Legislature:
Category:
Reset
Active:

UE — Prodotti agrikoli

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sistema tal-kontrolli fuq il-livelli tar-residwi fuq il-prodotti agrikoli li se tibda tapplika l-Unjoni Ewropea 11-il xahar oħra fuq ħxejjex importati lejn l-Unjoni Ewropea?

Response (MARCO, GUIDO DE)

L-Unjoni Ewropea ilha sa mill-1976 tapplika livelli massimi għar-residwi ta' pestiċidi fil-prodotti ta' ħxejjex u frott. Dawn il-livelli jiġu emendati mill-Kummissjoni Ewropea skond kriterji xjentifiċi kull meta jkun hemm bżonn. L-aħħar tibdil li sar f'dawn il-livelli kien permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni Numru 98/82/EC tas-27 ta' Ottubru 1998. Il-miżuri ta' din id-direttiva jibdew japplikaw fl-1 ta' Awwissu 1999. Kopja ta' din id-Direttiva qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kif mitlub. Ta' min isemmi wkoll li l-livelli tar-residwi stabbiliti mill-Kummissjoni japplikaw kemm għal-kummerċ bejn il-membri ta' l-Unjoni, kemm għall-importazzjoni lejn l-Unjoni, kif ukoll għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Rigward is-sistema ta' kontrolli fuq dawn il-livelli nixtieq nirriferi lill-Onor. Membru għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Novembru 1997 rigward il-programm koordinat ta' kontroll għas-sena 1998 applikat mill-Unjoni. Kopja ta' din ir-Rakkomandazzjoni qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-programm għas-sena 1999 għadu mhux ippubblikat.

UE — Sussidju

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa kkalkolat li kull familja fl-Unjoni Ewropea tħallas taxxa sabiex l-istess Unjoni Ewropea tissussidja l-biedja jew aħjar il-CAP? X'kienu r-raġunijiet li minkejja li titħallas daqstant taxxa mill-popli tal-pajjiżi membri, tul is-snin numru kbir ta' bdiewa, raħħala u sajjieda u nies tax-xogħol fil-mistier tilfu l-għajxien tagħhom?

Response (MARCO, GUIDO DE)

Il-mistoqsijiet ma jappartjenux lid-Direttorat li jaqa' taħt il-Ministeru tiegħi.
Leg 9 PQ #3710 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Rabat

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 1932 sabiex qabel id-19 ta' Marzu (nhar il-festa ta' San Ġużepp) tiġi rimedjata l-problema ta' l-għalqa ta' Kola fir-Rabat, Malta, sabiex il-Kunsill Lokali jkun jista' jibda x-xogħlijiet u jagħti tarmac f'dawn l-inħawi tar-Rabat, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'passi ħa mill-15 ta' Diċembru 'l hawn sabiex il-problemi li jappartjenu lis-sidien u r-residenti ta' l-inħawi jiġu solvuti? Peress li dan il-bżonn fir-Rabat ilu pendenti s-snin u qed ikun ta' inkonvenjent kbir għall-pubbliku in ġenerali u t-turisti li jżuru dawn l-inħawi tar-Rabat, jista' l-Ministru jintervjeni/jawtorizza/jirrikmanda lill-awtoritajiet konċernati sabiex ma jtawlux aktar bis-sitwazzjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li ngħatat għal- Mistoqsija Parlamentari numru 1932 peress li ġejt infurmat li ma kien hemm l-ebda żviluppi fir-rigward tal-ħruġ tal- permess mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #3711 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Beef Intervention Scheme — Estimi għas-sena 1999

Question

B'riferenza għal dak li ntqal mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, cioe' li l-figura ta' l-estimi tas-sena 1999 tal-Beef Intervention Scheme hija biss finta u fil-fatt id-dipartiment ħabbar li hemm żieda ta' Lm480,000 mal-vot ta' Lm120,000 approvati mill-Kamra ftit tal-ġimgħat qabel, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'kienu r-raġunijiet ta' dan iċ-ċaqliq?

Response (DALLI, JOHN)

Jien infurmat li l-kelma li uża l-Ministru ta` l-Agrikoltura u Sajd kienet fil-fatt `token` li ma tfissirx finta. Kif intqal fi stqarrija ta` l-istess Ministru, d-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji ġie awtorizzat jonora l-ftehim mar-raħħala dwar il-prezz taċ-ċanga. Jien infurmat li l-Ministru ta` l-Agrikoltura u Sajd qed jagħti aktar dettalji fir-risposta għal Mistoqsija Parlamentari Nru 3380 li għamillu l-istess interpellant.
Leg 9 PQ #3729 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjonijiet

Question

Peress li dwar il-laqgħa ta' l-APAN ta' nhar il-Ħadd 17 ta' Jannar, 1999 "The Times" ta' l-għada rrapportat li l-Ministru qal "there were rampant abuses in the pension system", jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu dawn l-abbużi u x'passi se jittieħdu biex jinqatgħu?

Response (DALLI, JOHN)

Beda eżerċizzju intensiv fejn qegħdin jiġu eżaminati l-proċeduri li jintużaw fil-qasam tas-servizzi soċjali biex jiġu msaħħa s-sistemi ta` verifika li għandhom isiru. F`dan l-erċizzju qegħdin ukoll nanalizzaw il-benefiċjarji biex jiġi assigurat li kull min qiegħed jieħu benefiċċju fil-fatt ikun jistħoqqlu.
Leg 9 PQ #3730 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema nieqsa u f'liema suġġetti: fi skejjel sekondarji; f'junior lyceums; fi trade schools; f'opportunity centres; u fi skejjel post-sekondarji? Kemm hemm studenti milquta f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għalliema nieqsa fi skejjel Sekondarji, Junior Lyceum, Trade Schools u Opportunity Centre hemm kif se nsemmi: SUĠĠETT SKOLA GĦALLIEMA/ KLASSIJIET LEZZJONIJIET MILQUTA * Computer Mtarfa BSS 12 lezzjoni 12 Physics Marsa BSS 16 lezzjoni 6 Physics Umberto 32 lezzjoni 10 Calosso BTS Biology Mrieħel GJL 16 lezzjoni 4 Geography B'Bajda GJL 16 lezzjoni 13 Social Studies Sandhurst GJL 16 lezzjoni 18 Social Studies Gżira BSS Għalliem wieħed 15 PSE Marsa BSS Għalliem wieħed 11 Music Marsa BSS 8 lezzjonijiet 5 Art School of 6 lezzjonijiet 6 Building Art B'Bajda GJL Għalliem wieħed 9 Home Economics Ħamrun GS 8 lezzjonijiet 4 Religion Naxxar BTS Għalliem wieħed 11 French Corradino BJL Għalliem wieħed 5 * Kull klassi għandha tittieħed li hi magħmula minn "average" ta' 25 student. Fis-Settur Post-Sekondarju, hemm dawn l-għalliema nieqsa: NUMRU TA' SUĠĠETT STUDENTI GĦALLIEMA NIEQSA MILQUTA 1 Organisation and 24 Application of IT 1 Programming 24 1 Workshop Software 20 1 Applications Software 20 1 Information Technology 24 1 Systems Design & Fault 23 Finding 1 Implementing Engineering 48 Design 1 Refrigeration & Air 32 Conditioning 1 Industrial Management 32 1 Computer Studies 150

Xgħajra — Dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li fi żmien qasir jieħu ħsieb li jiġi nstallati l-bozoz neċessarji għad-dawl ġewwa Triq Ġdida fi Triq il-Fortizza, Xgħajra u fl-istess Triq il-Fortizza, Xgħajra billi hemm numru ta' residenti li qed ibatu minħabba dan in-nuqqas?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.

Stamperija tal-Gvern — Kotba stampati

Question

In vista tar-risposta numru 3292, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk jikkonsidrax t-twaqqif ta' kumitat ad hoc li permezz tiegħu l-ewwel issir ir-riċerka kollha neċessarja biex tinġabar l-informazzjoni mitluba billi din tieħu numru sew ta' snin lura, u li t-tieni jagħmel suġġerimenti u proposti għal kif dan l-materjal jista' jiġi wżat b'vantaġġ akbar lil poplu Malti u Għawdxi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-eżerċizzju li qiegħed jissuġġerixxi l-Onor Membru jitlob żmien twil ta' riċerka u jista' jkun li l-ġbir ta' informazzjoni li tmur lura ħamsin sena jammonta għal spejjeż sostanzjali. Madankollu, din il-proposta qed tiġi studjata.

Birgu — Auberge d'Angleterre

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra jekk ġewwa l-Auberge d'Angleterre fil-Birgu hemmx numru ta' kotba li m'humiex in espożizzjoni għax għad ma marx impjegat tal-libreriji sabiex jikkatagolahom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ġewwa l-Librerija tal-Birgu bħalissa m'hemmx kotba li m'humiex in espożizzjoni minħabba katalogar. Dan ix-xogħol isir fil-Librerija Ċentrali tal-Floriana minħabba raġunijiet ta' uniformita' li jitlob il-Katalogar.

Libreriji pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm libreriji pubbliċi ġewwa Malta u Għawdex u jekk hemmx ħsieb li jinfetħu oħrajn speċjalment f'postijiet ġodda bħal, per eżempju, Pembroke?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li taħt ir-responsabbilta' tad-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji Nazzjonali insibu dawn il-libreriji pubbliċi:- a) Il-Librerija Pubblika Ċentrali tal-Floriana u l-Gozo Lending Library ta' Victoria Għawdex. b) Sitt (6) Libreriji Reġjonali li huma dawk tal-Mosta, Paola, Qormi, Rabat, Vittoriosa u Luqa. c) Tliet (3) Libreriji fl-isptarijiet Żammit Clapp, St Vincent de Paule u l-Isptar Ġenerali t'Għawdex. d) Ħamsin (50) Libreriji Fergħat f'ħamsin lokalita', differenti imxerrdin ma' Malta u Għawdex. Huwa l-ħsieb tad-Dipartiment li fil-ġejjieni jestendi dan is-servizz f'lokalitajiet oħra li żviluppaw fl-aħħar snin, biex il-poplu kollu Malti u Għawdxi jkollu aċċess għas-servizz mogħti. Żgur li l-inħawi ta' Pembroke jibbenefikaw minn din l-espansjoni. Qed isiru wkoll diskussjonijiet mad-Dipartiment responsabbli mill-Kunsilli Lokali dwar tmexxija aktar effettiva ta' diversi libreriji lokali.

Kalkara — Knisja tas-Salvatur - Restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra jekk sarx studju jew rapport min-naħa tal-kultura rigward l-ispejjeż involuti fir-restawr tal-Knisja tas-Salvatur ġewwa l-Kalkara?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif meħtieġ għadu ma wasallix, ser ikolli nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #3819 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati — Separazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal separazzjoni quddiem il-qrati s-sena li għaddiet? Kemm kien hemm applikazzjonijiet ġodda? Kemm saru żweġijiet bil-Knisja s-sena li għaddiet? Kemm saru żweġijiet ċivili? Kemm saru bejn Maltin u barranin? Minn fejn kienu l-barranin li żżewġu Maltin? Kemm miż-żweġijiet mal-barranin kien hemm żweġijiet bil-Knisja u kemm ċivili?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li applikazzjonijiet għal separazzjonijiet normalment isiru b'rikors fis-SekondAwla tal-Qorti Ċivili. Is-sena li għaddiet kien hemm 940 applikazzjoni għal separazzjonijet. Dawn huma kollha applikazzjonijiet ġodda. Rigward il-kumplament ta` l-informazzjoni mitluba f'din id- domanda, nirreferi lill-Onor Interpellant lill-Ministru responsabbli.
Leg 9 PQ #3820 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Twelid ta' tfal of unknown father

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu tfal of "unknown father" sena b'sena fl-aħħar għaxar snin? Jista' l-Prim Ministru jagħti breakdown ta' l-etajiet ta' l-ommijiet in kwestjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-istatistika ta' t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant tinġabar u tiġi ppublikata mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika u mhux mir-Reġistru Pubbliku. 02.02.99
Leg 9 PQ #3821 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żweġijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru żweġijiet bejn Maltin u barranin sena b'sena fl-aħħar għaxar snin? Kemm kien hemm talbiet għal separazzjonijiet u/jew annuallamenti fl-istess żmien minn persuni Maltin miżżewġin barranin?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-ewwel parti tad-domanda għandha tiġi ndirizzata lill- Ministru responsabbli. Rigward it-tieni parti tad-domanda ninsab infurmat li l- Qrati ma jiddistingwux bejn talbiet għal separazzjonijiet u/jew annullamenti minn persuni Maltin jew barranin.

Benefiċċji soċjali — Ommijiet xebbiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jingħata relief fil-ġimgħa lil unmarried mothers li m'humiex jaħdmu? Kemm nħareġ relief lil dawn il-persuni s-sena li għaddiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ommijiet mhux miżżewġa li jgħixu għalihom u li ma jaħdmux jiġu mħallsa Għajnuna Soċjali bir-rata ta' Lm30.63 fil-ġimgħa f'każ ta' omm b'tifel/tifla waħda, liema rata tiżdied bi Lm3.50 fil-ġimgħa għal kull tifel jew tifla oħra. Titħallas ukoll Lm1.34 fil-ġimgħa bħala Bonus Addizzjoniali. L-omm tirċievi wkoll l-Allowance tat-Tfal. S'issa d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ma ħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika separata ta' kemm tħallsu Għajnuna Soċjali f'din il-kategorija ta' benefiċarji w għalhekk m'huwiex f'pożizzjoni li jipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru. 2.2.99

Bord tas-Servizzi Soċjali — Nies boarded out

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu nies boarded out mill-Bord tas-Servizzi Soċjali s-sena li għaddiet? Kemm kellhom żmien dawk li ġew mgħoddija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-istatistika li tinżamm mid-Dipartiment hija n-numru ta' persuni li ġew mogħtija pensjoni ta' l-invalidita' matul is-sena. Għalhekk qed nirriproduċi tabella bl-istatistika dwar persuni li ngħataw pensjoni ta' l-Invalidita' wara li ġew boarded out mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali matul l-1998. PERSUNI LI ĠEW BOARDED-OUT MATUL L-1998 Etajiet Numru ta' Persuni 20 sena sa 30 sena 4 30 sena sa 40 sena 31 41 sena sa 50 sena 170 'l fuq minn 50 sena 635 TOTAL 840 2.2.99

Benefiċċji soċjali — Persuni fuq ir-relief

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni jgħixu minn fuq ir-relief biss, illum? X'etajiet għandhom? Kemm ilhom fuq ir-relief? Kemm ħareġ relief is-sena l-oħra l-gvern? Għaliex qegħdin fuq ir-relief dawn il-persuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' familji li jirċievu l-Għajnuna Soċjali huwa ta' 9,782. Sabiex persuna waħedha jew familja tingħata l-Għajnuna Soċjali, din trid tissodisfa t-test tal-mezzi. L-għoti ta' din l-Għajnuna mhix marbuta ma' l-eta' iżda maċ-ċirkostanzi li tkun tinsab fihom. Għaldaqstant ma tistax tinġabar statistika dwar id-diversi raġunijiet li jistgħu jintitolaw persuna jew familja għal din l-Għajnuna. Fir-rigward tal-parti tad-domanda fejn qed titlob il-perjodu taż-żmien ta' kemm kull persuna ilha fuq l-Għajnuna Soċjali, biex din l-informazzjoni tinġabar jeħtieġ li numru ta' persuni jaħdmu s-sahra biex ikunu jistgħu jeżaminaw kull 'file' individwali. Għaldaqstant ma tinħassx il-ħtieġa li din l-informazzjoni tinġabar. Sa l-aħħar ta' Novembru li għadda kienu ġew imħallsa Lm11,625,982 bħala Għajnuna Soċjali. 2.2.99
Leg 9 PQ #3885 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Institute of Public Administration & Management — Attivitajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'attivitajiet għandu ppjanati għall-1999 l-Institute of Public Administration and Management? X'riżorsi ta' nies, flus u appoġġ ieħor loġistiku tpoġġew għad-dispożizzjoni ta' dan l-Institute biex ikun jista' jwettaq l-għanijiet li għalihom twaqqaf?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat illi l-programm ta' attivitajiet ta' l- Institute of Public Administration and Management ikun magħruf wara li jinħatar id-Direttur ta' l-Institute. Fil-vot ta' l-iStaff Development Organisation ta' l- Uffiċċju tiegħi tpoġġew għad-dispożizzjoni ta' dan l- Institute Lm20,000 biex jitwettqu l-għanijiet li għalihom twaqqaf l-Institute.
Leg 9 PQ #3886 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Ftehim

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm se jiġi jiswa sena b'sena l-ftehim li l-gvern iffirma fl-1998 ma' l-impjegati tas-Servizz Ċivili? Kemm kien se jiswa iżjed sena b'sena kieku f'dak il-ftehim iddaħħlu wkoll il-pensjonanti li tħallew barra minnu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra skeda li tagħti l- informazzjoni mitluba f'dak li jirrigwarda l-istima ta' kemm ser jiġi jiswa l-Ftehim Kollettiv ta' l-impjegati fis- Servizz Pubbliku. L-ebda mpjegat fis-Servizz Pubbliku li jirtira fis-snin koperti bil-Ftehim mhu ser jitħalla barra. Skond kif jipprovdi l-Ftehim ser isiru provvedimenti biex l-impjegati kollha li rtiraw jew ser jirtiraw f'dawn is-snin, iż-żidiet mogħtija jiġu riflessi fil-pensjoni.
Leg 9 PQ #3887 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior College — Staff akkademiku

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi sabiex l-istaff akkademiku tal-Junior College jiġi provdut b'works resources adegwati u jiġi deċiż li dawn il-flus ma joħorġux min-nefqa rikorrenti li għandu l-Junior College u li mhux biżżejjed biex ikopri t-tmexxija tal-kulleġġ?

Response (GALEA, LOUIS)

Qed nikkunsidra kif l-aħjar għandha tinstab soluzzjoni. Nistqarr li fiċ-ċirkostanzi preżenti ma jidhirx daqstant faċli li nsib rimedju malajr. Apparti dan qed nikkonsidra qafas differenti ta' kif jiġu finanzjati l-ispejjeż u l-inizjattivi ta' l-Universita' li tinkludi l-Junior College.