Legislature:
Category:
Reset
Active:

Zebbuġ — Triq tat-Troll - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra b'urġenza l-istallazzjoni ta' street lamp fi Triq tat-Troll, Ħaż-Żebbuġ? Jidhirlu l-Ministru li viċin dar li hemm f'din it-triq id-dlam f'din il-parti iżolata jista' jkun ta' abbuż?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa Ħal Balzan, Birkirkara u Ħal-Lija li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra. 1.2.99

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonantii ġewwa l-Għargħur, l-Iklin, il-Mosta u n-Naxxar li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra. 1.2.99

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa l-Gudja, il-Marsa, Raħal Ġdid, Santa Luċija u Ħal Tarxien li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra. 1.2.99
Leg 9 PQ #4226 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Wied il-Għajn — Xogħol ta' embellishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' embellishment li qiegħed isir f'Wied il-Għajn hux kopert bil-permessi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar meħtieġa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' embellishment li qiegħed isir f'Marsascala hu kkonċentrat fil-parti taż-Żonqor. Dan ix-xogħol hu kopert bil-permess tal-bini liema permess ikopri mill-ex-Pixxina Nazzjonali sal-Playing Fields fi Triq iż-Żonqor. Saru żewġ applikazzjonijiet oħra għall-bqija tal-promenade jiġifieri mill-playing fields sa Triq San Ġorġ. Dan ix-xogħol mistenni jibda hekk kif joħorġu l-permessi meħtieġa.
Leg 9 PQ #4227 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministru tas-Saħħa — Safar

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2839, jista' l-Ministru jikkonferma li: (i) id-delegazzjoni ministerjali li attendiet Geneva bejn it-3/5/97 - 15/5/97 ħadet parti wkoll f'laqgħat tal-Grupp Ewropew tal-WHO, kif ukoll għad-49 Assemblea Internazzjonali tal-WHO; (ii) id-delegazzjoni ministerjali li attendiet għas-47 sezzjoni tal-WHO, reġjun ta' l-Ewropa bejn l-14/9/97 - 18/9/97, kellha testendi ż-żmien fit-Turkija ħalli jiġi ffirmat ftehim bilaterali fuq it-turiżmu bejn Malta u t-Turkija, minħabba li l-ministru Malti responsabbli mit-turiżmu kien indispost; u (iii) id-delegazzjoni ministerjali li attendiet Geneva għall-50 Assemblea tal-WHO bejn 8/5/98 - 12/5/98 attendiet ukoll għal-laqgħat tal-Ministri tas-Saħħa tal-Grupp Ewropew, tal-Grupp Non-Aligned u għall-Pre-Commonwealth Meeting?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-Onor. Interpellant m'għandux bzonn il-konferma tiegħi, għax kien hu stess li mexxa dawn id-delegazzjonijiet.
Leg 9 PQ #4228 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Assistant Principal Radiographer

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-riżultati ta' l-eżami għall-postijiet ta' Assistent Principal Radiographer meta ġew ippubblikati? Għalkemm perijodu ta' żmien kien validu dan ir-riżultat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-riżultat ta' l-intervisti għall-postijiet ta' Assistant Principal Radiographer ġie ppublikat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku fil-5 ta' Settembru 1997 u kien validu għal sena.
Leg 9 PQ #4229 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Anti Litter Act — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru ċitazzjonijiet biex tinżamm l-indafa f'pajjiżna skond l-Anti Litter Act, fl-1997 u fl-1998?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' ċitazzjonijiet fuq ksur ta' l-Att dwar Żibel u Skart matul l-1997 u l-1998 kien ta' 50 u 35 rispettivament. 01.02.99
Leg 9 PQ #4230 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ċitazzjonijiet fuq overspeeding

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru ċitazzjonijiet fuq overspeeding matul l-1997 u l-1998?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' ċitazzjonijiet fuq overspeeding matul l-1997 u l-1998 kien ta' 386 u 470 rispettivament. 01.02.99
Leg 9 PQ #4231 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Valletta Rehabilitation Committee

Question

Peress li l-Valletta Rehabilitation Committee hu responsabbli għar-riabilitazzjoni tal-Belt Valletta u l-Floriana, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-rappreżentanza ta' dawn iż-żewġ lokalitajiet f'dan il-kumitat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta bħalissa jinsab xolt u l-membri fuq dan il-Kumitat għad iridu jinħatru.

Trasport Pubbliku — Pitrolju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu sabiex il-pitrolju mraħħas ma jintużax bħala fuel għat-trasport pubbliku?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita` għat-Trasport qed tinvestiga l-miżuri neċessarji biex jerġgħu jibdew isiru spezzjonijiet għall-għarrieda fuq il-karozzi tal-linja.
Leg 9 PQ #4233 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Local wardens

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li jibdew jiġu ngaġġati local wardens mill-kunsilli lokali?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Is-servizzi tal-local wardens hija parti fl-iskema tad- devoluzzjoni ta` l-infurzar tal-liġijiet. Din l-iskema tiġi ntrodotta meta l-Kunsilli jkollhom l- infrastruttura neċessarja biex verament ikunu jistgħu jeżerċitaw b'mod effettiv id-delega ta` l-infurzar tal- liġijiet. Il-mira hi li din is-sena jkun possibbli li dan iseħħ.

MMA — Reġistrazzjoni ta' vapuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħal revenue l-Malta Maritime Authority mir-reġistrazzjoni ta' vapuri taħt il-bandiera Maltija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat skond l-`audited financial statements` ta` l-Awtorita` Marittima ta` Malta għas-sena li għalqet 30 ta` Settembru 1998, id-dħul ta` l-Awtorita` ma` l-attivita` konnessa ma` registrazzjoni ta` vapuri taħt il-bandiera Maltija kien jammonta għal Lm2,895,155.

IPSE — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-IPSE mill-31 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid ukoll, jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għal imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-perjodu msemmi ġiet impjegata persuna waħda fil-grad ta' Segretarja/Accounts Clerk ma' l-IPSE. Dan l-impjieg sar wara li fit-12 ta' Ottubru 1998 l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ kienet bagħtet żewġ applikanti biex jimtela' l-imsemmi grad. It-talba lill-Korporazzjoni saret fil-5 ta' Ottubru 1998 wara li ebda persuna mill-MDC, METCO u MIMCOL ma' kienet applikat.

Malta Freeport Corporation — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Freeport Corporation mill-31 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid ukoll, jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għal imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-perjodu li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant ġew impjegati ħames ħaddiema ġodda fil-Malta Freeport Corporation imqassmin hekk: Tnejn (2) fil-grad ta' Supervisor/Purchasing Officer wara li saret talba lill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ fis-17 ta' Novembru 1998. Tnejn (2) fil-grad ta' Mechanic wara li saret talba lill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ fis-16 ta' Lulju 1997; u Wieħed (1) fil-grad ta' Elec/Elect. Technician wara li saret talba lill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ fis-17 ta' Ġunju 1997. L-ebda ħaddiem ġdid ma ġie impjegat f'din f'din l-azjenda mingħajr ma' ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet.

Air Malta — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Air Malta mill-31 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid ukoll, jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għal imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-perjodu msemmi ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda ma' l-Air Malta.

Maltacom — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Maltacom mill-31 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid ukoll, jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għal imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-perjodu msemmi ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda ma' Maltacom plc.

Malta International Airport — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta International Airport mill-31 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid ukoll, jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għal imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-perjodu msemmi ma ġew impjegati l-ebda ħaddiema ġodda mal-Malta International Airport.

Malta Drydocks — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Drydocks mill-31 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid ukoll, jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għal imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-perjodu msemmi l-ebda ħaddiem ġdid ma ġie impjegat fil-Malta Drydocks.
Leg 9 PQ #3178 Sitting 57 1999-01-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Luċija — Trejqet iż-Żahar - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Trejqet iż-Żahar f'Santa Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.