Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #4184 Sitting 60 1999-02-03 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impressed drivers

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impressed drivers li jaħdmu mal-gvern jew korporazzjonijiet? F'liema dipartimenti jew korporazzjonijiet? X'vetturi għandhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Skond l-aħħar informazzjoni li għandu dan l-uffiċċju jidher li fis-26 ta' Ottubru 1998 kien hemm 724 drivers ta' vetturi impressed b'kuntratt mal-Gvern jew korporazzjonijiet parastatali. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' drivers ta' vetturi impressed kif huma mqassma fid-dipartimenti u korporazzjonijiet parastatali. Dwar l-aħħar parti tad-domanda l-informazzjoni tista tiġi mitluba mill-Ministru għall-Politika Soċjali.
Leg 9 PQ #4185 Sitting 60 1999-02-03 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Protezzjoni liċ-ċittadini

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3953, jista' l-Ministru jagħti spjega ta' x'inhuma d-diversi raġunijiet u għaliex ma jistgħux isiru arraġamenti sempliċi ma'l-indivdwi konċernati biex il-pulizija on duty fuq fixed points għal sigħat twal ikun jista' jagħmel użu minn faċilitajiet sanitarji?

Response (BORG, TONIO)

M'għandi xejn x'inżid mat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 3780, Numru 3952, u Numru 3953, dwar dan is-suġġett. 03.02.99

Maltacom — Customer Service Officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex Customer Service Officers fi ħdan il-Maltacom qegħdin iwettqu ħidma fir-roster tal-Customer Service Assistants fil-fergħa tagħha fil-Belt? Jekk ir-raġuni hija li għax hemm iżjed Customer Service Officers milli hemm ħtieġa għalihom, jista' l-Ministru jispjega għaliex il-Maltacom wettqet ħatriet fil-grad ta'Customer Service Officers riċentement?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Customer Service Officers, li għalihom qed tirreferi l-Onorevoli Interpellant, ma setgħux jibqgħu jagħtu s-servizz tagħhom fil-post ta' qabel għal raġunijiet indipendenti mill-Maltacom. Dawn il-Customer Service Officers iddaħħlu fir-roster biex jaħdmu 'kif ikun meħtieġ' wara ftehim ma' l-Unions li tirrapreżentahom.

Maltacom — Customer Service Officer

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-rakkmandazzjonijiet li l-Ombudsman kien għamel lit-Telemalta, illum Maltacom, fuq l-ilment li għadd ta' mpjegati kienu ressqu quddiemu rigward il-ħatra ta' Customer Service Officer skond is-sejħa 4/94? Jikkonferma l-istess Ministru li l-Ombudsman kien ħejja rapport lit-Telemalta u jekk iva, jista' jqiegħed kopja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' l-Ombudsman li għalih qed tirreferi l-Onorevoli Interpellant.

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa Pembroke, San Ġiljan, Tas-Sliema, is-Swieqi u l-Madliena li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Intellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra. 3.2.99
Leg 9 PQ #3190 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Luċija — Triq il-Qoton - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu tliet lampi fi Triq il-Qoton f'Santa Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3191 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Raħal Ġdid — Triq San Ġorġ - Cable tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li l-cable tad-dawl ħażin li jinsab fi Triq San Ġorġ, Raħal Ġdid, jitneħħa immedjatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni qed tieħu l-passi neċessarji.
Leg 9 PQ #3192 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gudja — Triq Ħal Luqa - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu 15-il lampa fi Triq Ħal Luqa, fil-Gudja?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3193 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gudja — Triq San Ġorg - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu tliet lampi fi Triq San Ġorġ, il-Gudja?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3194 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Lucija — Triq ir-Rand - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq ir-Rand, Sant Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3195 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Luċija — Triq Tursin il-Bir - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Tursin il-Bir f'parking area quddiem Block A f'Santa Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux riċevimenti jew ikliet mill-Ministeru tiegħu fl-okkażjoni tal-Milied 1998 u l-Ewwel tas-Sena? Jekk saru, meta saru? Fejn saru? Min ipprovda l-ikel u x-xorb? Kemm ġiet tiswa l-ispiża totali? Inġabru kwotazzjonijiet għall-imsemmija riċevimenti jew ikla? Jekk inġabru kwotazzjonijiet, mingħand min inġabru? Min kien mistieden għal dawn l-attivitajiet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li sar riċeviment fl-okkażżjoni tal-Milied 1998 nhar it-23 ta` Diċembru 1998. Dan sar fis-sala Isouard tat-Teatru Manoel. L-ikel kien provdut mill-Kumpanija Miveda Company Ltd. waqt li x-xorb ġie provdut mill-Kumpanija Alfons Farrugia & Sons. L-ispiża ta` l-ikel kienet Lm718, fil-waqt li dik tax-xorb kienet ta` Lm675.55c. Inġabru kwotazzjonijiet mingħand iż-żewġ ditti msemmija kif ukoll mingħand Seabank Catering Co. Ltd. u C. Camilleri & Sons Ltd. Il-mistednin kienu diversi fosthom Ministri u Kapijiet ta` Dipartimenti, Korporazzjonijiet u Bordijiet tal-Gvern, rapprezentanti ta` Korpi Kostitwiti u diversi organiżżazzjonijiet li għandhom xogħol konness mal-Ministeru kif ukoll l-impjegati tal-Ministeru.
Leg 9 PQ #3300 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux riċevimenti jew ikliet mill-Ministeru tiegħu fl-okkażjoni tal-Milied 1998 u l-Ewwel tas-Sena? Jekk saru, meta saru? Fejn saru? Min ipprovda l-ikel u x-xorb? Kemm ġiet tiswa l-ispiża totali? Inġabru kwotazzjonijiet għall-imsemmija riċevimenti jew ikla? Jekk inġabru kwotazzjonijiet, mingħand min inġabru? Min kien mistieden għal dawn l-attivitajiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Ministeru għall-Ambjent organizza ħames riċevimenti fl-okkażjoni tal-Milied 1998. Dawn saru fil-21 ta' Diċembru, fit-22 ta' Diċembru, tnejn fit-23 ta' Diċembru u fid-29 ta' Diċembru. Tnejn minn dawn ir-riċevimenti saru fi Project House, Floriana, wieħed f'The Palms, San Ġiljan u tnejn fil-Ministeru. L-ikel u x-xorb ġie pprovdut minn Elia Caterers, S. Rausi Trading Limited, La Nocciola Dolceria, RJC Caterers Limited u C. Camilleri & Sons Limited. L-ispiża totali kienet ta' Lm5668.35. Għal dawn ir-riċevimenti nġabru kwotazzjonijiet mingħand La Nocciola Dolceria, Elia Caterers, RJC Caterers Limited u C. Camilleri & Sons Limited. Għal dawn ir-riċevimenti kienu mistiedna l-Kunsilli Lokali kollha, Korpi Kostitwiti, Ministri u Membri Parlamentari, Kapijiet mid-diversi dipartimenti fi ħdan il-Ministeru, impjegati fil-Ministeru u mid-dipartimenti ta' l-Ambjent u tax-Xogħlijiet.
Leg 9 PQ #3301 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux riċevimenti jew ikliet mill-Ministeru tiegħu fl-okkażjoni tal-Milied 1998 u l-Ewwel tas-Sena? Jekk saru, meta saru? Fejn saru? Min ipprovda l-ikel u x-xorb? Kemm ġiet tiswa l-ispiża totali? Inġabru kwotazzjonijiet għall-imsemmija riċevimenti jew ikla? Jekk inġabru kwotazzjonijiet, mingħand min inġabru? Min kien mistieden għal dawn l-attivitajiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ma sarux ikliet jew riċevimenti mill-Ministeru fl-okkażjoni tal-Milied 1998 u l-Ewwel tas-Sena.
Leg 9 PQ #3302 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux riċevimenti jew ikliet mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mis-Segretarju Parlamentari li jaqa' taħtu fl-okkażjoni tal-Milied 1998 u l-Ewwel tas-Sena? Jekk saru, meta saru? Fejn saru? Min ipprovda l-ikel u x-xorb? Kemm ġiet tiswa l-ispiża totali? Inġabru kwotazzjonijiet għall-imsemmija riċevimenti jew ikla? Jekk inġabru kwotazzjonijiet, mingħand min inġabru? Min kien mistieden għal dawn l-attivitajiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Mir-records ta' l-Accounts ta' l-Amministrazzjoni tal-Ministeru ma jirriżultax li saru xi riċevimenti jew ikliet li jaqgħu taħt l-okkażjoni tal-Milied 1998 jew ta' l-Ewwel tas-Sena. Is-Segretarju Parlamentari għamel ikla għall-istaff fil-Meridien Phoenicia li l-ispiża tagħha ammontat għal Lm110.40 skond prezz u memu fissi miftiehma minn qabel.

Ministeru għall-Politika Soċjali — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux riċevimenti jew ikliet mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mis-Segretarju Parlamentari li jaqa' taħtu fl-okkażjoni tal-Milied 1998 u l-Ewwel tas-Sena? Jekk saru, meta saru? Fejn saru? Min ipprovda l-ikel u x-xorb? Kemm ġiet tiswa l-ispiża totali? Inġabru kwotazzjonijiet għall-imsemmija riċevimenti jew ikla? Jekk inġabru kwotazzjonijiet, mingħand min inġabru? Min kien mistieden għal dawn l-attivitajiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3303, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li: 1. Saru żewġ riċevimenti: L-ewwel riċeviment sar fid-19 ta' Diċembru 1998 meta il-Ministru tal-Politika Soċjali żamm it-tradizzjoni fejn wara l-attivita' tal-kampanja 'Milied Flimkien' fi Pjazza Ħelsien stieden lill-President u lill-personalitajiet distinti għar-riċeviment fil-Ministeru, filwaqt li r-riċeviment l-ieħor kien fit-22 ta' Diċembru 1998; 2. Fil-Ministeru għall-Politika Soċjali (Palazzo Ferreria); 3. James Confectionery; 4. L-ispiża totali għar-riċeviment tad-19 ta' Diċembru 1998 ġiet tiswa' Lm217.50, filwaqt li l-ispiża għar-riċeviment tat-22 ta' Diċembru 1998 ġiet tiswa' Lm641.00; 5. Għaż-żewġ riċevimenti nġabru 3 kwotazzjonijiet mingħand: a. Osborne Caterers; b. James Confectionery; c. Busy Bee Ltd.; 6. Kienu mistednin l-istaff tal-Ministeru, Segretarji Permanenti, Kapijiet tad-Dipartimenti, Rappreżentanti tal-Unions, Korpi Kostitwiti u personalitajiet distinti. Kif jista' jara l-Onor. Membru, l-ispiża kienet anqas mis-somma ta' Lm929 li kienet intnefqet mill-Ministru tad-Djar waħdu fi tlett riċevimenti li nżammu fl-aħħar ħmistax ta' Awissu 1998 iġifieri ftit ġranet qabel l-elezzjoni ġenerali tal-5 ta' Settembru 1998. 2.2.99

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Riċevimenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sarux riċevimenti jew ikliet mill-Ministeru tiegħu kif ukoll mis-Segretarju Parlamentari li jaqa' taħtu fl-okkażjoni tal-Milied 1998 u l-Ewwel tas-Sena? Jekk saru, meta saru? Fejn saru? Min ipprovda l-ikel u x-xorb? Kemm ġiet tiswa l-ispiża totali? Inġabru kwotazzjonijiet għall-imsemmja riċevimenti jew ikla? Jekk inġabru kwotazzjonijiet, mingħand min inġabru? Min kien mistieden għal dawn l-attivitajiet?

Response (MARCO, GUIDO DE)

Ir-risposta tingħata f'seduta ohra

Auberge d'Angleterre — Librerija

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex possibbli li l-librerija ġewwa l-Auberge d'Angleterre, il-Birgu, tkun miftuha sas-7.00 p.m. matul il-ġimgħa u s-Sibt filgħodu sabiex tippermetti lil min jaħdem li jkun jista' jissellef kotba billi din tagħlaq mal-5.00 p.m.?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ħinijiet li qed tiftaħ il-Librerija tal-Birgu mit-Tnejn sal-Ġimgħa, għalissa jidher li huma suffiċjenti. Dan hu bażat fuq l-ammont ta' self ta' kotba li jsir minn din il-librerija. Wieħed irid jinnota li l-ħinijiet ta' din il-librerija reġjonali huwa l-istess bħal-libreriji reġjonali l-oħra. Qed isir arranġament biex il-librerija tal-Birġu tibda tiftaħ is-Sibt fil-għodu wkoll biex dawk il-persuni li jkunu jixtiequ jagħmlu użu minnha u ma jkunux jistgħu fil-jiem l-oħra minħabba xogħol, skola eċċ. ikunu jistgħu jinqed is-Sibt.
Leg 9 PQ #3706 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Rabat — Casino Notabile

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'użu għandu l-Casino Notabile tar-Rabat fil-mument? Għal-liema skop intuża dan il-post/bini matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena? Jista' l-Ministru jikkunsidra li jipprovdi dan il-bini għall-użu ta' inizjattivi ġodda sabiex jintegraw il-persuni b'diżabilita' fis-soċjeta tagħna?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar l-użu tal-fond Casino Notabile fir-Rabat hu kif ġej : - * Sa l-1994 kien użat mis-Soċjeta' Casino Notabile * Bejn l-1995 u l-1996, il-fond kien f'idejn id-Dipartiment ta' l-Artijiet, ħlief għal ftit xhur meta kien użat mill-N.T.O.M * F'Ottubru ta' l-1996 il-fond kien ġie mikri lid-Dipartiment għall-Anzjani biex jintuża għal skop ta' rikreazzjoni (Day Care Centre). Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-aħħar parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3705 f'Seduta 58. 02.02.99

UE — Sussidju

Question

Peress li l-Unjoni Ewropea se tnaqqas is-sussidju għas-settur tal-biedja, jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kif dan se jaffettwa lill-bdiewa tal-pajjiżi membri u cioe' fejn huma l-vantaġġi/benefiċċji, eċċ. għall-bdiewa b'dawn il-miżuri għall-bdiewa Maltin u Għawdxin?

Response (MARCO, GUIDO DE)

Ir-riformi fis-settur tal-biedja fl-Unjoni Ewropea għadhom fi stadju tad-diskussjoni. Għal daqstant hu prematur li wieħed jitkellem fuq benefiċċji jew vantaġġi.