Legislature:
Category:
Reset
Active:

MIA — Ħlas ta' xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Malta International Airport ħallset flus u għal-liema xogħol lill-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament għas-snin 1995, 1996, 1997 u 1998? Min huma s-sidien ta' din il-kumpannija? Qatt kien hemm xi sid li kien jiġi minn wieħed mid-direttur ta' l-MIA?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-ħlas li sar mill-M.I.A. lill-kumpanija li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant, huwa dan: 1995 - Lm5022.79c 1996 - Lm1424.53c 1997 - Lm 880 1998 - Lm1905 Dan il-ħlas sar in konverżjoni mas-software għall-Main Accounting and Passenger Service Charge. Ma nħossx li jkun etikament korrett li msemmi l-ismijiet tal-persuni li huma l-proprjetarji tal-kumpanija.

MIA — Ħlas ta' xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset flus, u dan għal-liema xogħol, il-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament, fl-MIA meta ġiet imqabbda għas-snin 1995, 1996, 1997, 1998?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-kumpanija li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant tħallset dawn l-ammonti: 1995 - Lm 357.23c 1996 - Lm2103.88c 1997 - Lm1421.80c 1998 - xejn Dan il-ħlas ikopri l-kera u charges ta' GSM mobile telephone użat miċ-Chairman ta' l-M.I.A. waqt li dan ikun barra minn Malta. Dan is-servizz tal-GSM mobile telephone ma kienx provdut lokalment fis-snin imsemmija.
Leg 9 PQ #4434 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — G. Despott Junior Lyceum

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk saritx xi forma ta' inkjesta dwar il-qagħda fil-G. Despott Boys Junior Lyceum fil-Cottonera? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, tista' l-Kamra tkun taf x'sar minn dak ir-rapport u jistax jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jinforma lill-Kamra x'azzjoni ttieħdet jew qed tittieħed mill-ministeru u/jew mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni bħala riżultat ta' dak ir-rapport biex tiġi rranġata l-qagħda f'dik l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li dwar il-qagħda fil-G. Despott Boys Junior Lyceum fil-Kottonera jiena tlabt li jsir rapport dwar is-sitwazzjoni f'dik l-iskola minn persuni esterni għad-Diviżjoni. Ġew imqabbda il-Management Efficiency Unit ta' l-OPM, li ppreżentaw rapport ftit ġimgħat ilu. Tajt ukoll struzzjonijiet lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex teżegwixxi dawk il-miżuri li huma meħtieġa biex titjieb is-sitwazzjoni.
Leg 9 PQ #4442 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: JEFFREY PULLICINO ORLANDO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Kliniċi tad-dentisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ġew magħżula speċifikament il-kliniċi wżati mid-dentisti għall-ħlas ta' Lm100 fis-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minħabba li x-xogħol li jsir fil-kliniċi tad-dentisti u tal-veterinarji huwa simili għal dak li jsir fi kliniċi mediċi li fihom isiru 'day cases', ġie adottat l-istess parametru ta' ħlas ta' liċenzji. Għaldaqstant mhux korrett li jingħad li l-ħlas ta' Lm 100 għall-liċenzja gie adottat speċifikament għall-kliniċi użati mid-dentisti.

Żebbuġ — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħidilna jekk hemmx ħsieb għal xi proġett biex itaffi mill-problema ta' flooding li qed jiffaċċjaw r-residenti taz-zona "Tad-Dawl" ta' Ħaż-Żebbuġ, peress li dawk ir-residenti sofrew minn ħsarat konsiderevoli fil-proprjeta' tagħhom, partikolarment fil-maltemp ta' Jannar ta' l-1998?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Din il-problema li d-Dipartiment huwa konxju tagħha, ġiet mgħoddija lill-Konsulenti ta' l-iStorm-Water Master Plan tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma. Dawn għamlu studju profond, u għaddew rapport b'suġġerimenti preliminarji li qegħdin jiġu kkunsidrati mid-Dipartiment. Ir-residenti milquta kellhom laqgħa ma' rappreżentanti tal-Ministeru għall-Ambjent u tad-Dipartiment fejn ġie spjegat lilhom dan kollu.
Leg 9 PQ #4444 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Contribution fee fuq permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għaddiet flus l-Awtorita' ta' l-Ippjanar lill-Gvern minn dak li tiġbor l-istess awtorita' bħala contribution fee fuq permess ta' bini għas-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ammont ta' flus li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għaddiet lill-Gvern minn contribution fees fuq permessi ta' bini li jinġabru mill-istess Awtorita' għas-snin speċifikati mill-Onor. Interpellant kien kif ġej : - Sena Ammont ---- ------ 1993 Lm 1,183,239 1994 Lm 1,558,260 1995 Lm 1,362,969 1996 Lm 914,589 1997 Lm 1,042,731 1998 Lm 1,126,574 08.02.99
Leg 9 PQ #4445 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Wied il-Għajn — Triq G. Pesci - Tindif

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa sabiex plot f'area residenzjali fi Triq G. Pesci, Wied il-Għajn, ma jibqax iservi ta' miżbla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

It-tindif ta' plots privati huma responsabbilta' tas-sidien u li huma marbutin li jtellgħu ħajt madwar dawn il-plots.
Leg 9 PQ #4446 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Żabbar — "Tal-Fata" - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li kamra tal-watchmen impjegati mal-PW fl-area magħrufa bħala "Tal-Fata", Żabbar, ikollha servizz tad-dawl?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li saret applikazzjoni lill-Korporazzjoni Enemalta għal dan l-iskop.
Leg 9 PQ #4447 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Ftehim Kollettiv - arretrati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati tal-gvern li għadhom ma ħadux l-arretrati dovuti skond l-aħħar ftehim kollettiv? X'inhi r-raġuni wara dan id-dewmien u meta se jkun ħadhom kulħadd?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-Onor Interpellant mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi.

Housing Cont. and Maintenance Dept. — Birgu

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba sabiex isir xogħol mill-Housing Const. and Maintenance Department fi Flat 8, Blk 7, Triq De Opertis, Birgu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt din it-talba lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar; Jien infurmat li m'hemm ebda talba pendenti għal xogħolijiet fil-flat propja ħlief għat-tikħil tal-faċċati u tibjid tat-tromba. Jien infurmat li dawn ġew inklużi fil-programm ta' xogħolijiet tad-Dipartiment. 8.2.99
Leg 9 PQ #4449 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Exemption mill-iskola

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy sabiex studenti jiġu exempted mill-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li applikazzjonijiet biex studenti jiġu exempted mill-iskola jiġu kkonsidrati fuq dawn il-kriterji: li l-istudent ikun qorob biex jagħlaq is-sittax-il sena; jew, li l-istudent ikun lesta l-kors provdut mill-iskola; jew, li jkun hemm raġunijiet umanitarji serji.
Leg 9 PQ #4450 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Bormla - Skola Primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-sena d-dieħla jkun hemm klassi tar-repeaters tal-Year 6 (jekk ikun il-każ) fl-iskola primarja ta' Bormla?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-faċilita' li jirrepetu l-Year 6 tingħata lit-tfal ta' l-iskejjel kollha ta' Malta u Għawdex. Id-Diviżjoni tara li jkun aktar ta' benefiċċju li tfal i jirrepetu jkunu fi klassijiet għalihom billi l-ħtiġijiet tagħhom ma jkunux l-istess bħal ta' dawk li ser jagħmlu l-eżami għall-ewwel darba. Għalhekk, sa fejn hu prattikabbli, fejn ma jkunx hemm biżżejjed repeaters f'lokalita' waħda biex tifforma klassi dawn jingħaqdu ma' repeaters oħra fi skola viċin.

Paceville — Bini ta' Torri

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Maltacom għadhiex bil-pjani tagħha għal Millenium ġdid viż bini ta' torri ta' 70 sular fl-exchange ta' San Ġiljan/Paceville? Jekk fl-affermattiv, fiex waslu l-konsultazzjonijiet ma' l-intrapriżi li kien hemm diskussjonijiet magħhom? X'tagħrif jista' jagħti aktar il-Ministru dwar dan il-proġett? Kemm kienet in-nefqa ta' pjanti, disinji u marketing, li sar, inkluż il-brochure li miegħu kien hemm il-video?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #4467 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Kirjiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iddaħħal f'kirjiet l-Universita' ta' Malta? Jista' jgħid f'kull każ kemm hu l-ammont ta' kirjiet li ddaħħal u fiex tikkonsisti kull waħda?

Response (GALEA, LOUIS)

Ir-rati ta' kirjiet li ddaħħal l-Universita' għas-sala Sir Temi Żammit u għas-swali l-oħra fi ħdan is-Centre for Communicatons Technology (CCT) huma elenkati fl-iskeda li ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #3196 Sitting 60 1999-02-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Luċija — Dawl fis-subway

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal flood light fl-entratura ta' subway f'Tal Barrani, f'Santa Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3197 Sitting 60 1999-02-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Luċija — Triq it-Tulipan - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa f'passaġġ bejn Triq it-Tulipan u Triq Żinja f'Santa Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3198 Sitting 60 1999-02-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Luċija — Trejqet il Ġirasol - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu żewġ lamp oħra ma' waħda eżistenti fi Trejqet il-Ġirasol u Triq Ineż Soler f'Santa Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3199 Sitting 60 1999-02-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq Sammat - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Sammat f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3200 Sitting 60 1999-02-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq San Ġużepp - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq San Ġużepp fuq Dar Nru.24 f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3201 Sitting 60 1999-02-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq Sammat - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Sammat Nru.228 f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.