Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #3721 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kon-Katidral ta' San Ġwann — Fondazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk itteħdux xi passi biex tibda taħdem il-fondazzjoni msemmija fil-budget biex tieħu ħsieb il-Kon-Katidral ta' San Ġwann? Iltaqgħet xi darba s'issa? Min qed jieħu sehem f'dawn il-laqgħat u min qed jirrappreżenta l-Gvern f'din il-fondazzjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li l-Fondazzjoni Kon-Katidral ta' San Gwann ser titwaqqaf fil-ġimgħat li gejjin.
Leg 9 PQ #3722 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Junior Lyceum Maria Reġina - Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jdumu l-istudenti ta' Form III u Form IV mingħajr għalliema tal-Business Studies fil-Junior Lyceum ta' Maria Regina? X'se jsir biex dawn l-istudenti jġibu lura dak li tilfu tul dan iż-żmien kollu mingħajr lezzjonijiet f'dan is-suġġett?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti tal-Form III u Form IV fil-Junior Lyceum ta' Maria Reġina issa għandhom għalliema tal-Business Studies. Saru arranġamenti biex l-istudenti jkunu jistgħu jgħaddu s-syllabus kollu.

ETC — Trainee welders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew mibgħuta listi mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ lill-Malta Drydocks għal trainee welders u meta ntbagħtu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma rċeviet l-ebda talba mill-Malta Drydocks għal "trainee welders". Il-Malta Drydocks għamlet talba f'Lulju 1998 lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ għal "certified welders" għal impjieg każwali ta' tmien ġimgħat. Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ bagħtet tlett listi lill Malta Drydocks biex tissodisfa din it-talba. 27.1.99
Leg 9 PQ #3807 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Manoel Island — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk itteħdux deċiżjonijiet mill-gvern minn fejn se tgħaddi il-link road li se tgħaqqad Manoel Island mal-bypass ta' Regional Road?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jiena nfurmat li d-Dipartiment tat-Toroq issottometta applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fuq it-triq il-ġdida li għandha tgħaqqad Manoel Island ma' Regional Road abbażi ta' konsultazzjonijiet li saru ma' l-istess Awtorita' ta' l-Ippjanar. Din l-applikazzjoni qed tieħu l-proċess tagħha normali. Jekk l-Onor. Interpellant irid aktar informazzjoni fuq dan, huwa mitlub li jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #3808 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Manoel Island — Art

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-art kollha li hemm ġewwa Manoel Island hijiex tal-Gvern? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpannija Medserv xtratx xi art mill-gvern ġewwa Manoel Island? Jekk iva, meta inxtrat u għal kemm?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-art ta' Manoel Island hija kollha tal-Gvern. Jekk l-Onor. Interpellant irid aktar informazzjoni huwa mitlub li jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #3809 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn residenti barranin li għandhom 'il fuq minn 60 sena jgħixu ġo pajjiżna llum?

Response (BORG, TONIO)

Nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal-barranin li għandhom permess ta' residenza (residence permit) biex jgħixu Malta. Ninsab infurmat li għalkemm s'issa ma tinżammx statistika dwar l-eta' ta' din il-kategorija ta' persuni, minn riċerka li għamel id-Dipartiment konċernat huwa stmat li hawn madwar 700 minnhom li għandhom 'il fuq minn sittin sena. 27.01.99

Barranin miżżewġin Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin miżżewġin Maltin li qed jirreġistraw għax-xogħol u x'tip ta' għajnuna soċjali jieħdu dawn il-persuni u l-familji tagħhom meta ma jkunux qegħdin jaħdmu u kemm swew lill-pajjiżna s-sena l-oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni barranin miżżewġin Maltin li qed jirreġistraw għax-xogħol hu ta' 165. Fejn persuna barranija tkun miżżewġa persuna Maltija, din tiġi nkluża f'din il-familja bħala membru intitolat għall-Għajnuna Soċjali daqs li kien ċittadin Malti. Għaldaqstant mhux possibli li jiġu identifikati persuni barranin. 27.1.99

Benefiċċji soċjali — Persuni fuq ir-relief

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni fuq ir-relief li huma separati? Kemm kienet in-nefqa tal-gvern f'relief lil dawn il-persuni sena b'sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Numru 1094. 27.1.99
Leg 9 PQ #3812 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Ministru tal-Finanzi — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-gvern għal kull ministru jew segretarju parlamentari u delegazzjoni li akkompanjawhom fuq kull safra illi saret mill-5 ta' Settembru sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

In-nefqa pubblika fuq safar minn Ministri u Segretarji Parlamentari fil-perjodu msemmi hija kif gej: Prim Ministru Hames safriet a) Lm 316.06 b) Lm2,677.15 c) Lm1,813.48 d) Lm 861.75 e) Lm1,267.26 Ministru tal-Finanzi Safra Wahda Lm3,435.00 Ministru tat-Turiżmu Erbġħa Safriet a) Lm1,913.00 b) Lm1,737.00 c) Lm1,536.00 d) L-ispiża ġħad mhix maghrufa Ministru ta` Safra Wahda Lm1,996.60 l-Agrikoltura u Sajd Ammont moġħti bil- quddiem-safra ġħad mhix iffinalizata Ministru ġħat-Trasport u Safra Lm1,272.00 Komunikazzjoni Ministru ġħas-Servizzi Safra wahda Lm1,940.68 Ekonomici Segretarju Parlamentari Safra wahda Lm2,797.66 Dr G Hyzler Ministru tas-Sahha Safra wahda Lm4,166.16 Ministru ta` l-Intern Safra wahda Lm1,423.86 Segretarju Parlamentari Safra wahda Lm 770.40 G. Pullicino Ministru ġħall-Ambjent Zewg safriet a) Lm1,257.28 b) Id-delegazzjoni għadha ma rritornatx Ministru ta` Zewg safriet a) Lm 474.02 l-Edukazzjoni b) Lm 900.87 Segretarju Parlamentari Zewg safriet a) Lm 305.69 Jesmond Mugliett b) Lm 92.90 Ministru ta` l-Affarijiet Tlett safriet a) Lm2,357.00 Barranin b) Lm5,961.00 c) Lm2,245.00 Sitt safriet mhux iffinalizzati Segretarju Parlamentari Erbgha safriet a) Lm 576.00 Dr J Borg b) Lm1,347.00 c) Lm 597.00 d) Lm 393.00

Bormla — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li numru ta' toroq żgħar madwar il-blokkijiet ta' appartamenti, lesti u bin-nies fihom, li nbnew fl-area ta' Santa Liena, Bormla tingħatalhom kisja tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dawn it-toroq huma asfaltati, iżda jidher illi tkissru meta nbena l-iżvilupp fil-ġnub tagħhom. Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq sabiex dan jikkunsidra li dawn it-toroq jiġu nklużi fil-programm tax-xogħol.
Leg 9 PQ #3907 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Racing Club — Dħul/Ħruġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown item, item tad-dħul u l-ħruġ li sar mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum fil-Marsa Racing Club?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-dħul u l-ħruġ tal-Marsa Racing Club ma jinvolvux flus ivvutati mill-Estimi Ġenerali approvati minn dan il-Parlament. Għalhekk qed jiġi konsidrat hux il-każ li jintalbu dawn id-dettalji lill-Marsa Racing Club.
Leg 9 PQ #3908 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Graphic Designer

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru W8?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta għadha kif għamlet auditing tar-riżorsi umani. Ħatriet fi gradi ġodda li huma kkontemplati fir-rapport jimtlew skond l-esiġenzi tal-korporazzjoni.
Leg 9 PQ #3909 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Marsa Racing Club — Logħob fuq tlielaq

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess sabiex ikun jista' jsir logħob fuq it-tlielaq taż-żwiemel fil-Marsa Racing Club?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat. 27.01.99
Leg 9 PQ #3910 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Racing Club — Flus maħruġa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se joħroġ flus il-ministeru din is-sena lill-Marsa Racing Club? Jista' jgħid kemm hu maħsub li jiġġeneraw dħul il-Marsa Racing Club u minn xiex ġej dan id-dħul? Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex imħejji business plan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din is-sena l-Ministeru mhux se joħroġ flus lill-Marsa Racing Club. Dwar it-tieni parti tad-domanda nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 3907.
Leg 9 PQ #3911 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Racing Club — Terms of reference

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif inhi regolata r-relazzjoni bejn il-ministeru u l-Marsa Racing Club? Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma t-terms of reference tal-Marsa Racing Club?

Response (GALEA, LOUIS)

Parti mill-Marsa Racing Club Committee jinħatar mill-Ministru. It-terms of reference tal-Kumitat huma li jkollu r-responsabbilita' u l-awtorita' fuq il-Korsa tal-Marsa, li jorganizza u jamministra t-tiġrijiet taż-żwiemel u sport ekwestru, u jagħmel dak kollu meħtieġ li għandu x'jaqsam ma' dawn. Tlitt membri tal-Kumitat huma eletti mill-membri ta' l-Għaqda tas-Sidien u Ġerrejja taż-Żwiemel.

Għargħur — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni li t-toroq Luigi Catania, San Bartolmew u Santa Katerina kollha fil-Għargħur jingħataw it-tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Triq Luiġi Catania u Triq Santa Katerina huma t-tnejn asfaltati, għalhekk titjieb fihom irid isir mill-Kunsill. Il-parti tat-Triq San Bartolomew li mhiex asfaltata għadu qed isir l-izvilupp fiha u għad iridu jiġu nstallati s-servizzi meħtieġa.
Leg 9 PQ #3969 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Advisors

Question

Jista' l-Ministru issa jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 3697?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-persuni li ngħataw kuntratt mis-6 ta' Settembru 1998 kienu l-istaff fis-Segretarjat tal-Ministeru tas-Saħħa viz:- Mr. Saviour Sciberras I.D. 83040G Ms. Denise Vella I.D. 464170M Ms. Marilyn Schembri I.D. 95159M Mr. Carmel Fenech I.D. 279448M Mr. Joe Baldacchino I.D. 335248M Ms. Marinella Mifsud I.D. 74078M Ms. Eleanor Muscat I.D. 311571M Mr. Stephen Gauci I.D. 331474M Mr. Colin Mercieca I.D. 296270M Mr. Antoine Galea I.D. 360566M Mr. Ivo Bonnici I.D. 606160M Mr. Raymond Muscat I.D. 362365M Il-kuntratti li ngħataw huma standard u ġew magħmula fuq dawk stabbiliti permezz taċ-ċirkulari MPO 52/72 ta' 28 ta' Ottubru 1998 u li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra fit-2 ta' Novembru 1998 Seduta 5 b'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 81.
Leg 9 PQ #3129 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Pixxina Nazzjonali mill-31 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid ukoll, jekk ġew imjpjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għal imsemmi impjieg?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul il-perjodu li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mal-Pixxina Nazzjonali.
Leg 9 PQ #3130 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

MFSC — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Financial Services Centre mill-31 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid ukoll, jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għal imsemmi impjieg?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġew impjegati tlieta min-nies. Żewġ applikazzjonijiet ħarġu fit-3 ta` Lulju, 1998 u oħra fil-21 t`Ottubru, 1998.
Leg 9 PQ #3131 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

NTOM — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-NTOM mill-31 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid ukoll, jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għal imsemmi impjieg?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li ma ġie mpjegat ħadd man-National Tourism Organisation-Malta fil-perjodu msemmi fil-Mistoqsija.