Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #3305 Sitting 60 1999-02-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx rigali lil xi individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1998? Jekk ingħataw, jista' l-Ministru jgħid lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni ta' l-għażla ta' dawn l-individwi? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża totali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fl-okkażżjoni tal-Milied 1998 ma ngħatawx rigali. Bħal ma jsir kull sena ngħataw rigali lit-tfal fil-wards ta' l-isptar San Luqa fi żmien il-Milied. Dawn ma swew xejn lid-dipartiment.

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx rigali li xi individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1998? Jekk ingħataw, jista' l-Ministru jgħid lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni ta' l-għażla ta' dawn l-individwi? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża totali?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-ispiża totali ta' rigali li ngħataw fl-okkażjoni tal-Milied 1998 mill-Ministeru tiegħi laħqet is-somma ta' Lm50. Ingħataw rigali lill-membri ta' l-istaff kolla (25 ruħ) li jaħdmu fil prossimita ma' l-uffiċċju tiegħi matul is-sena. Dan it-'token' simboliku ingħata bħala apprezzament għal-ħidma tagħhom.
Leg 9 PQ #3308 Sitting 60 1999-02-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx rigali lil xi individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1998? Jekk ingħataw, jista' l-Ministru jgħid lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni ta' l-għażla ta' dawn l-individwi? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża totali?

Response (BORG, TONIO)

Ma ngħataw ebda rigali lill-individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1998. 03.02.99

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx rigali lil xi individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1998? Jekk ingħataw, jista' l-Ministru jgħid lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni ta' l-għażla ta' dawn l-individwi? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża totali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal għoti ta' rigali mill-fondi pubbliċi allokati għall-Ministerun għas-Servizzi Ekonomiċi. It-tweġiba hija fin-negattiv.

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx rigali lil xi individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1998? Jekk ingħataw, jista' l-Ministru jgħid lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni ta' l-għażla ta' dawn l-individwi? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża totali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ma ngħataw l-ebda rigali fl-okkażżjoni tal-Milied 1998.
Leg 9 PQ #3712 Sitting 60 1999-02-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

UE — Taxxi/dazji

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-guidelines ta' taxxi/dazji dovuti fuq importazzjoni ta' materja prima minn barra l-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea għall-Agro Industrija, cioe' jekk din il-materja prima hijiex se tiġi eżentata kif kienet taħt il-liġi tas-CET?

Response (DALLI, JOHN)

Il-materja prima għall-Agro Industrija tikkonsisti prinċipalment fi prodotti ta` l-ikel li għad iridu jiġu proċessati. M`hemm l-ebda VAT fuq dawn il-prodotti ġejjin min fejn ġejjin. Jekk ikun hemm materja prima oħra li fuqha tkun tħalset xi VAT din it-taxxa tiġi refunded. Dwar dazji, ma kienx hemm l-ebda tibdil min kif kienu r-rati fl-1998.

Kalkara — Ċimiterju tal-Lhud

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra jekk sarx studju jew rapport rigward l-possibbilta' tal-ftuħ taċ-Ċimiterju tal-Lhud ġewwa l-Kalkara għal pubbliku?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ċ-Ċimiterju tal-Kalkara huwa monument storiku tas-seklu tmintax u li llum m'għadux jintuża bħala post tad-dfin. Għaldaqstant m'hemm ebda oġġezzjoni għal-ftuħ ta' dan is-sit għall-pubbliku sakemm in-natura sensittiva ta' dan il-post tiġi rispettata. Id-Dipartiment tal-Mużewijiet m'għandu ebda studju speċifiku rigward il-ftuħ ta' dan is-sit għall-pubbliku.

Marsa — Ċimiterju tat-Torok

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra jekk sarx studju jew rapport rigward il-possibbilta' tal-ftuħ ta' l-hekk imsejjaħ Ċimiterju tat-Torok ġewwa l-Marsa għal pubblika?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ċ-Ċimiterju Iżlamiku ġewwa l-Marsa (magħruf bħala ċ-Ċimiterju tat-Torok) huwa monument storiku tas-seklu dsatax u għadu qed jiġi użat attivament bħala post tad-dfin mill-komunita' Iżlamika ta' Malta. Għaldaqstant mogħti l-parir li dan il-post m'huwiex addatat għall-ftuħ għall-pubbliku ġenerali.

Marsa — Ċimiterju tal-Lhud

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra jekk sarx studju jew rapport rigward il-possibbilta' tal-ftuħ taċ-Ċimiterju tal-Lhud ġewwa l-Marsa għal pubbliku?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li -Ċimiterju tal-Lhud ġewwa l-Marsa huwa monument storiku li nbena fis-Seklu dsatax. Dan iċ-Ċimiterju għadu qiegħed jintuża attivament bħala post ta' dfin mill-komunita' Ebrajka ta' Malta. Għaldaqstant mogħti l-parir, li dan il-post m'huwiex addatat għall-ftuħ għall-pubbliku ġenerali.

Mtieħen — Żviluppi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru żviluppi fuq ir-rapport ippreżentat mill-mibki Perit Joseph Huntingford rigward l-istat ta' l-imtieħen ġewwa Malta u Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, ser ikolli nwieġeb f'xi Seduta oħra.

Kalkara — Triq it-Turetta - Ilma tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx possibbilta' li matul din is-sena l-problemi li l-ilma tax-xita qed jikkaġuna fit-Triq it-Turetta, Kalkara jiġu studjati u solvuti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq sabiex jinvestiga il-problema biex ikun determinat x`hemm bżonn isir.

Kalkara — Wied Għammieq - Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk tistax tiġi eżaminata u studjata l-possibbilta' li l-parti tat-triq li qegħda f'Wied Għammieq, Kalkara tiġi bit-tarmac billi x-xogħol li sar f'Awissu li għadda jidher li sar mgħaġġel u din il-parti tħalliet barra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol mill-Onor. Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tax-xogħol tad-Dipartiment wara li jiġi assigurat li s-servizzi fil-post huma permanenti.

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni taħt il-61 sena li qegħdin jieħdu pensjoni mill-Gvern? X'tip ta'pensjoni għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-istatistika li tinżamm mid-Dipartiment hija n-numru ta' persuni li qed jirċievu xi pensjoni taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali. Qed nipproduċi tabella li turi n-numru ta' persuni taħt il-61 sena li qed jirċievu xi pensjoni taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali. PERSUNI TAĦT IL-61 SENA LI QED JIRĊIEVU PENSJONI KONTRIBUTORJA TIP TA' PENSJONI Numru ta' Persuni Pensjoni dwar Invalidita' 4432 Pensjoni tar-Romol 1773 Pensjoni għal Korriment 391 Allowance għal Iltim 12 TOTAL 6608 PERSUNI TAĦT IL-61 SENA LI QED JIRĊIEVU PENSJONI MHUX KONTRIBUTORJA TIP TA' PENSJONI Numru ta' Persuni Pensjoni tal-Wens 316 Pensjoni tad-Dizabilita' 1898 TOTAL 2214 Ninforma lil Onor. Interpellant li l-eta' tal-pensjoni kontributorja għal nisa u għall-pensjoni mhux kontributorja ta' l-Eta' (kemm għal raġel sew għal mara), hija 60 sena. Fl-istatistika mogħtija hawn fuq, dawk li jirċievu dawn it-tip ta' benefiċċji u għadhom ma għalqux il-61 sena mhumiex inkluża. 3.2.99
Leg 9 PQ #3826 Sitting 60 1999-02-03 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Ħlas ta'arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallas il-gvern f'arretrati dovuti lill-ħaddiema tal-gvern in konnessjoni mar-riorganizzazzjoni fis-servizz ċivili 96/98? Kemm se jħallas il-gvern fis-snin li ġejjin?

Response (DALLI, JOHN)

Kif stabbilit mill-Ftehim Kollettiv ġdid għall-impjegati fis-settur pubbliku, il-Gvern intrabat li jħallas lill-impjegati tiegħu permezz ta` cash payments arretrati dovuti għas-snin 1996-1998. Skond figuri li għandu għad-disposizzjoni tiegħu d-Dipartiment tat-Teżor, jirriżulta li l-ammont ta` arretrati li tħallsu s`issa hu ta` Lm6,061,021. Returns minn xi dipartimenti għad irid jiġu proċessati.
Leg 9 PQ #3827 Sitting 60 1999-02-03 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Ħaddiema li telqu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm telqu nies minn mal-gvern qabel m'għalqilhom iż-żmien li jirtiraw bl-eta' s-sena li għaddiet? Kemm minnhom irriżenjaw, kemm ġew imkeċċija u kemm ġew boarded out?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi matul is-sena li għaddiet, 241 uffiċjal pubbliku irriżenjaw, 17 ġew imkeċċija, u 277 ġew medically boarded out. Dawn il-figuri jistgħu jiżdiedu xi ftit għaliex l- informazzjoni fuq dawn l-impjegati għadha dieħla.

Djar — Ta' Xbiex - Stallazzjoni ta' lifts

Question

Billi diversi persuni residenti ġewwa l-flats tal-Housing Estate ta' Ta' Xbiex qed isibu diffikulta' biex jitilgħu t-taraġ jew għax huma anzjani jew għax huma morda, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex fil-futur isiru lifts biex jgħinu lil dawn il-persuni li qed jinqabdu priġunieri ġewwa darhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għal Mistoqsija Nru. 2988. 3.2.99
Leg 9 PQ #3829 Sitting 60 1999-02-03 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ta' Xbiex — Triq Ġużeppi Cali - Tibdil strutturali

Question

Billi fit-tarf ta' Ġuseppe Cali Street, Ta' Xbiex lejn in-naħa tal-ġnien tal-Gżira qed isir xi tibdil strutturali ġo dar li qabel kienet residenzjali, jista' l-Ministru jgħid x'użu se jsir mid-dar in kwestjoni wara li jispiċċa x-xogħol? Jekk l-użu se jkun ta' tip kummerċjali u m'hemmx fejn jiġu pparkjati aktar karozzji f'din iż-żona, għaliex qed joħorġu permessi ta' dan it-tip mill-Planning Authority ġewwa Ta'Xbiex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li dwar is-sit li qed jagħmel referenza għalih l-Onor. Interpellant hemm permess li nħareġ fit-2 ta' April, 1998, sabiex titwaqqa' d-dar eżistenti u jinbnew basement għall-karozzi, l-ewwel sular biex jintuża bħala showroom u żewġ sulari oħra għall-użu bħala uffiċini. Fil-11 t'Awissu, 1998, saret applikazzjoni sabiex jinbidel l-użu minn residenza għal waħda ta' insurance offices. Din l-applikazzjoni għada qiegħda tiġi pproċessata. 03.02.99
Leg 9 PQ #3830 Sitting 60 1999-02-03 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ta' Xbiex — Conversions għal bini kummerċjali

Question

Billi ġo Ta' Xbiex speċjalment lejn in-naħa t'isfel ta' Abate Rigord Street u lejn in-naħa tal-vilel qed isiru ħafna conversions minn bini residenzjali għal wieħed kummerċjali, u li qed jirriżulta fi problemi kbar bħal residenti u anke għat-traffiku, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem il-Planning Authority għal dan it-tip ta' tibdil f'użu? Kemm ħarġu permessi ta' dan it-tip fl-aħħar għaxar snin? Huwa l-ħsieb li jibqgħu joħorġu permessi ta'dan it-tip?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat l-Awtorita' ta' l-Ippjanar iddeċidiet 5 applikazzjonijiet għall-bdil f'użu minn bini residenzjali għal wieħed kummerċjali fi Triq Abate Rigord, Ta' Xbiex. Minn dawn l-applikazzjonijiet, tnejn minnhom għandhom l-entratura minn toroq sekondarji u side elevation fuq Triq Abate Rigord. L-Awtorita' għandha applikazzjoni waħda pendenti fl-imsemmija triq li tikkonsisti fi bdil ta' użu minn basement għall-arkivji ta' uffiċini eżistenti. Dwar il-ħruġ ta' permessi futuri ta' dan it-tip fiż-żona ndikata, kull applikazzjoni tiġi kkunsidrata fid-dawl tal-policies vigenti ta' l-Awtorita'. 03.02.99
Leg 9 PQ #3847 Sitting 60 1999-02-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Servizz ta' faċilitajiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2993, Seduta Nru. 52?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista ta' l-iskejjel li f'Malta u Għawdex jestendu faċilitajiet ta' l-iskola wara l-ħin skolastiku ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-Kunsilli ta' l-Iskola jiddeċiedu jekk l-iskejjel ikunux f'pożizzjoni li jilqgħu t-talbiet li jkollhom.
Leg 9 PQ #3848 Sitting 60 1999-02-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni rapportati nieqsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ċittadini Maltin u persuni barranin li jgħixu f'Malta li ġew irrapportati lill-pulizija bħala nieqsa matul dawn l-aħħar ħames snin? X'investigazzjonijiet saru u qed isiru mill-pulizija? Kemm kien hemm persuni taħt it-18-il sena fost il-persuni rrapportati nieqsa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1994 u l-1998 ġew irrapurtati lill-Pulizija, 847 persuna nieqsa. Minn dawn, 189 kienu taħt it-tmintax il-sena filwaqt li 9 persuni biss minnhom baqgħu ma nstabux. Fejn il-persuna tibqa' ma tinstabx, il-Pulizija testendi l-investigazzjoni tagħha anke barra minn Malta, permezz ta' l-Interpol. 03.02.99