Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #4078 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Kors BA Religious Studies

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-istudenti li qed jagħmlu fil-kors BA Religious Studies fl-ewwel sena tħallew bla karta ta' l-eżami fil-History and Methods of Cathecetics nhar il-25 ta' Jannar, 1999 u kellhom joqogħdu jiktbu l-karta tal-mistoqsijiet li ġiet dettata lilhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li nhar il-25 ta' Jannar, 1999 l-istudenti fil-kors tal-BA Religious Studies kellhom test ta' siegħa (mhux eżami) fil-History and Methods of Cathecetics. Id-distinzjoni prinċipali bejn test u eżami hi li test isir b'anqas formalita', iżda fl-istess serjeta' ta' eżami. Informat li ma hemm xejn straordinarju li l-lecturer iddetta tlett mistoqsijiet li minnhom l-istudenti kellhom jirrispondu tnejn.
Leg 9 PQ #4079 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — OPM Circular No. 15/96

Question

B'riferenza għall-OPM Circular No. 15/96, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il eċċezzjoni saret, wara l-ħruġ ta' dik iċ-ċirkolari sad-data ta' l-elezzjoni ġenerali ta'l-1996, bl-approvazzjoni tal-Management and Personnel Office u għal-liema raġuni saret dik l-eċċezzjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat illi mit-13 ta' Ġunju sal-24 t'Ottubru 1996 ġew ingaġġati sitt Statisticians fuq kuntratt b'effett mid- 19 t'Awissu. Jiena tajt l-approvazzjoni tiegħi għall-kuntratt fit-23 ta' Settembru 1996 wara li nġibdet l-attenzjoni tad- dipartiment li kellhom iġibu l-approvazzjoni ta' l-Uffiċċju tiegħi minn qabel. Din l-approvazzjoni tingħata wara li l- istaff kien ġie diġa approvat mill-Kumitat tal-Kabinett dwar ir-Riforma tas-Servizz Pubbliku fit-2 ta' April 1996.

Għargħur — Twessigħ ta' triq

Question

Peress li t-triq li tagħti għall-kamra tan-nar tal-Għargħur hija waħda dejqa ħafna, tant li f'każ ta' inċident ma jkunux jistgħu jidħlu ambulanzi u fire engines, u peress li taħt il-gvern preċedenti fid-Dipartment tax-Xogħlijiet kienu tlestew pjanti li għandha titwessa' t-triq imsemmija, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li din it-triq titwessa'?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li qed jittieħdu passi biex issir l-esproprijazzjoni ta` l-art meħtieġa għat-twessiegħ u biex tintefa l-applikazzjoni neċessarja għand l-Awtorita` ta` l-Ippjanar. It-twessiegħ tat-triq li taqa` barra minn żona ta` żvilupp, ikun jista jsir wara dawn il-proċessi neċessarji.

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li għandu pension number 16/084384 li kien intitolat għall-pensjoni mensili ta' Lm263.99c u li din f'daqqa waħda u proprju f'Ottubru 1998 niżlet għal Lm159.56c? Jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet u d-dettalji kollha dwar dan l-aġir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lil Onor. Interpellant li billi l-informazzjoni mitluba hija ta' natur kunfidenzjali, tlabt lid-Dipartiment biex jinfurmaw direttament il-persuna kkonċernata bl-informazzjoni kollha dwar il-każ tagħha. Jien infurmat li kemm hi u kemm persuni għan-nom tagħha diġa' kellhom xi laqgħat ma' uffiċjali tad-Dipartiment dwar il-każ. 1.2.99

WSC — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu kontijiet tad-dawl u l-ilma mill-1 ta' Diċembru sal-lum? Ta' liema kategorija kienu dawn il-kontijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #4086 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Ambjent

Tajr protett

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar x'inhija l-policy tal-Gvern dwar ir-reġistrazzjoni li kienet bdiet issir ta' tajr protett ibbalżmat u jgħid jekk tkomplewx t-taħdidiet li kienu nbdew dwar tagging ta' dawn l-eżemplari bbalzmati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li xejn ma nbidel f'dik li hi policy tar-reġistrazzjoni u 'tagging' ta' tajr protett ibbalzmat. Bi ħsiebna nkomplu bit-taħditiet dwar is-suġġett li kienu bdew taħt l-amministrazzjoni preċedenti.
Leg 9 PQ #4087 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Ambjent

Ħarsien ta' l-Ambjent — Ħitan tas-sejjieħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex titkompla l-kampanja li kienet inbdiet taħt l-amministrazzjoni preċedenti biex jitneħħew tankijiet, u materjal ieħor estranju, minn fuq il-ħitan tas-sejjieħ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Din l-Amministrazzjoni ma bidlet xejn mill-kampanja mibdija mill-Amministrazzjoni preċedenti rigward tat-tneħħija ta' tankijiet u materjal estranju ieħor minn fuq il-ħitan tas-sejjieħ. Din il-kampanja tista' titqies bħala l-ewwel fażi, u kienet suċċess għax ħafna sidien fehmu l-għan tal-kampanja u naddfu l-ħitan minn dawn l-oġġetti minn rajhom. Din l-Amministrazzjoni tħoss li qabel ma l-kampanja tgħaddi għat-tieni fażi, jeħtieġ jiġu identifikati nħawi li minħabba l-karattru tipiku rurali tagħhom jeħtiġielhom konservazzjoni. Dawn jista' jinkludu per eżempju trejqiet fil-kampanja u widien.
Leg 9 PQ #4088 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Ambjent

Kors tar-Rubble wall building

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk li segwew il-kors ta' l-ETC dwar rubble wall building għaddew il-kors b'suċċess u kemm minnhom inħatru bħala tali? Jista' l-Ministru jgħid fejn bħalissa qegħdin jiġu wżati l-kapaċitajiet ta' dawn il-bennejja ta' ħitan tas-sejjieħ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-proċeduri għall-ħatra ta' dawk li temmew b'suċċess dan il-kors għadhom għaddejjin u bħalissa d-Dipartiment qed jistenna l-approvazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku dwar il-ħatra tal-Bord ta' l-Għażla.
Leg 9 PQ #4089 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Probation officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa l-ammont stmat fil-budget 1999 biex jiġu mpjegati aktar probation officers?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ammont stmat biex jiġu mpjegati Probation Officers u Trainee Probation Officers ġodda matul din is-sena hu ta' madwar Lm35,000. 01.02.99

Prodotti ta' l-Ikel — Prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-investigazzjonijiet li kellhom isiru għall-mistoqsija parlamentari numru 1687 li għamilt fil-23 ta' Novembru, 1998?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li mill-investigazzjonijiet li saru mid-Dipartiment tal-Kummerċ, ma jirriżultax li kien hemm żieda fil-prezzijiet tal-prodotti msemmija, ħlief Mr.Tom peanut bars ta' 40 gramma.Il-prezz ta' dan il-prodott żdied minn barra.
Leg 9 PQ #4091 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Probation officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-criminal offenders ġew mogħtija probation officer matul dawn l-aħħar erba' snin u li kienu jew huma ssupervizjonati mill-Probation Officers ta' St. Elmo's Probation Unit?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 01.02.99
Leg 9 PQ #4092 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dyslexia — Testijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw tfal biex isirilhom t-test tad-Dyslexia minn mindu twaqqaf dan is-servizz? Kemm minn dawn it-tfal ġew eżaminati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Settembru 1997, minn mindu twaqqaf is-servizz għad-Dyslexia applikaw 354 tfal. Minn dawn ġew eżaminati 231.
Leg 9 PQ #4093 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Diploma fil-Probation Services

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti minn meta beda l-kors sal-lum li ħadu d-Diploma fil-Probation Services, li taqa' taħt il-Forensic Institute fl-Universita' ta' Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li ħadu d-Diploma fil-Probation Services minn meta beda huwa 21.
Leg 9 PQ #4094 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Probation officers — Warrants

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw warrants lill-persuni biex jaħdmu ta' Probation Officers sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li mill-1994, meta l-Probation Services għaddew taħt ir-respnsabbilita' tad-Direttorat Ġenerali ta' l-Intern, sal-lum ġew appuntati 7 persuni bħala Probation Officers. 01.02.99

Enemalta — Distanza ta' arbli

Question

B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 3557 (Seduta Nru. 51 tat-18.01.99) kif jista' jispjega l-Ministru li din id-distanza mkejla minn perit turi 147 (mija u seba' u erbgħin) metru waqt li l-uffiċjal ta' l-Enemalta qiegħed juri distanza ta' 163 metru? Jista' l-Ministru jindika lill-Interpellant ma' min qiegħed jieħu dan il-kejl b'diskrepanza li tista' tinvolvi lill-klijent fi spejjeż żejda?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li d-distanza li għandha x'taqsam ma' l-estenzjoni tas-servizz ta' l-elettriku, li aċċenna għaliha l-Onorvoli Interpellant, tikkomprendi kemm il-linja kif ukoll is-'service cable'. Dawn id-distanzi huma ta' 149 metru u 14-il metru rispettivament. Għaldaqstant id-distanza ta' 163 metri mogħtija fit-tweġiba għall-Mistoqsija numru 3557 hija korretta.
Leg 9 PQ #4097 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Ħażna ta' pitrolju fl-Imsida

Question

Tista' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tieħu konjizzjoni tal-fatt li t-talba pendenti għal ħażna ta' pitrolju fi Triq is-Snajja', l-Imsida hija ta' periklu kbir għar-residenti fl-inħawi? Isiru konsultazzjonijiet ma' l-Awtorita' tas-Saħħa qabel jinħarġu permessi simili?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għamlet il-konsultazzjonijiet kollha neċessarja inklużi dawk mad-Dipartiment tas-Saħħa. F'każijiet simili, dejjem ikun hemm dawn it-tipi ta' konsultazzjonijiet. 01.02.99
Leg 9 PQ #4098 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Immigranti llegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu immigranti llegali xahar b'xahar minn Settembru 1998 'il hawn? X'nazzjonalita' kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hi kif tidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 01.02.99
Leg 9 PQ #4099 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Attentati ta' qtil

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk itteħdux xi passi wara rapporti li dehru fl-istampa lokali jallegaw li diversi attentati ta' qtil saru f'pajjiżna dan l-aħħar li setgħu kienu xogħol barranin li ġew ikkummissjonati għal dan il-għan?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija, sakemm ma jkunx hemm prova kuntrarja, ma' teskludi ebda linja ta' investigazzjoni. 01.02.99
Leg 9 PQ #4100 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kontroll fuq tal-Ħwienet — Nies deployed

Question

Il-Gvern kemm għandu nies deployed biex jinforzaw l-kontroll fuq tal-ħwienet li kellu jibda nhar is-26.1.1999? X'kien ir-riżultat miksub jum b'jum, mindu beda dan il-kontrol, kważi xahar sħiħ wara li ddaħħlet il-VAT?

Response (BONNICI, JOSEF)

In-numru ta' nies deployed biex jinfurzaw il-kontroll huwa bażikament l-istess li kien hemm għall-istess skop matul dawn l-aħħar sentejn meta fil-poter kien hemm Gvern Laburista u li tiegħu l-Onorevoli Interpellant kien Ministru. Tajjeb jingħad li s-sezzjoni fejn jitħaddem il-Freephone 120, li fuqu l-konsumatur jagħmel l-ilmenti tiegħu, ġiet imsaħħa. Bħalissa qed jiġu nvestigati kemm l-ilmenti li saru mill-konsumaturi kif ukoll xi ċaqlieq li rriżulta mill-monitoring li jsir regolarment biex kemm jista' jkun jiġi assigurat li ma jkunx hemm abbużi.
Leg 9 PQ #4101 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Proġett ta' Manoel Island — Promoturi/shareholders

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-promoturi u shareholders prospettivi fil-proġett ta' Manoel Island u Tigne'? Huwa minnu li diversi kuntratturi oriġinarjament konnessi mal-proġett tilfu l-interess fih?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Kif jaf l-Onorevoli Membru n-negozjati dwar il-proġett ta' Manoel Island u Tigne' qegħdin isiru mal-Konsorzju MIDI. Il-Konsorzju huwa iffurmat minn kumpaniji privati u għalhekk mhux il-każ li jingħataw dettalji dwarhom.