Jista' l-Ministru jgħid jekk fis-suq tal-Belt jistax jerġa' jibda jkun hemm watchman b'mod regolari? Jista' jgħid ukoll jekk tistax tiġi studjata l-possibbilta' li madwar is-suq ikun hemm parking meters bħala inċentiv sabiex aktar nies jitħajru jużaw dan is-suq anke għal xirjiet kbar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul il-ħinijiet u l-ġranet li s-Suq tal-Belt ikun miftuħ, ikun hemm watchman.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferiha lill-Ministru konċernat.
02.02.99
Jista' l-Ministru jgħid minn mindu beda l-proġett pilota dwar bini perikoluż fil-Kottonera, il-Belt u l-Floriana mill-Awtorita' tad-Djar; (i) kemm saru spezzjonijiet fid-djar; (ii) kemm minnhom irriżultaw li l-inkwilini jippreferu akkomodazzjoni alternattiva għal tiswijiet fl-istess fond; (iii) kemm minnhom aċċettaw li jsirulhom tiswijiet fl-istess fondi; u (iv) fl-aħħar mill-aħħar liema huma l-kriterji li se jiddeterminaw x'se jiġri f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Peress li l-informazzjoni fuq il-lokalitajiet kollha msemmija tkun finaliżżata fi ftit tal-jiem oħra, tingħata risposta aktar tard.
2.2.99
Pension Provision in Malta/Averting the Pensions Crisis — Rapporti
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ż-żewġ rapporti li tkellem dwarhom mal-ġurnalisti: Pension Provision in Malta - Watson Wyatt Ltd u Averting the Pensions Crisis - the case of Malta - MCED?
Response (DALLI, JOHN)
Dawn ir-rapporti jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra meta jkun il-waqt.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3056, jista' l-Ministru jgħid min qed jagħmel it-talba biex il-bini ta'l-ex-Deutsche Welle jinbidel għal użu residenzjali? Jista' l-Ministru jgħid għal-liema tip ta' użu residenzjali qed issir it-talba?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
It-talba qed tagħmilha t-Taqsima tax-Xogħlijiet bħala akkomodazzjoni alternattiva skond il-ftehim bejn il-Gvern u s-sid tal-propjeta' "l-Għarix", Delimara wara s-sentenza tal-Qorti relattiva.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Shipbuilding mill-31 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid ukoll, jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għal imsemmi impjieg?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fl-ażjenda msemmija ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fil-perjodu li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux riċevimenti jew ikliet mill-Ministeru tiegħu fl-okkażjoni tal-Milied 1998 u l-Ewwel tas-Sena?
Jekk saru, meta saru?
Fejn saru?
Min ipprova l-ikel u x-xorb?
Kemm ġiet tiswa l-ispiża totali?
Inġabru kwotazzjonijiet għall-imsemmija riċevimenti jew ikla?
Jekk inġabru kwotazzjonijiet, mingħand min inġabru?
Min kien mistieden għal dawn l-attivitajiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
1. Ir-riċeviment fl-okkażżjoni tal-Milied sar f'Palazzo Castellania Triq
il-Merkanti, l-Belt, fit-23ta' Diċembru 1998 konġunt mal-A/CGMO. Dan sar bi ftehim bejn il-Ministeru u A/CGMO biex inżommu n-nefqa baxxa.
2. L-ikel ġie pprovdut mill-kcina ta' l-Isptar San Luqa u x-xorb inxtara.
3. Għal din l-attivita' ġew mistiedna mpjegati tad-Dipartiment tas-Sahha
u mistiednin minn Ministeri ohra.
4. Ma nġabrux kwotazzjonijiet.
5. In-nefqa kienet - Xorb: Lm249.592
Ikel: Lm310.000
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux riċevimenti jew ikliet fil-Ministeru tiegħu fl-okkażjoni tal-Milied 1998 u l-Ewwel tas-Sena?
Jekk saru, meta saru?
Fejn saru?
Min ipprovda l-ikel u x-xorb?
Kemm ġiet tiswa l-ispiża totali?
Inġabru kwotazzjonijiet għall-imsemmija riċevimenti jew ikla?
Jekk inġabru kwotazzjonijiet, mingħand min inġabru?
Min kien mistieden għal dawn l-attivitajiet?
Response (ZAMMIT, NINU)
Fil-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd sar biss riċeviment wieħed fit-23 ta' Diċembru 1998 u dan ġie organiżżat f'Project House, Floriana. L-ikel u x-xorb inġabu mingħand Noel's Confectionary u Joseph Debono. L-ispiża totali laħqet Lm911.
Il-mistednin kienu, barra mill-uffiċjali tad-Dipartimenti tal-Ministeru tiegħi, nies li matul is-sena b'xi mod jew ieħor ikollhom x'jaqsmu mal-Ministeru tiegħi u kienu jinkludu wkoll Ministri u kollegi politiċi, Kapijiet ta' Dipartimenti, Korpi u Għaqdiet oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux riċevimenti jew ikliet mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mis-Segretarju Parlamentari li jaqa' taħtu fl-okkażjoni tal-Milied 1998 u l-Ewwel tas-Sena?
Jekk saru, meta saru?
Fejn saru?
Min ipprovda l-ikel u x-xorb?
Kemm ġiet tiswa l-ispiża totali?
Inġabru kwotazzjonjiet għall-imsemmija riċevimenti jew ikla?
Jekk inġabru kwotazzjonijiet, mingħand min inġabru?
Min kien mistieden għal dawn l-attivitajiet?
Response (BORG, TONIO)
L-uniku riċeviment li sar mill-Ministru u s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern kien ingħata fit-23 ta' Diċembru, 1998. Dan ir-riċeviment sar fil-Ministeru stess.
L-ikel u x-xorb ġie pprovdut mill-Percius Caterers. L-ispiża totali kienet tammonta għal Lm647.45c.
Intalbu żewġ kwotazzjonijiet: mingħand il-Papillon (RJC Caterers) u mingħand id-ditta hawn fuq imsemmija.
Il-mistednin ta' dan ir-riċeviment kienu uffiċjali għolja ta' dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru, membri tal-Kumitati u Bordijiet Governattivi u rappreżentanti tal-Kunsilli.
01.02.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux riċevimenti jew ikliet mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mis-Segretarji Parlamentari li jaqgħu taħtu fl-okkażjoni tal-Milied 1998 u l-Ewwel tas-Sena?
Jekk saru, meta saru?
Fejn saru?
Min ipprovda l-ikel u x-xorb?
Kemm ġiet tiswa l-ispiża totali?
Inġabru kwotazzjonijiet għall-imsemmija riċevimenti jew ikla?
Jekk inġabru kwotazzjonijiet, mingħand min inġabru?
Min kien mistieden għal dawn l-attivitajiet?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonsidra t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2670 dwar talbiet pendenti għar-rotot ġodda ta' servizz tat-trasport pubbliku (karozzi tal-linja) fil-bliet u rħula peress li l-kunsilli lokali tat-12-il-distrett partikolarment dak tar-Rabat u l-Imġarr talbu/ressqu numru ta' talbiet sabiex jiġi estiż it-trasport pubbliku f'diversi nħawi bħal fil-każ tal-Baħrija, Għar Barka u nħawi oħra? Jista' għaldaqstant il-Ministru jagħti informazzjoni tas-sitwazzjoni attwali tat-talbiet pendenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li minn naħa tal-Kunsilli Lokali tar-Rabat u ta` l-Imġarr ma hemm l-ebda talba pendenti għand l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku għal rotot ġodda tal-karozzi tal-linja.
B'riferenza għall-applikazzjoni ta' Malta għall-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min se jkunu r-rappreżentanti tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għall-konferenza li se ssir f'Jannar, 1999 fil-London School of Economics & Political Science dwar l-agrikoltura u l-Unjoni Ewropea?
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'paper ħejja l-ministeru għal din il-konferenza u ma' liema koperattivi ġiet ikkomunikata din il-paper? Jekk le, għaliex?
Response (ZAMMIT, NINU)
Mid-'Diary of LSE Public Events' ma jirriżultax li f'Jannar, 1999 kien hemm xi Konferenza organiżżata dwar l-agrikoltura u l-Unjoni Ewropea fil-London School of Economics & Political Science. Konferenzi ta' dan it-tip iżda jiġu organiżżati regolarment minn diversi organiżazzjonijiet barranin madwar l-Ewropa. Mhux possibbli li Malta tipparteċipa f'kull Konferenza.
Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni kollha li huma fis-segretarjat privat tiegħu? X'inhu x-xogħol ta' kull wieħed u f'liema impjieg kienu l-aħħar qabel ġew fis-segretarjat?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta għal domanda parlamentari numru 3459.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew imħawwlin siġar matul dawn l-aħħar ħames snin mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura? Jikkunsidra l-Ministru li jitwaqqaf kumitat ad hoc sabiex jirrapporta u jistudja fuq il-pjanijiet futuri f'dan l-iskop?
Response (ZAMMIT, NINU)
Is-siġar li tħawwlu f'Malta minn 1994 sa 1998 kienu hekk:
Sena Numru ta' Siġar
1994 15,467
1995 14,295
1996 12,247
1997 8,969
1998 6,402
In-numru ta' arbuxxelli u pjanti li ġew imħawwla matul l-istess perjodu kien minn sitta sa tmien darbiet aktar. Is-suġġeriment tal-Onor. Interpellant qed jiġi kkonsidrat.
Jista' l-Ministru jikkunsidra li jiżdiedu n-numru ta' mpjegati ġewwa d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ħalli jieħdu ħsieb il-bżonnijiet normali tat-Tieni Distrett, billi jidher li ma jistgħux ilaħħqu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-parti l-kbira tal-Kunsilli Lokali fit-Tieni Distrett m'għandhomx kuntratt mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura. L-arterji prinċipali li għalihom hu responsabbli d-Dipartiment huma mantnuti b'numru adegwati ta' ħaddiema.