Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #3179 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Luċija — Triq Gardenia - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Gardenia, c/w Dawret it-Torri f'Santa Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3180 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Luċija — Triq Żnuber - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Żnuber ħdejn it-taraġ tal-pjazza f'Santa Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3181 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Luċija — Dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu tliet lampi fejn l-għassa tal-pulizija u l-entratura tal-kunsill lokali ta' Santa Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3182 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Luċija — Triq Begona - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Begona, c/w Dawret it-Torri f'Santa Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3183 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Luċija — Triq Dawret it-Torri - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li tiddawwal il-faċċata tal-ħwienet fi Triq Dawret it-Torri, quddiem il-Każin Nazzjonalista, f'Santa Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.

Impjiegi — Spezzjonijiet/investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi policy biex isiru spezzjonijiet/żjarat/investigazzjonijiet għall-għarrieda fid-djar privati tal-ħaddiema tal-gvern waqt li dawn ikunu għall-ġurnata tax-xogħol tagħhom, bħalma ġara nhar il-Ġimgħa 8 ta' Jannar fir-Rabat, Malta minn uffiċjali tal-korporazzjoni? Kemm saru spezzjonijiet/żjarat/investigazzjonijiet simili mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Min kienu dawn il-persuni u fuq liema bażi qed isiru dawn l-investigazzjonijiet fuq nies innoċenti bħall-familjarji ta' dawn il-ħaddiema? Ma' liema unions saru dawn l-arranġamenti u ma' min saru l-konsultazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma teżisti l-ebda policy biex isiru spezzjonijiet/żjarat/investigazzjonijiet għall-għarrieda fid-djar privati tal-ħaddiema tal-Gvern waqt li dawn ikunu għall-ġurnata tax-xogħol tagħhom. Fil-kaz indikat, li ġara nhar il-Gimgħa 8 ta' Jannar fir-Rabat, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ irċeviet ittra anonima fejn ġie allegat li persuna - dan inzerta li jaħdem mal-Gvern - qed jagħmel xogħol bla permess. Ġie allegat ukoll li dan ix-xogħol qed isir matul il-ġurnata meta dan l-individwu suppost ikun fil-garaxx tal-Gvern. Il-Kororazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, bħal ma ġara dejjem, tinvestiga kull allegazzjoni li tirċievi. 27.1.99
Leg 9 PQ #3487 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Popeye Village

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk Popeye Village għaddietx b'ċens, b'tender, b'kirja eċċ lill-kumpannija li qed topera llum? Kull meta jiġġedded il-perijodu taċ-ċens/tender/kirja eċċ lil din il-kumpannija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-kumpanija 'Anchor Bay Services Ltd' baqgħet topera 'Popeye Village' wara ftehim li kienet waslet għalih mal-MIMCOL f'Jannar 1990. Hemm il-ħsieb li l-Gvern joħroġ sejħa għall-offerti għall-kiri ta' l-istess sit fil-futur immedjat. 27.01.99
Leg 9 PQ #3494 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mdina/Rabat — Bini storiku - Restawr

Question

Jista'l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru xogħlijiet ta' restawr fuq bini storiku fl-Imdina u r-Rabat, Malta? Jekk iva, liema huma dawk ix-xogħlijiet ta'restawr proġettati li jsiru fit-tliet snin li ġejjin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment tal-Mużewijiet f'dan l-istadju m'għandux proġetti li se jwettaq fil-futur immedjat. Il-Mistoqsija għandha tiġi mressqa wkoll lid-Diviżjoni għax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent.
Leg 9 PQ #3495 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Rabat

Question

B'riferenza għal bżonn ta' bini ta' hall/sala f'waħda mill-iskejjel tar-Rabat, Malta, liema neċessita' ilha pendenti s-snin, jista'l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinbena fil-futur? Jekk iva, meta u x'daqs?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għalkemm bħala parti mill-iSchools Building Programme tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hemm maħsub il-bini ta' sala fl-iskola sekondarja tar-Rabat, s'issa ma ttieħdet ebda deċiżjoni konkreta li tista' tindika d-daqs u t-tkomplija ta'din is-sala.

Persuna b'diżabilita' — Trasferiment

Question

Kif jispjega l-fatt il-Ministru li qed issir ġustizzja ma' persuni b'diżabilita' meta ħaddiem li jbati minn diżabilita' permanenti u kritika ġie trasferit minn Kalaxlokk għal mal-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd - ittra mibgħuta minn Kalaxlokk lil dan l-individwu qed tintbagħat separatament - meta imbagħad fit-12 ta' Jannar ġie nformat mill-uffiċjali tal-Pitkalija li l-Ministru ma approvax it-transfer tiegħu? In vista ta' dawn iċ-ċirkustanzi, jista' l-Ministru jinvestiga u jawtorizza lil dan il-ħaddiem jkompli bil-missjoni tax-xogħol tiegħu fil-Pitkalija Ċentrali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli. Ma dana kollu jiena persważ li fil-konsiderazzjoni ta' dan il-każ tingħata attenzjoni xierqa lill-fatt li l-ħaddiem in kwestjoni hu persuna b'diżabilita'. 27.1.99
Leg 9 PQ #3679 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Għassa tal-Pulizija — Wied il-Għajn

Question

In vista' ta' l-aħħar tweġiba parlamentari rigward il-manutenzjoni ta' l-għassa tal-pulizija ġewwa r-raħal ta' Wied il-Għajn, jista' l-Ministru jikkunsidra li jinkariga uffiċjali sabiex isir rapport ta' dak li hemm bżonn li jsir bħala tiswija u jistax jinkludi rappreżentant tad-Dipartiment tal-Mużewijiet?

Response (BORG, TONIO)

Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant ser ikun ikkunsidrat fid-dawl ta' dak li ngħad fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2483 f'Seduta 29. 27.01.98
Leg 9 PQ #3680 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Lands Department — Kirjiet/ċnus

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kirjiet u ċnus mogħtija mil-Lands Department lill-pubbliku in ġenerali ta' partijiet mis-swar tal-Kottonera u tal-Belt?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għad trid tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra. 27.01.99
Leg 9 PQ #3681 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Lands Department — Kirjiet/ċnus

Question

In vista tat-tweġiba parlamentari numru 3332, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk humiex se jittieħdu passi għat-terminazzjoni tal-lokazzjoni tal-Fortizza ta' San Anard, jew hux se jkun hemm ripresa ta' parti biss minnha jew hux se jkun hemm tiġdid tal-lokazzjoni, billi jidher li din ġiet fit-tmiem fit-18 ta' Ottubru, 1997?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta' l-Art għadu mhux f'pożizzjoni li joffri sit alternattiv liż-żewġ farms li preżentement qed jokkupaw l-istess forti. 27.01.99
Leg 9 PQ #3682 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Lands Department — Kirjiet/ċnus

Question

In vista tat-tweġiba parlamentari numru 3332, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux se jittieħdu passi għat-terminazzjoni tal-lokazzjoni tal-Forti San Tumas, Wied il-Għajn, jew hux se jkun hemm ripresa ta' parti biss minnha, jew hux se jkun hemm tiġdid tal-lokazzjoni billi jidher li din ġiet fit-tmiem fis-16 ta' Awissu, 1998?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-lokazzjoni ġiet terminata u ċ-ċwievet tal-Forti San Tumas issa qegħdin f'idejn id-Dipartiment ta' l-Estate Management. Qiegħed jiġi studjat l-aħjar użu li jista' jsir minn din il-proprjeta', anke fid-dawl ta' talba li saret mill-Kunsill Lokali ta' Marsacala. 27.01.99
Leg 9 PQ #3683 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Lands Department — Kirjiet/ċnus

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kirjiet u ċnus mogħtija mil-Lands Department lill-pubbliku in ġenerali li huma 'l fuq minn Lm200 iżda li ma jaqbżux il-Lm500 bħala ħlas fis-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' kirjiet u ċnus mogħtija mill-Lands Department lill-pubbliku in ġenerali li huma 'l fuq minn Lm200 iżda li ma jaqbżux il-Lm500 fis-sena hu ta' 1,107. 27.01.99

Dipartiment ta' l-Agrikoltura u Sajd — Artijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm għandu art f'idejh id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u Sajd u din b'liema titolu u mingħand min, fl-akkwati tat-Tieni Distrett elettorali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Skond ir-rekords, l-artijiet li d-Dipartiment għandu f'idejħ fl-akkwati tat-Tieni Distrett elettorali huma mikrija mingħand il-Kummissarju ta' l-Artijiet. Dawn huma: Żabbar Olive Grove Senglea Point Garden Ex-Military Cemetry, Kalkara Romm 1st Floor, Civil Centre, Żabbar
Leg 9 PQ #3717 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Manutenzjoni

Question

Wara li neħħa xi nies li xogħlhom kien li jduru l-lantijiet tax-xogħol biex jaraw li l-kuntratturi jagħtu livell tajjeb ta' xogħol fl-iskejjel, x'arranġamenti ġodda qed isiru issa biex jiġi żgurat li l-kuntratturi qed jagħtu value for money fix-xogħol tagħhom peress li qed jasluli rapporti li f'diversi skejjel ix-xogħol mhux qed isir kif mistenni?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma jirriżulta bl-ebda mod li tneħħew xi nies kif semma' l-Onor. Kollega, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni s'issa għadha qed tuża l-istess struttura u l-istess nies li kien hemm qabel inbidel il-Gvern f'Settembru 1998. B'danakollu jirriżultali li hemm djugħfija sew fl-istruttura kif ukoll fil-kwalita' u l-kompetenza tan-nies meħtieġa. Dan hu wieħed mis-suġġetti li qed niddiskuti ma' l-awtorita' kompetenti.
Leg 9 PQ #3718 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Manutenzjoni

Question

Wara li l-kapijiet ta' l-iskejjel ntalbu jgħidu x'inhuma l-ħtiġijiet ta' l-iskejjel li jmexxu biex ikunu jistgħu jidħlu fil-programm ta' xogħol fl-iskejjel, jista' l-Ministru jgħid x'talbu l-kapijiet, skola bi skola, u xi pjan hemm biex dawn it-talbiet jiġu milqugħa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-talbiet li ntbagħtu mill-Kapijiet ta' l-Iskejjel għal xogħlijiet diversi fl-skejjel tagħhom fil-preżent qegħdin jiġu katalogati u evalwati skola bi skola, u fil-mument opportun, darba jsir dan il-proċess, kull skola tkun infurmata bl-ammont ta' xogħol li jkun jista' jitwettaq fl-1999.
Leg 9 PQ #3719 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Rabat — Triq Vjal il-Ħaddiema - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġu nvestigati rapporti li fi Triq Vjal il-Ħaddiem, Rabat, Malta, ħiereġ id-drenaġġ minn ġo tappiera min-naħa ta' Triq Ħad-Dingli u jibqa' sejjer ġo katusi li saru bl-ispralli biex jgħaddi l-ilma tax-xita? X'jista' jsir biex jieqaf dan il-fawran ta' drenaġġ? Meta se jsir ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fil-fatt l-isbruffar sar minħabba ksur ta' main fi Vjal il-Ħaddiem, Rabat. Ir-rising main ta' Ħad-Dingli iferra' f'dan il-post u għalhekk id-drenaġġ ma kellux minn fejn jgħaddi. F'survey bil-CCTV camera illokajna l-biċċa main li riedet tinbidel. Din fil-fatt inbidlet u kollox tlesta sa tmiem il-ġimgħa l-oħra biex ġie solvut dan il-fawran imsemmi.
Leg 9 PQ #3720 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Qawra — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jitkompla x-xogħol tal-proġett tal-Qawra, taħt il-Qawra Palace, fejn hemm 60 boathouse li s-sidien tagħhom ilhom erba' xhur ma jistgħux joħorġu d-dgħajjes għax inqala' quddiem il-garaxxijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi x-xogħol fuq dan il-proġett jinsab wieqaf. L-Awtorita' ta' l-Ippjanar talbet lit-Taqsima tax-Xogħlijiet għal pjanti riveduti. Dawn saru u ġew sottomessi iżda qabel ma joħorġu l-permessi meħtieġa ma jistax jitkompla x-xogħol.