Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu l-gvern jħallas l-arrears dovuti lill-impjegati kollha tat-tarzna f'taxxa mħallsa żejda minnhom, u li wħud minnhom għandhom jieħdu f'mijiet ta' liri Maltin?
Response (DALLI, JOHN)
Il-ħlas tar-refunds hu regolat mill-provvista ta` fondi maħsuba għal dan il-għan.
L-ammonti dovuti lill-ħaddiema tad-Drydocks ma jkunux ikkunsidrati għalihom waħedhom iżda jifformaw parti mill-ammont totali ta` refunds li d-dipartiment għandu jagħti lil taxpayers oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern kompliex bl-inizjattiva tal-Gvern Laburista preċedenti li jkun hemm kumitat awtonomu li jorganizza l-Karnival minflok kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Festi Nazzjonali biex titnaqqas il-burokrazija?
Minn min huma komposti l-Kumitat tal-Karnival u dak tal-KFN separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
Filwaqt li s'issa ma kien hemm ebda tibdil fil-kompożizzjoni tal-kumitati msemmija minn kif ħalliehom l-Onor. Membru f'Settembru 1998, għadni ma tajt ebda ħsieb dwar x'inhu l-aħjar tibdil fl-organizazzjoni f'dan il-qasam.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-preparazzjonijiet għall-imħażen biex fihom jibdew jinħadmu l-karrijiet tal-Karnival minflok Sant'Iermu li ħejja l-aħħar Gvern Laburista?
X'taħdidiet kellu l-ministeru/segretarjat biex jistgħu jinħarġu f'post adegwat dawk li jaħdmu l-karrijiet tal-karnival f'Sant'Iermu u biex din il-fortizza tiġi riabilitata bħala attrazzjoni turistika?
Response (GALEA, LOUIS)
F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4030.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu d-diskussjonijiet/taħdidiet li kienu bdew taħt Amministrazzjoni Laburista biex f'pajjiżna titwaqqaf is-sedia ta' Federazzjoni Internazzjonali għall-Karnivali fil-Mediterran? Il-gvern tal-ġurnata beħsiebu jsegwi din l-idea?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'Awissu 1998 delegazzjoni tal-Kumitat tal-Karnival komposta mis-sinjuri George Zahra, Vincent Scicluna u Joseph Sapiano marret Viareggio u Nizza sabiex isiru diskussjonijiet preliminari dwar it-twaqqif ta' tali Federazzjoni u din għamlet rapport fejn ġie rakkomandat li delegazzjoni minn dawn iż-żewġ kumitati jiġu Malta ħa jkomplu jiddiskutu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol (part 2) fl-aħħar ta' Jannar 1999?
Għal-liema tip ta' xogħol qegħdin jirreġistaw għax-xogħol dawn il-persuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi Seduta oħra.
8.2.99
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 4083?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma huwa mistenni li jibdew jinħarġu fil-ġimgħat li ġejjin. Dawn il-kontijiet ma nħarġux aktar qabel minħabba tibdil fis-sistema tal-kontijiet.
Jista' l-Ministru jara li l-każ ta' Housing H 01380, f'Ħaż-Żebbuġ jingħata l-attenzjoni peress li dan hu każ li ilu pendenti ħafna u l-applikant qiegħed jgħix fi stat mill-aktar miżeru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi kkunsidrata kif inhu xieraq. Irrid ngħid pero illi kull applikazzjoni li tinsisti fuq lokalita' waħda biss bħala preferenza iddgħajjef ħafna l-argument tal-"bżonn urġenti".
8.2.99
Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni u r-raġuni għaliex il-kurrent elettriku qed jinqata' fuq bażi regolari f'ħafna postijiet fosthom Triq il-Forga u Triq il-Mitħna, Naxxar?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati mad-dipartimenti diversi li jħaddan il-Ministeru għall-Ambjent?
Jista' l-Ministru jgħid illum, fejn hu mpjegat kull ħaddiem irrispettivament inkluż dawk fil-ministeru?
Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti qed jaħdem fuqhom il-ministeru li għandhom x'jaqsmu ma' Birkirkara?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li xi proġetti li l-Ministeru ħadem fuqhom li għandhom x'jaqsmu ma' Birkirkara huma:
(i) Konklużjoni tax-xogħlijiet u 'handing over' taċ-Ċentru
Ċiviku ġdid f'Birkirkara.
(ii) Xogħol ta' twessiegħ f'xi partijiet tal-kanal ta' l-ilma
fl-inħawi ta' Cane Street.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jinfetaħ Ċentru Ċiviku f'Birkirkara?
Liema dipartimenti tal-gvern se jkunu f'dan iċ-ċentru?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li bħalissa qiegħed isir 'handing over' lid-dipartimenti li sejrin jokkupaw dan iċ-ċentru.
Dan il-bini ser jiġi okkupat minn dawn id-dipartimenti:
1. Kunsill Lokali B'Kara li jinkludi Day Care Centre
2. Dipartiment tas-Saħħa li jinkludi wkoll il-Podoloġija
3. Dipartiment tas-Servizzi Soċjali
4. Uffiċju tas-Sanita'
5. Librerija Pubblika.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm, mill-1993 'il quddiem ikkontestaw kandidati fit-23 kunsill lokali fejn se jsiru l-elezzjonijiet f'Marzu li ġej? Tista' l-istatistika tingħata skond il-partiti, jew gruppi? Kemm minn dawk li ġew eletti fl-ewwel elezzjoni reġgħu ikkontestaw it-tieni elezzjoni?
Jista' l-Prim Ministru jgħid minn meta twaqqfu l-kunsilli lokali kemm saru laqgħat tal-kunsilli lokali, f'kull lokalita' fit-23 post fejn hemm l-elezzjonijiet tal-kunsilli f'Marzu li ġej?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant il-laqgħat tal-Kunsilli Lokali huma miftuħa għall-pubbliku.
Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsilli tal-lokalitajiet rispettivi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi struttura teżisti fl-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali?
Kemm hemm postijiet battala u f'liema karigi huma? Xi skala huma dawk il-postijiet battala?
X'miżuri qed jittieħdu biex dawn il-postijiet battala jimtlew?
Jaħseb il-Prim Ministru li waħda mid-diffikultajiet f'dan il-post huwa li l-pagi u l-kondizzjonijiet m'humiex attraenti? Jekk iva, x'jaħseb li għandu jsir?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-complement stabbilit xi snin ilu għal Uffiċċju ta` l-Avukat Ġenerali hi kif ġej:
Avukat Ġenerali
1
Deputat Avukat Ġenerali
1
Diretturi Legali
2
Assistenti Avukati Ġenerali
4
Avukati Anzjani tar-Repubblika
4
Avukati tar-Repubblika
2
Legal Officer
5
Junior Legal Officer
3
Prokuratur Legali Anzjan
1
Prokuraturi Legali
4
Bħalissa l-postijiet ta` 2 Diretturi Legali (Skala 3), 2 Assistenti Avukati Ġenerali (Skala 4), Avukat Anzjan tar-Repubblika (Skala 5) u 2 Avukati tar-Repubblika (Skala 6) huma battala.
Saru diversi sejħiet għal applikazzjonijiet għal dħul fl-Uffiċċju ta` l-Avukat Ġenerali fil-passat iżda l-interess minn barra s-servizz dejjem kien limitat għal gradwati ġodda li jidħlu fi grad ta`
Junior Legal Officer
.
Għalkemm fl-Uffiċċju ta` l-Avukat Ġenerali jitħallsu
allowances
ta` ħmistax fil-mija fuq l-iskala tal-pagi stabbilita minħabba l-pressjoni tax-xogħol fl-istess Uffiċċju jidher illi bl-iskali preżenti m’hux possibbli illi jiġu mħajjra avukati ta` esperjenza, u biex jinżammu fis-servizz avukati wara li jkunu akkwistaw l-esperjenza, u biex jimtlew ċerti postijiet battala.
Jidher ukoll illi l-
complement
stabbilit fil-passat m’hux ideali u qiegħed isir studju biex jiġi definit aħjar ix-xogħol li għandu jsir minn dak l-uffiċċju u n-numru ta` uffiċjali f'’kull grad li jkunu meħtieġa biex dak ix-xogħol ikun jista` jkompli jsir mingħajr pressjoni żejda fuq minn ikun qiegħed jagħmlu.
Qiegħed jiġi studjat ukoll x’jista` jsir biex il-kundizzjonijiet tax-xogħol f’dak l-uffiċċju jiġu mtejjba. B’hekk il-Gvern ikollu f’dan l-Uffiċċju iż-żieda ta` nies meħtieġa biex ikunu jistgħu jwettqu x-xogħol dejjem aktar kumpless u speċjalizzat li hu meħtieg flimkien man-nies preżenti, li għandu jingħad qegħdin jagħmlu minn kollox biex nonostante il-limitazzjonijiet li jridu jiffaċċjaw, jagħtu servizz mill-aqwa lil Gvern.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi preparamenti għaddejjin biex jitwaqqaf id-Dipartiment tal-Ġustizzja?
X'se tkun il-funzjoni ta' dan id-dipartiment?
Xi struttura se jkun fih?
Meta se jitwaqqaf?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li bħalissa fid-diviżjoni tal-Ġustizzja qed isir studju flimkien mal-Management Efficiency Unit biex jidentifika l-oqsma li għandhom ikun responsabbilta’ tad-Dipartiment tal-Ġustizzja meta jitwaqqaf kif suppost.
Sallum ħafna mill-funzjonijiet tad-Dipartiment tal-Ġustizzja, twettqu jew mill-Ministeru tal-Ġustizzja jew mill-Uffiċċju ta’ l-Avukat Ġenerali jew minn xi kummissjoni. Il-ħsieb tal-Gvern hu li jidentifika dawn il-funzjonijiet u jistruttura dipartiment li jkun jista’ joffri servizz aħjar u kontinwita’ amministrattiva.
Jista' l-Ministru jgħid x'possibiltajiet hemm li f'Bienja 7, Ent.B, Triq l-Imsaġar, Ħ'Attard, jiġi stallat lift li huwa ta' bżonn għal xi numru ta' residenti?
X'inhi l-policy tad-dipartiment dwar dawn il-lifts (fejn huwa prattikabbli) fi flats tal-gvern? Kemm ġew allokati flus fl-estimi tad-djar għal dan l-iskop?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Skond il-kundizzjonijiet tal-ħarġa relattiva dwar Binja 7 li deher
fil-Gazzetta tal-Gvern tat-23 ta' Awissu 1991, hemm din il-kundizzjoni:
TAL-FUKLAR ATTARD
Dawn l-appartamenti qed jinbiegħu fi stat ta' semi-shell. Huma kompluti fuq barra, inklużi twieqi, bibien prinċipali, kontra bjut u partijiet komuni. Fuq ġewwa, is-servizzi tad-dawl, ilma u drenaġġ huma pprovduti lesti. Kull entratura hija pprovduta b'bokka tal-lift imma l-lifts jiġu mixtrija mill-benefiċjarji.
8.2.99
Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol ta' ristruttura ta' kanal għall-ilma fi Mdina Road, Żebbuġ u kif avżat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-15 ta' Diċembru 1998, Advert No. 197?
Jista' l-Ministru jagħtina kopja tal-kuntratt u tal-kondizzjonijiet annessi miegħu li kopja tagħhom ingħatat lill-kuntrattur li ħa l-offerta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ix-xogħol jikkonsisti f'modifikazzjoni ta' passaġġ ta' l-ilma eżistenti min-naħa għall-oħra tat-triq u li finalment jispiċċa ġo passaġġ li jagħti għall-wied ta' Ħal-Qormi.
Il-pjan huwa li jkun hemm sistema li l-ilma, li normalment jinġabar wara kull xita f'din il-parti ta' Mdina Road, ikollu mnejn jgħaddi aktar malajr u b'hekk tonqos l-inkonvenjenza li teżisti bħalissa.
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għal dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għal sit ta' qabar fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata f'isem il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament data 21.4.97?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li l-applikazzjoni bid-data tal-21ta' April 1997 f'isem il-persuna li d-dettalji tagħha ingħataw separatament qiegħda fid-942 post fil-'waiting list' għall-applikazzjonijiet għall-akkwist ta' qabar fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4097, jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji d-Dipartiment tas-Saħħa ta l-approvazzjoni tiegħu għall-proposta ta' ħażna ta' pitrolju fi Triq is-Snajja', l-Imsida li hija ta' periklu kbir għar-residenti fl-inħawi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Dipartiment tas-Saħħa ta r-rimarki tiegħu lill-Awtorita ta' l-Ippjanar fl-24ta' Ġunju 1998 dwar kostruzzjoni ta' garaxx fil-livell ta' 'basement', garaxx f'livell tal-pjan terran u bini ta' dar għall-akkomodazzjoni f'livell ta' l-ewwel sular.