Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #4464 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Interim From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żebbuġ — Triq Sciortino - Telephone box

Question

Peress li t-telephone box li hemm fi Triq Sciortino, Ħaż-Żebbuġ, qegħda sservi wkoll ta' public convenience, jista' l-Ministru jgħidli kull meta din qegħda titnaddaf? Jikkonsidra li din titneħħa u minflokha titqiegħed plastic canopy?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Maltacom — Pander Place

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Maltacom għadhiex bil-pjani tagħha li tiżviluppa l-bini tagħha magħruf bħala Pander Place, l/o San Ġiljan/Swieqi? Fiex waslu l-pjani ta' dan il-proġett u fiex jikkonsisti dan il-proġett? Kemm kienet in-nefqa għal pjanti/disinji, eċċ. fuq din il-proposta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Zebbuġ — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq f'Ħaż-Żebbuġ li huma listed f'xi kuntratt sabiex jiġu asfaltati?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol fuq it-toroq f`Ħaż-Żebbuġ li kien għaddej is-sena l-oħra spiċċa u għalhekk fil-prezent m`hemmx kuntratti ta` xogħol pendenti. S`intendi xogħolijiet oħra neċessarji f`Ħaż-Żebbug ikomplu jitwettqu din is-sena skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment u dan jekk hemm is-servizzi kollha meħtieġa fil-post.
Leg 9 PQ #4468 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu fir-responsabbilta' tiegħu li jgawdu minn allowance għal degree jew diploma li għandhom? F'liema suġġetti huma ċċertifikati? X'inhu x-xogħol li qed jagħmlu bħalissa?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li hemm tmienja u għoxrin (28) impjegat fid- dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta tiegħi li jgawdu minn allowance għal degree jew diploma. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' dawn l-impjegati flimkien mad-dettalji rispettivi.

Affarijiet Barranin — Impjegati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu fir-responsabbilta' tiegħu li jgawdu minn allowance għad-degree jew diploma li għandhom? X'inhuma s-suġġetti li huma ċċertifikati fihom? X'inhuwa x-xogħol li qegħdin jagħmlu bħalissa?

Response (MARCO, GUIDO DE)

It-tweġiba għall-ewwel mistoqsija ta' l-Onorevoli Interpellant hija fl-affermattiv. Jiena nfurmat li l-impjegati jirċievu allowance għall-kwalifiki li għandhom, skond ir-regolamenti, meta l-kwalifika li jippossjedu tkun relevanti għax-xogħol tagħhom fil-Ministeru, u tkun ukoll rikonoxxuta uffiċċjalment. Għalhekk, fost il-kwalifiki li għalihom titħallas din l-allowance, insibu min hu lawrejat bi Diploma fl-Istudji Diplomatiċi Master's degree fl-Istudji Diplomatiċi Master's degree fir-Relazzjonijiet Internazzjonali Dottorat fil-Ligi Master's degree fid-Dritt Internazzjonali Master's degree fil-Liġi tal-Komunita' Ewropea Master's degree fl-Istudji Kontemporanei Ewropej Master's degree fil-Liġi Komparattiva Ewropea Master's degree fl-Istudji Politiċi u Amministrattivi Ewropej Master's degree fil-Public Management Master's degree jew Baċellerat fl-Amministrazzjoni Pubblika Ix-xogħol li jwettqu dawk li huma kwalifikati huwa dak li wieħed normalment jassoċja ma' Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, jiġifieri, xogħol fid-Direttorat għal Relazzjonijiet Bilaterali, fid-Direttorat għal Relazzjonijiet Multilaterali, fid-Direttorat għal Relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea, xogħol fil-qasam Konsolari kif ukoll ħidma fl-Ambaxxati Maltin barra minn Malta.

Awditur tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awditur tal-gvern kienx lesta l-inkjesta dwar pagamenti għal xogħol ta' toroq? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' din l-inkjesta fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-inkjesta mill-Awditur kienet lesta fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti u r-rapport dwarha tpoġġa fuq il-mejda tal-kamra mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerċ, Leo Brincat, fil-25 ta` April 1997.
Leg 9 PQ #4475 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Barrieri

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex oriġinarjament il-permess tal-barriera bin-Nru. 7412/97 kien sejjer jinħareġ mingħajr il-kondizzjoni "subject to third party rights" ġaladarba l-awtorita' kienet taf li l-proprjeta' hija tal-Knisja? Għaliex l-awtorita' ma talbitx lill-applikanti jiksbu l-permess tas-sidien sabiex ikunu jistgħu jipproċessaw l-applikazzjoni tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li kull permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar joħroġ ' saving third party rights' anki jekk din il-kundizzjoni ma tkunx speċifikata bil-mitkub. Dan minħabba li l-Awtorita' tiddeċiedi fuq il-mertu tal-każ għal dak li jirrigwarda l-aspett ta' ippjanar u mhux dwar l-ownership ta' l-art. 09.02.99
Leg 9 PQ #4476 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Shore line

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk dan il-Gvern biddilx il-policy tiegħu li x-shore line tista' tingħata lill-privat billi fil-każ ta' l-applikazzjoni Nru. 7412/97 l-awtorita' ma mponiet ebda restrizzjoni dwar l-użu tax-shore line bħalma tagħmel is-soltu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ma bidlet l-ebda policy dwar dan il-każ li qed jirreferi għalih fil-Mistoqsija. Fil-fatt il-permess tal-barriera approvat mill-Planning Authority huwa għal qtugħ ta' blat sa distanza ta' madwar 75m 'il bogħod mill-baħar. Il-konfini eżatti huma mmarkati fuq il-pjanta annessa mal-permess. 09.02.99
Leg 9 PQ #4477 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Qtugħ ta' blat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-limiti safejn l-applikanti għall-permess Nru. 7412/97 jistgħu jqattgħu blat mix-shore line?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4476 f'din l-istess Seduta. 09.02.99
Leg 9 PQ #4478 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Applikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-applikazzjoni Nru. 7412/97 tpoġġiet fuq il-fast track sabiex tiġi approvata f'qasir żmien?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni PA 7412/97 ma tpoġġietx fuq 'fast track' u ma kelliex prijorita'. Din l-applikazzjoni ġiet sottomessa fil-31 ta' Diċembru, 1997, u ġiet reġistrata bħala valida fl-20 ta' Jannar, 1998. L-applikazzjoni kienet suġġetta għal environmental impact assessment u t-terms of reference intbagħtu lill-applikant fl-4 ta' Ġunju, 1998. L-EIA ġie sottomess fis-6 ta' Settembru, 1998 u ġie approvat fit-2 ta' Ottubru, 1998. L-applikazzjoni ġiet determinata mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fit-22 ta' Ottubru, 1998. 09.02.99
Leg 9 PQ #4479 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni dwar jekk kienx hemm xi konflitt ta' interessi, billi l-perit li kien inkarigat mill-EIA ftit taż-żmien ilu kien ukoll il-kap tal-minerals section li hija responsabbli mill-barrieri kollha u llum huwa membru tal-bord ta' l-appell ta' l-awtorita'? X'kient ir-raġuni li l-awtorita' aċċettat li dan isir biss fid-dry season, meta l-istess awtorita' rrifjutat applikazzjoni oħra minn persuni oħra għaliex fl-EIA preċedenti kienet sabet pjanta endemika fl-istess post li hija unika għal pajjiżna, jekk mhux fil-Mediterran? Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtorita' kkonsultatx fuq dan ma' l-EIA preċedenti?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellanti jagħti aktar dettalji dwar il-każ li qed jirreferi għalih. 09.02.99
Leg 9 PQ #2722 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati — Inkjesti maġisterjali pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm inkjesti maġisterjali pendenti li għadhom ma għalqux? Għal-liema maġistrat jappartjenu l-akbar numru ta' inkjesti li għadhom ma għalqux? Kemm inqatgħu kawżi ċivili quddiem il-Qorti tal-Maġistrati bejn Novembru 1997 u Novembru 1998 fil-perijodu bejn l-1995 u 1996? Kemm inqatgħu sentenzi mill-Prim Awla, Qorti ta' l-Appell Ċivili għall-istess perijodi? Kemm saru u nqatgħu ġurijiet matul l-istess perijodi msemmija? Kemm ingħataw deċiżjonijiet kriminali ta' kompetenza ta' aktar minn sitt xhur ħabs għall-istess perijodi u kemm hemm minnhom li ilhom diferti għas-sentenza għal aktar minn tliet snin?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-Mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra. L-informazzjoni l-oħra hija nkluża fid-dokumenet li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #2835 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministri — Rranġar ta' uffiċini

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet is-somma li ntnefqet biex ġew irranġati l-uffiċini tal-Ministri, uffiċċju b'uffiċċju minn Settembru 'l hawn?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #3202 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq il-Fieres - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq il-Fieres quddiem Triq Dun Ġwann Mamo f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3203 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fit-telephone booth li tinsab mal-ġenb tal-Knisja Parrokjali ta' Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3204 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq Dun Mikiel Vella - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Dun Mikiel Vella kantuniera ma' Triq Xintill f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3205 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq Joseph Burlo' - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Joseph Burlo' f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3206 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq Mario Schembri - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Mario Schembri ħdejn id-dar ta' Kejka f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3207 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq il-Vittmi tal-Gwerra - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq il-Vittmi tal-Gwerra f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3311 Sitting 61 1999-02-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx rigali lil xi individwi fl-okkażjoni tal-Milied 1998? Jekk ingħataw, jista' l-Ministru jgħid lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni ta' l-għażla ta' dawn l-individwi? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tlaħħaq l-ispiża totali?

Response (REFALO, MICHAEL)

It-tweġiba hi fin-negattiv.