tax-xogħlijiet fuq Pjazza Santa Margerita jiġi koordinat aħjar. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma tinsabx f'pożizzjoni li tgħid meta jkun lest dan ix-xogħol u jkun tajjeb li l-Onor. Membru jirreferi l-materja lill-Ministru responsabbli.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Impjegati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni kollha li huma fis-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarju parlamentari li jaqa' taħtu? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed u f'liema impjieg kienu l-aħħar qabel ġew fis-segretarjat?

Response (MARCO, GUIDO DE)

Nirriferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li diġa tajt fuq dan is-suġġett għall-interpellanza No. 3450.
Leg 9 PQ #3512 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni kollha li huma fis-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarju parlamentari li jaqa' taħtu? Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed u f'liema impjieg kienu l-aħħar qabel ġew fis-segretarjat?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 3452 f'Seduta 50.