Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #4135 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Suġġetti mgħallma

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma s-suġġetti obbligatorji li għandhom jiġu mgħallma fl-iskejjel ta' Malta u Għawdex? Jista' jgħid ukoll jekk dawn japplikawx anke għal skejjel privati u tal-Knisja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li suġġetti obbligatorji fl-iskejjel ta' l-Istat huma dawn: Primarji Reliġjon* Studju Soċjali Edukazzjoni Fiżika Malti Ingliż Matematika Xjenza Integrata Mużika Art/Craft/NC *L-istudenti jistgħu ma jattendux il-lezzjonijiet tar-Reliġjon għal-raġunijiet ta' kuxjenza. Sekondarji Reliġjon Studju Soċjali Edukazzjoni Fiżika Malti Ingliż Matematika Lingwa Barranija Ġografija Storja Arti/Letteratura/Mużika PSE IT Xjenza Intergrata - Forms I & II Fiżika - Forms III,IV & V L-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti ġeneralment jimxu mal-porvvedimenti li hemm fil-Kurrikulu Nazzjonali apparenti għas-settur tagħhom.
Leg 9 PQ #4136 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Bormla - Triq San Gorg

Question

Jista' l-Ministru jara li plot fi Triq San Gorg, Bormla, wara l-Kunsill Lokali ta' Bormla, jittella' ħajt mal-madwar sabiex jinqata' kull abbuż li qed isir peress li din il-plot spiċċat miżbla?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi s-sit in kwestjoni huwa kopert minn permess PA 3434/98 għall-bini ta' Crisis Intervention Centre fuq talba tal-Caritas u li ġie approvat fl-1 ta' Ottubru, 1998. Il-permess imsemmi jispeċifika li l-Caritas huwa fid-dmir li jdawwru s-sit b'ċint biex jiġi evitat kull periklu waqt il-kostruzzjoni. Il-Caritas qed jiġu nfurmati biex josservaw il-kundizzjonijiet tal-permess kif approvat. 02.02.99
Leg 9 PQ #4137 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Bozoz

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-istock ta' bozoz li għandha maħżun l-Enemalta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-preżent l-Enemalta għandha maħżun dan l-istock ta' bozoz huwa ta' 29,010

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol ta' gradwati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' gradwati li qed jirreġistraw għax-xogħol? X'tip ta' gradwati huma? Kemm ilhom jirreġistraw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

F'Ottubru 1998 in-numru ta' gradwati li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ kien ta' 45. Mehmuż issib tabella A - li turi x'tip ta' kwalifiki għandhom, filwaqt li tabella B turi għalxiex qed jirreġistraw u kemm ilhom jirreġistraw. 2.2.99
Leg 9 PQ #4160 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tas-Saħħa

Spiżeriji

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3778, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ewwel rapport tal-Kumitat imwaqqaf fit-2 ta' Settembru, 1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kif ġa għidt fir-risposta li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 3778 il-ftehim milħuq fit-2 ta' Settembru 1998, huwa bbażat fuq tlett punti li huma:- a) il-ħruġ ta' liċenzji ta' spiżeriji ġodda skond pjan nazzjonali. b) il-kundizzjonijiet neċessarji biex l-ispiżeriji fil-komunita' jgħollu l-livell ta' servizzi farmaċewtiċi offruti fil-komunita'. ċ) li l-ispiżeriji fil-komunita jservu l-komunita' l-mediċini disponibbli taħt l-iskema tas-Sigurta' Soċjali. Għalkemm ġie sottomess l-ewwel abbozz, dan ma' jittrattax il-tlett punti kollha u għalhekk id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin. Ir-rapport globali jiġi ppublikat meta jitlesta.
Leg 9 PQ #4171 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Kawża

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-kawża bejn id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u l-individwu li qed irabbi ż-żwiemel fuq art tal-gvern li xi snin ilu kien ħa u bena l-istalel għalihom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kawża tal-pulizija kontra individwu li qed iżomm żwiemel fuq art tal-Gvern għadha quddiem il-Qorti tal-Maġistrati.
Leg 9 PQ #4172 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jinsabu fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin li huma taħt it-30 sena? Kemm minnhom huma Maltin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fit-28 ta' Jannar, 1999, in-numru ta' priġunieri taħt it-30 sena li kienu jinsabu fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin kien ta' 121, li minnhom, 91 kienu Maltin. 02.02.99
Leg 9 PQ #4173 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' stqaff li jaħdmu fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Jista' jagħti din l-informazzjoni skond il-grad jew ix-xogħol tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' l-istaff li preżentement jaħdem fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin hu ta' 216 u huma mqassma kif ġej : - GRAD NUMRU ---- ----- Direttur 1 Prinċipal 1 Clerks 3 Psikoloġista 1 Uffiċjal Mediku 1 Assistant Managers 3 Correctional Supervisors 4 Senior Correctional Officers 10 Correctional Officers 158 Registered Social Workers I 3 Teachers 2 Sorijiet 2 Patri 1 General Hand 1 Surġenti tal-Pulizija 4 Pulizija 21 TOTAL 216 02.02.99
Leg 9 PQ #4174 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Proprjetajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm proprjeta' ta' bini li għal xi raġuni jew oħra l-gvern ħa, jew se jieħu l-proprjeta' f'idejh minn Settembru, 1998 sal-lum? Jekk kien hemm każi fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid każ b'każ ħadux kumpens, u kemm fejn kienu u min kien jabita fil-proprjeta'?

Response (BORG, TONIO)

Jekk l-Onor. Interpellanti qiegħda tirreferi għall-proprjeta' mibnija li kienet diġa' dikjarata meħtieġa għal skop pubbliku, imma ġiet fiżikament meħuda minn Settembru 1998 sa llum, ninsab infurmat li l-pussess attwali ma jsirx mid-Dipartiment ta' l-Artijiet, imma mill-Ministeru jew mid-Dipartiment li jkun għamel it-talb għall-esproprjazzjoni. Jekk l-Onorevoli Interpellanti qiegħda tirreferi għall-proprjeta' mibnija li ġiet dikjarata esproprjata għal skop pubbliku minn Settembru, 1998 sa llum, ninsab infurmat li ma kien hemm ebda dikjarazzjoni f'dan is-sens. Hemm talba għall-esproprjazzjoni ta' blokk biex jitkompla is-Slum Clearance ta' l-Imsida. Din it-talba qegħda tiġi proċessata. Ninsab infurmat ukoll li fiż-żewġ każijiet ma sar ebda ħlas bħala kumpens. Rigward l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li d-Dipartiment konċernat biex jistabilixxi n-numru ta' nies li jabitaw f'tali proprjeta', u dan għal skop li tiġi provduta akkomodazzjoni alternattiva, ma jaqax taħt ir-responsabbilita' tal-Ministeru ta' l-Intern. 02.02.99

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif hemm pensjonanti li rċevew iċ-cheque tal-pensjoni mingħajr iż-żieda li ta' l-gvern fil-bidu tas-sena? Għalfejn sar dan l-iżball jew dewmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ ta' pensjonijiet kontributorji, minn madwar 52,000 pensjonant, in-numru ta' pensjonanti li għadhom ma rċevewx iż-żieda għas-sena kurrenti hija ta' madwar 330. Dan in-numru ta' każi pendenti hu normali għal din il-perjodu. Dawn fil-maġġoranza tal-każi huma pensjonijiet mħallsa taħt xi Ftehim Reċiproku. Normalment ir-rati ta' pensjoni taħt Ftehim Reċiproku huma 'pro rata' u mhux bilfors żewġ terzi bħal fil-każi ta' pensjoni kontributorja normali. Għalhekk ir-rata ta' żieda dovuta trid tinħadem manwalment. Dwar il-Pensjonijiet Mhux Kontributorji jien infurmat li n-numru ta' każi li għadhom ma ħadux xi żieda fil-pensjoni hija ta' madwar 1027. Ir-raġuni għal dan hu li billi dawn il-każijiet huma suġġetti għat-test tal-meżżi, jista' jkun li ż-żieda għall-għoli tal-ħajja ma tkunx dovuta kollha. Għaldaqstant trid issir stima għal kull każ biex jiġi determinat għal kemm għoli tal-ħajja huma ntitolati. Jiena nfurmat li fil-każi kollha bħalissa fid-Dipartiment għaddej ix-xogħol meħtieġ biex dawn il-każijiet jitħallsu malajr kemm jista' jkun. 2.2.99
Leg 9 PQ #4176 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Tlielaq taż-żwiemel

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess sabiex ikun jista' jsir logħob fuq t-tlielaq taż-żwiemel fil-Malta Racing Club?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, ser ikolli nwieġeb f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #4178 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Xgħajra - Għassa

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex l-għassa tax-Xgħajra qed tkun magħluqa regolarment, tant li dan il-fatt qed ikompli jikkrea insigurta' b'mod partikolari lil anzjani residenti fix-Xgħajra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Għassa tax-Xgħajra qed tkun miftuħa regolarment. 02.02.99

Qormi — Triq Manuel Dimech

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1057, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu jew se jittieħdu mid-Dipartiment tat-Toroq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment lesta l-proċeduri biex jinbeda x-xogħol f`diversi lokalitajiet u f`Ħal-Qormi hu maħsub li jinbeda fejn hu meħtieġ.
Leg 9 PQ #4181 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Persuni diabetiċi

Question

Jista' l-Ministru jagħti t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1693?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-pajjiż ilha teżisti 'awareness' kbira tal-problema tad-dijabete tant li 'test' bażiku ta' zokkor fl-urina isir anki fil-Bereġ, fiċ-Centri tas-Saħħa, fl-Isptarijiet, kif ukoll fil-kliniċi tat-tobba privati u saħansitra mill-pazjenti nfushom isiru anki testijiet taz-zokkor fid-demm. Għaldaqstant huwa faċli ħafna li wieħed jiċċekkja meta jeżistu dawn il-faċilitajiet kollha.

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa Ħaż-Żabbar, iż-Żejtun u Wied il-Għajn li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' jgħid kemm minnhom jirievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra. 2.2.99

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa l-Belt Valletta, il-Furjana, il-Ħamrun u tal-Pieta li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra. 2.2.99

Akkomodazzjoni Soċjali — Allokazzjoni ta' djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati housing units mid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali mill-bidla fil-gvern 'l hawn? F'liema bliet u rħula kienu dawn il-housing units? Fejn kienu joqogħdu dawk li ġew allokati dawn il-housing units? F'liema kategorija ta' "raġuni għal talba għal akkomodazzjoni alternattiva" kienu dawk li ġew allokati dawn il-housing units?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub jara r-risposta għall-Mistoqsija nru. 4129. 2.2.99
Leg 9 PQ #4236 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana — Passiġġieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-average number ta' passiġġieri li jgħaddu mid-Dwana kuljum fl-ajruport u fis-Sea Passenger Terminal f'Pinto Wharf, Floriana? Kemm hu n-numru ta' fizzjali tad-Dwana f'kull ħin fl-ajruport u fis-Sea Passenger Terminal, f'Pinto Wharf, Floriana?

Response (DALLI, JOHN)

Matul is-sena li għaddiet waslu Malta bejn wieħed u ieħor 4166 u 529 passiġġieri kuljum bl-ajru u bil-baħar rispettivament. In-numru ta` fizzjali li jkunu xogħol fis-Sala tal-Arrivi fl-Ajruport huwa ta` sitta (6) pero ġieli jkun hemm xi ġranet li dan in-numru jkun anqas minħabba il-`vacation` jew is-`sick leave`. Fis-Sea Passenger Terminal in-numru ta` fizzjali huwa tlieta (3) pero waqt l-eżami tal-passiġġieri dan in-numru jiżdied skond l-ammont ta` passiġġieri li jkunu waslu.

Djar — Ħamrun: Ta' Rabbat Housing Est.

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi diffikulta' biex l-inkwilini li joqogħdu fil-Housing Estate f'Tar-Rabbat, Ħamrun, japplikaw għall-iskema ta' l-Awtorita' tad-Djar li tintitolahom jixtru l-appartament tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Permezz ta' l-emendi li saru fis-19 ta' Jannar 1999 għall-Skema 'I', inkwilini li joqgħodu fil-Housing Estate, tar-Rabbat, Ħamrun (dejjem jekk l-art li hemm mibnija fuqha dawn l-propretajiet għada ma hiex proprjeta' tal-Gvern imma qegħda f'kors ta' akkwist) jistgħu japplikaw biex jakkwistaw ir-resiedenza tagħhom, dejjem jekk huma jikkwalifikaw taħt il-kundizzjonijiet ta' l-iskema. Fuq il-ftehim, l-inkwilini jħallsu lill-Awtorita' tad-Djar il-prezz tar-residenza u fl-istess ħin jiefqu milli jħallsu l-kera fuq il-post. 2.2.99