Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #3312 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru ta' l-Ambjent — Rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx rigali lil xi individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1998? Jekk ingħataw, jista' l-Ministru jgħid lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni ta' l-għażla ta' dawn l-individwi? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża totali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Fl-okkażjoni tal-Milied 1998, l-impjegati kollha fis-Segretarjat Privat u dawk fis-Segretarjat Permanenti ingħataw rigal żgħir bħala apprezzament għax-xogħol tagħhom. L-ispiża totali laħqet is-somma ta' Lm445.60. Irrid ngħid li dan sar skond il-prattika tul l-aħħar snin, inklużi s-sentejn taħt l-amministrazzjoni preċedenti.
Leg 9 PQ #3313 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx rigali lil xi individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1998? Jekk ingħataw, jista' l-Ministru jgħid lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni ta' l-għażla ta' dawn l-individwi? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża totali?

Response (DALLI, JOHN)

Ma ngħatawx rigali lill-individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1998.
Leg 9 PQ #3314 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx rigali lil xi individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1998? Jekk ingħataw, jista' l-Ministru jgħid lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni ta' l-għażla ta' dawn l-individwi? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża totali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ebda rigal ma ġie mixtri għall-okkażjoni tal-Milied 1998.

Ministeru tal-Politika Soċjali — Rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx rigali lil xi individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1998? Jekk ingħataw, jista' l-Ministru jgħid lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni ta' l-għażla ta' dawn l-individwi? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża totali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3315, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħataw l-ebda rigali lil xi ndividwi fl-okkażjoni tal-Milied 1998. 8.2.99

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Rigali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ingħatawx rigali lil xi individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1998? Jekk ingħataw, jista' jgħid lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni ta' l-għażla ta' dawn l-individwi? Jista' jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża totali?

Response (MARCO, GUIDO DE)

Ir-risposta hija fin-negattiv.

Kalkara — Bieb is-Salvatur - Restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra jekk sarx studju jew rapport min-naħa tal-kultura rigward l-ispejjeż involuti fir-restawr tal-Bieb is-Salvatur ġewwa l-Kalkara?

Response (GALEA, LOUIS)

Filwaqt li ma jirriżultali l-ebda studji propju fuq is-suġġett, tlabt l-awtorita' kompetenti tagħtini opinjoni informata fuqu.
Leg 9 PQ #3777 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Kalkara — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk matul din is-sena kurrenti hemmx previst li t-toroq li qegħdin jdawru l-Appartamenti Indipendenza l-Kalkara jsiru billi hemm ħafna ilmenti mir-residenti li huma aktar milli ġustifikati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #3831 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Ta' Xbiex — Ta' Xbiex Terrace - Garaxxijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla ix-xogħol fuq il-garaxxijiet li hemm taħt Ta'Xbiex Terrace, Ta'Xbiex? Għaliex waqaf ix-xogħol? Kemm ilu wieqaf? X'jista' jsir biex jitnaqqas l-inkonvenjent għar-residenti li jużaw din it-triq in kwestjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Minn informazzjoni li għandi dawn il-garaxxijiet huma propjeta' privata.

Prodotti — Għoli fil-prezz

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjoni saret mill-ministeru dwar id-diversi prodotti li għolew mill-bidu tas-sena 'l hawn? X'se jagħmel il-gvern ma' dawk li jinstabilhom li qegħdin jgħollu l-prezzijiet meta mhux suppost?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Ministeru, permezz tal-mekkaniżmu fi ħdanu, jinsab għaddej kontinwament b'eżerċizzju li permezz tiegħu isir monitor tal-prezzijiet tal-prodotti. Fejn jinstab li xi prezz huwa aktar mili suppost, mingħajr ġustifikazzjoni, bħala miżura primarja tinġibed l-attenzjoni biex tali prezz jiġi aġġustat.
Leg 9 PQ #3833 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jdaħħal flus il-gvern mill-VAT matul din is-sena minn fuq il-cable television, min fuq il-bejgħ ta' tickets taċ-ċinema, minn fuq il-bejgħ ta' ikel mir-restoranti? Kemm ġabar il-gvern minn fuq is-CET is-sena li għaddiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 3833 hija kif ġej: VAT 1999 CET 1998 (stima) (attwali) Bejgħ mir-Restoranti Lm1.45 miljuni Lm1.04 miljuni Bejgħ miċ-Ċinemas Lm0.31 miljuni Lm0.16 miljuni Bejgħ ta` Cable Television -- -- Ngħarraf ukoll lill-Onorevoli Interpellant li: 1. L-istima tad-dħul mill-VAT fl-1999 hija bbażata fuq id-dħul mill-istess VAT bejn Lulju 1996 u Ġunju 1997 (fl-aħħar tnax-il xahar tas-sistema tal-VAT ta` qabel) u hija ikkalkulata daqslikieku s-sistema l-ġdida tal-VAT matul din is-sena (1999) hija fully operational. 2. Iċ-ċifra mogħtija jistgħu jinkludu fihom dħul ta` taxxa minn attivitiajiet oħra, barra l-attivitajiet imsemmija, li l-persuni reġistrati konċernati jistgħu jkunu għamlu. 3. Rigward id-dħul minn fuq il-cable television, l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata peress li hemm persuna waħda reġistrata li faċilment tista` tiġi iddentifikata, u għaldaqstant, jekk tingħata, tkun qed tingħata informazzjoni kummerċjali ta` natura kunfidenzjali.
Leg 9 PQ #3834 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

PSC — Persuni mressqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tressqu mpjegati tal-Gvern quddiem il-PSC is-sena li għaddiet? Fuq xiex tressqu? Minn liema dipartmenti tal-gvern kienu? Kemm inqatgħu każi s-sena l-oħra? X'kien ir-riżultat?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant u li ġiet mgħoddija lili, qegħda tingħata fuq tlett tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. Dawn it-tabelli juru l-figuri kemm ta’ każijiet ġodda kif ukoll ta’ każijiet konklużi fl-1998. A. każijiet kriminali li dwarhom għaddejjin proċeduri fil-Qorti; B. każijiet dixxiplinarj serji li dwarhom għaddejjin proċeduri quddiem il-Bord ta’ Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku; u C. każijiet ta’ tkeċċija minħabba assentejiżmu.

Impjiegi — Persuni boarded out

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew boarded out persuni minn bordijiet tal-gvern is-sena l-oħra? Kemm kienu mpjegati tal-gvern, kemm tal-privat? X'eta' kellhom dawk boarded out?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jista' jagħti biss l-istatistika ta' persuni li ġew boarded-out taħt il-provedimenti ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali. Dwar din l-istatistika nirreferi lill-Onor. Interpellant lejn it-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Numru 3823. Skond l-informazzjoni li għandu d-Dipartiment, mit-840 persuna li ġew boarded out matul l-1998, 235 kienu ġejjin mis-settur governattiv, 470 mill-privat u 135 persuni li kienu jaħdmu għal rashom (self-occupied). 8.2.99
Leg 9 PQ #3836 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' reati rrapportati lill-pulizija sena b'sena fl-aħħar għaxar snin? Kemm kien hemm xahar b'xahar is-sena li għaddiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fiż-żewġ Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 08.02.99
Leg 9 PQ #3859 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista (sa l-ewwel ta' Jannar 1999) ta' uffiċjali pubbliċi fl-ewwel ħames gradi taċ-Ċivil, maqsumin f'irġiel u nisa (miżżewwġin jew le); meta daħlu fis-servizz pubbliku u f'liema grad u kemm ilhom fil-grad li għandhom illum?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba qegħda tiġi miġbura u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.

Kalkara — Tiswija ta' triq

Question

Jista' l-Ministru jinformani jekk ġiex ippreżentat rapport rigward l-istat tat-triq li tibda minn Triq il-Missjoni Taljana u li tgħaddi quddiem il-Kunvent tal-Kapuċċini, sa l-aħħar ta' Triq Santa Liberata, l-Kalkara wara l-aħħar domanda parlamentari li għamilt?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-triq ġiet spezzjonata u jirriżulta li fiha ħafna ħofor u żrar maqlugħ. Qed issir konsiderazzjoni jekk din il-ħsara hiex qed tiġri minħabba kostruzzjoni ħazina tat-triq jew hija sempliċiment ħsara tal-wiċċ biex ikun jista jiġi ppjanat ix-xogħol meħtieġ.

MMA — Irmiġġi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' rmiġġi li se żżid l-Awtorita' Marittima matul din is-sena? F'liema nħawi ta' Malta? Jista' l-Ministru jikkonsidra li jiżdiedu l-irmiġġi fin-naħa ta' fuq ta' Malta, partikolarment f'San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li sa `llum, l-Awtorita` Marittima għad m`għandiex pjani li tagħmel irmiġġi f`xi nħawi. L-Awtorita` Marittima minn żmien għal ieħor tirċievi applikazzjoni għal irmiġġi temporanji f`kull bajja ta` Malta, inklużi San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa. Sakemm ma jkunux f`xi żona riservata għall-għawwiema, dawn l-applikazzjonijiet dejjem ġew milqugħa.

MMA — Institute of Marina Studies

Question

B'riferenza għall-proposti/draft li ħejjiet l-Awtorita' Marittima sabiex jiġi mwaqqaf l-Institute of Marina Studies, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Gvern huwiex se jkompli jiżviluppa dan il-ħsieb?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fl-1994 bdew diskussjonijiet bejn l-Awtorita` Marittima u l-Ministeru ta` l-Edukazzjoni biex ikun hemm kordinazzjoni kontinwa dwar `courses` u servizzi oħra li tipprovdi l-Iskola Nawtika. B`riżultat ta` dawn it-taħdidiet, li damu sejrin sa l-1998, twaqqaf kumitat b`rappreżentanti miż-żewġ naħat li eventwalment wassal biex ħarġet l-idea li jitwaqqaf Istitut għall-Istudji Marittimi. Il-Kumitat fassal Statut proviżorju kif ukoll `Business Plan`, iżda ma ntlaħaqx ftehim dwar `frame work` legali biex jista` jitwaqqaf dan l-Istitut. Il-Gvern qiegħed jeżamina s-sitwazzjoni biex ix-xogħol li sar ma jisfax fix-xejn.

Breakwaters

Question

B'riferenza għax-xogħlijiet maħsuba li jsiru mill-amministrazzjoni preċedenti, cioe' sabiex isir ir-refurbishment tal-breakwater tal-Veċċa u tal-moll ta' Buġibba, jista' l-Ministru jikkonferma mal-Kamra li x-xogħlijiet se jiġu attwati? Jekk fl-affermattiv, meta u kemm hija n-nefqa vvotata għal dawn ix-xogħlijiet ta' refurbishment?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li għas-sena finanzjarja 1998-99, l-Awtorita` Marittima vvutat is-somma ta` Lm60,000 għal xogħol fuq il-Breakwater ta` Bugibba u tal-Veċċa. Diġa sar survey fuq il-moll ta` Buġibba u ser toħroġ Tender biex isir dan ix-xogħol ta` Hemm il-ħsieb li jsir survey fuq il-moll tal-Veċċa din is-sena biex ix-xogħolijiet ta` tiswija jitwettqu mill-aktar fis. Dan juri li l-amministrazzjoni preżenti qed tieħu x-xogħol meħtieġ bis-serjeta.
Leg 9 PQ #3939 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kummissjoni Nazzjonali għall-Biedja u Sajd — Rapport

Question

B'riferenza għar-rapport li tħejja bejn l-uffiċjali Maltin, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Biedja u Sajd u l-FAO dwar l-iżvilupp tal-biedja u sajd fil-gżejjer tagħna taħt l-amministrazzjoni preċedenti, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex se jkompli jimxi u ċioe' jiżviluppa s-settur tal-biedja u sajd abbażi ta' dan ir-rapport? Jekk iva, x'laqgħat saru mill-5 ta'Settembru 'l hawn bħala kontinwazzjoni ta' dan ir-rapport u minn kienu l-uffiċjali nvoluti? Minn kienu r-rappreżentanti tal-FAO li ġew Malta matul 1998 għal dan l-impenn u minn huwa mistenni li jiġi mill-FAO matul din is-sena? X'kordinament qed isir ma' l-Istitut ta' l-Agrikoltura ta' l-universita'?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jiena nfurmat li tħejjew żewġ rapporti wieħed minn uffiċjal għoli u l-ieħor mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Biedja u Sajd. Uffiċjali oħra qed jippreparaw numru ta' rapporti dwar policies partikolari sabiex jiġu analiżżati minn konsulenti maħtura mill-FAO skond il-proġett msejjaħ 'Advice of Selected Agricultural Policy Issues'. Hemm bżonn li dawn ir-rapporti issa jiġu adattati u emendati fid-dawl tar-riattivazzjoni tal-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija sħieħa fl-Unjoni Ewropea. Minn dawn ir-rapporti kollha wara analiżi retta jiġi ppreparat dokument wieħed li jagħti direzzjoni ċara għall-iżvilupp tal-agrikoltura f'Malta. Saru diversi laqgħat bejn l-uffiċjali Maltin sabiex jiġu finaliżżati r-rapporti ndividwali. F' 1998 ġew Malta 4 konsulenti tal-FAO w uffiċjal tal-FAO, dawn kienu: 1. Gerard Gagnon - Team Leader/International Senior Policy Advisor 2. Dick Quick - Marketing/Trade Specialist 3. Paul Munro-Faure - Land Market and Land Tenure Specialist 4. Richard A J Roberts - Rural Finance Specialist 5. Tomasz Lonc - Backstopping Officer. Matul din is-sena l-istess konsulenti huma mistennija jerġaw jiġu Malta. L-esperti tal-FAO jingħataw l-opportunita' li jiddiskutu mad-diriġenti tal-Istitut tal-Agrikoltura ta' l-Universita' ta' Malta.
Leg 9 PQ #3957 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati — Ġurijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ġurijiet pendenti quddiem il-qrati ta' pajjiżna sa l-aħħar ta' Diċembru 1998 li qed jistennew il-każ tagħhom quddiem il-qorti? X'kien il-każ/reat marbut ma' kull wieħed minn dawn? Kemm minnhom jittrattaw ċittadini Maltin u ċittadini barranin separatament?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Peress li l-informazzjoni qed tinġabar, tingħata risposta f'xi seduta oħra.