Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bord tal-Kontroll tat-Traffiku — Regoli

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-regoli tat-Traffic Control Board jew ir-Roads Departments dwar l-għamla ta' sleeping policemen? Jekk fin-negattiv, jista' t-Traffic Control Board jew ir-Roads Department joħroġ regoli ċari dwar policement, b'mod speċjali meta uħud minn dawn l-ispleeping policmen qed isiru b'mod li jagħmlu ħsara lill-karozzi u l-bini biswit u li f'ħafna każi lanqas jidhru filgħodu aħseb u ara bil-lejl? Jekk jeżistu regoli, jista' r-Roads Department jew it-Traffic Control Board jara lidawn jiġu obduti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li r-`road humps (sleeping policemen)` approvati mill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku minn Frar ta` l-1995 sa issa kellhom jiġu nstallati skond `specifications` maħruġa mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Kopji ta` dawn l-`ispecifications` jiġu mibgħuta lill-Kunsilli Lokali ma kull approvazzjoni li tiġi mogħtija mill-Bord. Il-Kunsilli Lokali jiġu mgħarrfa wkoll li għandhom jinstallaw `warning signs` li juru l-pożizzjoni tal-`humps`. Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku nforma lill-Kunsilli Lokali li dawk il-`humps` li saru mingħajr permess jew mhux skond l-`ispecifications` għandhom jitneħħew.
Leg 9 PQ #3842 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Zammit Clapp — Testijiet fil-laboratorji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet fil-laboratorju ta' l-Isptar Zammit Clapp ġimgħa ġimgħa tul l-1 ta' Diċembru, 1998 sas-16 ta' Jannar, 1998? Kemm saru testijiet fl-istess laboratorju fl-istess perijodu ta' żmien sena ilu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Din hi l-informazzjoni mitluba li l-Isptar izomm:- Diċembru 1997 1519 Jannar 1998 1481 Diċembru 1998 1268 Jannar 1999 Nil L-informazzjoni qatt ma nżammet gimgħa b'gimgħa u għalhekk mhux statistikament possibbli li tingħata gimgħa b'gimgħa. Mill-1 ta' Jannar 1999 it-testijiet kollha bdew isiru fl-Isptar San Luqa.
Leg 9 PQ #3843 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — OPM Circular No. 15/96

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra OPM Circular No. 15/96 tat-13 ta'Ġunju, 1996?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja taċ-Ċirkulari mitluba mill-Onor Interpellant.
Leg 9 PQ #3844 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pazjenti mibgħuta barra għal kura

Question

Mill-11-il pazjent li f'Awissu 1998 Mr Michael K.D. Benson FRCS ta' "The Nuffield Orthopaedic Centre" l-Ingilterra, għażel biex jingħataw trattament l-Ingilterra, kemm minnhom ingħataw il-kura l-Ingilterra s'issa? Meta mistenni li dawk li kienu magħżula u li s'issa għadhom ma telgħux l-Ingilterra għal kura, jintbagħtu għal kura neċessarja?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-ħdax il-pazjenti kollha qegħdin jistennew biex jintbagħtu għal kura fin-Nuffield Orthopaedic Centre, Oxford. Jonqos li jirċievu d-data ta' l-appuntament. Dwar dawn id-dati, d-Dipartiment ma għandu l-ebda ġurisdizzjoni.
Leg 9 PQ #3845 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Għargħur — Kamra tan-nar

Question

Peress li fi triq li tagħti għal kamra tan-nar tal-Għargħur hija waħda dejqa ħafna, tali li f'każ ta' inċident ma jkunux jistgħu jidħlu ambulanzi u fire engines u peress li taħt il-gvern preċedenti fid-Dipartiment tax-Xogħlijiet kienu tlestew pjanti li għandha titwessa' t-triq msemmija, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li din i-triq titwessa'?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #3856 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati — Separazzjonijiet taż-żwieġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal separazzjonijiet miż-żwieġ quddiem is-Sekond'Awla fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998? Kemm huwa t-total ta' każi ta' separazzjoni miż-żwieġ li hemm pendenti quddiem il-Prim Awla?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi talbiet ġodda għal separazzjonijiet miż-żwieġ quddiem is-SekondAwla kien hemm 811 fl-1995, 893 fl-1996, 914 fl-1997 u 940 fl-1998. Dawn iċ-ċifri jirreferu għal rikorsi preżentati fis- SekondAwla u konsegwentament kemm il-darba kull konjuġi jippreżenta rikors iċ-ċifri qed jarahom bħala żewġ rikorsi. Fil-PrimAwla sal-lum hemm 253 każi ta' separazzjoni miż- żwieġ li huma pendenti. Minn dawn hemm 198 appuntati u 55 li għadhom mhumiex appuntati.
Leg 9 PQ #3857 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Qorti — Każi ta' vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti xahar b'xahar matul is-snin 1996, 1997 u 1998 fuq vjolenza domestika? Kemm minn dawn il-każijiet inqatgħu u x'kienet il-piena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-istatistika kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant ma tinżammx mill-Pulizija. 26.01.99
Leg 9 PQ #3858 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Qorti — Każi ta' stupru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti xahar b'xahar matul is-snin 1996, 1997 u 1998 fuq stupru? Kemm minn dawn il-każi nqatgħu u x'kienet il-piena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-istatistika kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant ma tinżammx mill-Pulizija. 26.01.99
Leg 9 PQ #3860 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Ftehim kollettiv

Question

B'riferenza għal para 4.1.2 tal-Ftehim Kollettiv tas-Servizz Pubbliku li għadu kif ġie ffirmat, i.e. "the need to encourage further the participation of female employees at all the levels of the public service, but in particular in the professional, vocational and managerial grades"; jista' l-Prim Ministru jgħid kif hemm il-ħsieb li dan isir?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-impenn tal-Gvern biex in-nisa jkunu jistgħu jipparteċipaw iżjed fil-livelli kollha tas-Servizz Pubbliku huwa kontinwu. Dan isir billi jittieħdu miżuri biex jinħolqu strutturi li jgħinu n-nisa biex ilaħħqu mar- risponsabbilitajiet tal-impieg u ma dawk tal-familja. Bħalissa dawn il-miżuri huma l-introduzzjoni tar-reduced hours u r-responsibility break, li l-preparazzjoni tagħhom hija fi stadju avvanzat u l-proposti tal-gvern qed jiġu studjati mill-Unions. Wieħed irid ukoll isemmi t-taħriġ li fuqu l-uffiċċju tiegħi huwa impenjat.

Żabbar — Triq Papa Alessandru - Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq Papa Alessandru, Żabbar tingħata kisja tarmac għaliex tinsab fi stat diżastruż?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ma għandi x`inżid xejn mar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari mill-Onor. Chris Agius, Numru 491.
Leg 9 PQ #3875 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDD/MSCL — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema tal-MDD u tal-MSCL li huma sekondati ma' xi dipartiment tal-gvern? Jista' l-Ministru jgħid wkoll ma' liema dipartment qegħdin u mnejn huma? Jista' jgħid ukoll x'inhi l-policy addottata sabiex ħaddiema minn dawn iż-żewġ kumpanniji jintbagħtu on secondment ma' dipartimenti tal-gvern?

Response (BONNICI, JOSEF)

In-numru ta' ħaddiema tal-Malta Drydocks u l-Malta Shipbuilding Co. Ltd. li fis-snin preċedenti ġew sekondati ma' liema dipartiment u minn fejn huma,jidhru fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hija policy tal-Gvern preżenti li ma jkunx hemm secondment ta' ħaddiema minn kumpaniji parastatali għal dipartimenti tal-Gvern.
Leg 9 PQ #3876 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Birgu — Xogħol fuq il-moll

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol li kien beda fuq il-moll tax-Xatt tal-Birgu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed nassumi li l-Onorevoli Membru qiegħed jirreferi għax-xogħol tat-twaqqiegħ li kien qiegħed isir fix-Xatt tal-Birgu liema xogħol issa tlesta.
Leg 9 PQ #3877 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Birgu — Sant'Anġlu - Bozoz

Question

Jista' l-Ministru jara li jitpoġġew xi bozoz fuq il-moll tax-Xatt tal-Birgu, inti u dieħel lejn Sant'Anġlu?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3878 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Monument tal-Vittmi tal-Gwerra - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Monument tal-Vittmi tal-Gwerra li hemm taħt il-Knisja Parrokjali ta'Bormla jkun jista' jinxtegħel kuljum, bil-kont tal-konsum tad-dawl ma jibqax jitħallas minn individwi? X'inhi l-policy tal-Korporazzjoni Enemalta rigward ħlas ta' konsum ta' dawk fuq monumenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #3953 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Protezzjoni liċ-ċittadini

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3780, ma jidhirlux il-Ministru li fil-każ ta' fixed point duties mill-pulizija eċċ. l-awtoritajiet ikkonċernati għandhom jassiguraw li jkun hemm almenu faċilitajiet sanitarji u oħrajn bażiċi? Ma jidhirlux il-Ministru li sempliċement sentry box ma tipprovdiex faċilitajiet u kondizzjonijiet adatti biżżejjed għal persuna li trid taħdem għal ħafna sigħat?

Response (BORG, TONIO)

Ma naħsibx illi s-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellanti huwa prattikabbli, u dan għal diversi raġunijiet. 26.01.99
Leg 9 PQ #3963 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Korporazzjonijiet — Impjegati

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 3645, jista' l-Ministru jagħti t-tweġiba rikjesta fl-istess mistoqsija in konnessjoni għal ingaġġ mal-korporazzjonijiet/entitajiet pubbliċi separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #3964 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Settur pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-parti tal-mistoqsija parlamentari numru 3645 li tirriferi għal stima ta' salarji t'impjegati fis-settur pubbliku kif mitlub?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tingħata tweġiba f`xi seduta oħra.

WSC — Transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fil-Water Services Corporation? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi, fil-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma saru dawn it-trasferimenti:- 1 ħaddiem irritorna fis-sezzjoni fejn kien qabel 1 ħaddiem intbagħat jaqdi d-doveri tiegħu f'distrett 2 haddiema minħabba raġunijiet ta' saħħa 3 ħaddiema fuq talba tagħhom stess

IPSE — Transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mid-29 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, 1998 fl-IPSE? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-perjodu imsemmi ma sarux trasferimenti fl-IPSE. Trasferimenti fil-futur isiru jekk u meta l-eżiġenzi tal-kumpanija jitolbu dan.