Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #4114 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Adoloxxenti jaħdmu illegalment

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn liema skejjel ġejjin t-33 adoloxxenti taħt is-16-il sena li matul l-1998 inqabdu jaħdmu illegalment?

Response (GALEA, LOUIS)

L-iskejjel li minnhom ġejjin l-istudenti huma dawn: SUBIEN BNIET St Joseph Boys St Andrew's Girls J/L 1 J/L (Corradino) 1 Rabat Girl's Sec. 2 Marsa Boys Trade 1 Agius de Soldanis, N. Cremona Complex Girls Secondary 1 (Gozo) 1 Cospicual Girls Sec. 2 Żebbuġ Boys Sec. 1 Mosta Girls Sec. 1 Qormi Boys Sec. 2 Blata l-Bajda Girls J/L 1 Marsa Boys Sec. 1 Marsa Girls Centre 1 Paola Boys Sec 1 M'Assumpta Girls Sec. 1 Naxxar Trade School 4 Mrieħel Girls J/L 1 Umberto Calosso Trade School 2 B'Kara Boys Sec. 1 Gżira Boys Sec. 3 Bighi Trade School 1 Fuq 3 mill-istudenti l-iskola minn fejn ġejjin mhix magħrufa għaliex l-informazzjoni li kienet waslet fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni mill-E.T.C. mhix suffiċjenti.
Leg 9 PQ #4124 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Memorandum of understanding

Question

B'riferenza għall-Memorandun of Understanding, iffirmat bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u l-Konsorzju Skanska, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-alterazzjonijiet fid-disinn li l-Gvern jixtieq jara li jseħħu u fuq liema parametri sejrin ikunu bbażati dawn l-alterazzjonijiet? Jista' l-Ministru jgħid x'sejra tkun l-ispiża għall-gvern biex isir dan id-disinn alterat kif ukoll x'sejra tkun in-nefqa biex jinbnew dawn l-alterazzjonijiet u żidiet meħtieġa, inkluż ukoll infiq fuq servizzi mekkaniċi u elettriċi, għamara u tagħmir mediku, biex jiġu akkomodati dawn l-alterazzjonijiet? Xi standards ta' disinn sejrin jiġu segwiti biex jiġi prodott id-disinn alterat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Din il-Mistoqsija fiha tlett taqsimiet: 1. Id-disinjaturi qed isegwu l-istess 'Design Brief' hekk kif imfassal mid-Dipartiment tas-Saħħa. Bħala alterazzjonijiet, ma hemmx. Id-disinjaturi għadhom fil-fażi ta' żvilupp ta' kunċett. 2. Il-mistoqsija ma tapplikax. 3. L-'Standards' ta' disinn li se jiġu segwiti huma 'standards' internazzjonali.

Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn fejn hu maħsub li tgħaddi t-triq li se tgħaqqad Manoel Island mar-roundabout ta' ħdejn it-tank tal-gass fir-Regional Road?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Medserv — Xiri ta' art

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Medserv qatt xtratx xi art mingħand il-gvern ġewwa Manoel Island u jekk iva, meta u għalkemm?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Medserv ma xtrat l-ebda art mingħand il-Gvern ġewwa Manoel Island.
Leg 9 PQ #4170 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

PN — Kandidati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista illi kkontestaw xi elezzjoni fil-passat, illi ġew maħtura fuq bordijiet tal-gvern, jew bordijiet ta' xi korporazzjoni jew ażjenda fejn il-gvern għandu sehem maġġoritarju mill-5 ta' Settembru, li għadda 'l hawn? Kemm jitħallsu kull wieħed jew waħda?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fil-bordijiet li jaqgħu taħt id- dekasteru tiegħi ma hemm ebda persuna li kkontestat l- Elezzjoni Ġenerali tal-5 ta' Settembru 1998 f'isem il- Partit Nazzjonalista. Kien hemm biss persuna waħda, ie Dr R Zammit li kienet ikkuntestat l-Elezzjoni Ġenerali tal-1987 u li ġiet maħtura membru tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni b'effett mis-16 ta' Novembru 1998, b'onorarju ta' Lm3660 fis-sena.
Leg 9 PQ #4248 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Infiq

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-infiq li sar ma' kull radju/televiżjoni/ġurnal bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999 in konnessjoni ma' l-introduzzjoni tal-VAT?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-infiq li sar bejn il-5 ta` Settembru 1998 u l-31 ta` Jannar 1999, in konnessjoni ma` l-introduzzjoni tal-VAT kien kif ġej: The Times Lm 75 In-Nazzjon Lm 75 It-Torċa Lm111 Il-Kulħadd Lm129 Kontijiet għal reklamar li sar f`Jannar għadhom ma waslux.
Leg 9 PQ #4249 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Liċenzji għall-ħwienet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet mal-pulizija, xahar b'xahar, biex jinfetħu ħwienet ġodda bejn: Jannar 1996 u Ottubru 1996; Novembru 1996 u Awissu 1998 u Settembru 1998 u Jannar 1999?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 09.02.99

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan tal-Gvern biex fiż-żmien li ġej jibda jwettaq il-wegħda tiegħu ta' titjib fil-pensjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-diskors tal-Budget għas-sena kurrenti ntwera ċar il-passi li beħsiebu jieħu l-Gvern fil-qasam tal-pensjonijiet. It-twaqqif ta' kummissjoni nazzjonali bis-sħubija tal-partijiet soċjali kollha nkluż il-partiti politiċi kollha għandha tiftaħ diskussjoni wiesgħa fuq il-pensjonijiet. Infatti kif diġa tħabbar, f'qasir żmien il-Gvern ser jibda bit-taħdiditiet mal-kummissjoni nazzjonali li ser jitwaqqaf bl-għan li jistudja l-iskema nazzjonali tal-pensjonijiet u li għandu joħroġ bi proposti dwar il-futur tal-pensjonijiet. Dan il-qasam żgur li kulħadd jaqbel li hu mportanti kemm għall-anzjani nnifishom kif ukoll għall-ħaddiema li jikkontribwixxu permezz tal-bolla tas-sigurta' soċjali. 9.2.99
Leg 9 PQ #4251 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu rapportati każijiet ta' overdose lill-pulizija bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999? Jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom kienu fatali? Jista' jgħid ukoll kemm kienet l-eta' tal-persuni nvoluti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Settembru 1998, u Jannar 1999, ġew irrapurtati lill-Pulizija 63 każ ta' overdose. Minn dawn 6 biss kienu kawża ta' abbuż minn droga llegali filwaqt li s-57 l-oħra kienu kawża ta' abbuż minn mediċini. Żewġ overdoses kienu fatali u l-etajiet tal-persuni li mietu kienu ta' 22 u 39. 09.02.99
Leg 9 PQ #4253 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Infiq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-ministeru bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999 fuq; riċevimenti, safar, petrol u diesel u f'pagi għall-impjegati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-flus li ntefqu mill-Ministeru bejn il-5 ta' Settembru 1998 u l-31 ta' Jannar 1999 fuq riċevimenti, safar, petrol u diesel u f'pagi għall-impjegati kien hekk: RICEVIMENTI Intefqu Lm1115.59 fuq riċevimenti. SAFAR In-nefqa fuq safar kienet ta' Lm4166.16 għal konferenza tal-WHO ġewwa Copenhagen bejn it-13 u 18 ta' Settembru 1998. Attendew 5 persuni. PETROL U DIESEL L-ammont li ntefaq f'petrol kien ta' Lm836.30. Ma kienx hemm konsum ta' diesel. PAGI L-ammont fuq pagi kien ta' Lm33,364.67.
Leg 9 PQ #4305 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MITTS — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa t-total ta' mpjegati fil-MITTS? Kemm hemm vaganzi bħalissa u liema karigi huma battala? X'miżuri ttieħdu biex dawn il-postijiet, jekk hemm, jimtlew? F'liema stadju wasal il-proċess biex jimtlew dawn il-karigi battala?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fil-preżent il-MITTS timpjega 314 impjegat. It-total ta' postijiet vakanti huwa ta' 13, maqsuma kif ġej: Chief Executive Officer 1 Group Secretary 1 Project Manager 1 Systems Analysts/Programmers 10 Fil-każ taċ-Chief Executive Officer għaddej il-proċess għal sejħa ta' applikazzjoni (ETC Permit 33/99). Fil-fatt, is- sejħa ta' l-applikazzjoni taċ-Chief Executive Officer għalqet fit-8 ta' Frar 1999, fejn wara jkun jista jsir il- proċess ta' l-għażla. Il-postijiet vakanti l-oħra jiġu mimlija skond il-bżonn tal- Kumpanija.
Leg 9 PQ #4306 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Management Efficiency Unit — Ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fil-Management Efficiency Unit? Kemm inħolqu vaganzi mill-elezzjoni 'l hawn u liema karigi huma battala? X'miżuri ttieħdu biex dawn il-postijiet battala jimtlew? F'liema stadju wasal il-proċess biex jimtlew dawn il-karigi battala?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm 38 persuna jaħdmu mal- Management Efficiency Unit. It-total ta' postijiet vakanti huma ta' 10, maqsuma kif ġej: Konsulenza 7 Segretarjali 1 Resource Centre 1 Riċerka u Komunikazzjoni 1 Minn dawn il-vakanzi, ħamsa nħolqu mill-elezzjoni 'l hawn, erba fil-konsulenza (wieħed minnhom kien part-time) u l- oħra fis-Segreterija. F'Diċembru nħarġet sejħa għall- applikazzjonijiet biex jimtlew dawn il-vakanzi u l-proċess ta' l-għażla għadu għaddej. Peress li huwa antiċipat li tlett persuni jitilqu sa Ottubru ta' din is-sena, huwa maħsub li dawn il- pożizzjonijiet jistgħu jimtlew minn dan ir-reklutaġġ.
Leg 9 PQ #4307 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MITTS

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi struttura hemm fil-MITTS?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-Management tal-MITTS huwa mmexxi miċ- Chief Executive Officer taħt id-direzzjoni tal-Board tad- Diretturi. Dan il-Board jikkonsisti miċ-Chairman u ħames Diretturi, wieħed minnhom huwa Direttur Ħaddiem magħżul mill-impjegati tal-Kumpanija. L-istruttura tal-MITTS tħaddan fiha dawn it-taqsimiet: Information Technology Division mmexxija minn Divisional Manager Information Systems Division mmexxija minn Divisional Manager Corporate Strategy and Customer Relations Division mmexxija minn Divisional Manager Financial Management Group mmexxi minn Financial Controller Human Resources / Administration Group mmexxi minn Group Manager Swatar Training Centre Group mmexxi mill-Head of Swatar
Leg 9 PQ #4308 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Membri

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-complement tal-Forzi Armati ta' Malta, f'kull rank? Kemm hemm membri f'kull rank u x'miżuri qed jittieħdu biex il-postijiet battala, jekk hemm, jimtlew?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-kompożizzjoni tal-Forzi Armati, f'kull grad (rank), fil-31 ta' Jannar 1999, kien kif muri fit- tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. Biex jimtlew xi postijiet vakanti li jeżistu fil-Forzi Armati, skond l-establishment, huwa ppjanat li fl-1999 jiġu reklutati mitt suldat kif ukoll numru żgħir ta' officer cadets. Hu maħsub ukoll li jingħataw numru ta' promozzjonijiet fi żmien opportun.
Leg 9 PQ #4424 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Dingli — Monument ta' Francis Ebejer

Question

Jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet li bħalissa qegħdin isiru fuq il-paviment tal-Monument ta' Francis Ebejer, f'Ħad-Dingli, jsiru b'mod li ma jtellfux il-flow tat-traffiku li juża t-toroq ta' madwar dan il-monument?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol imsemmi mill-Onorevoli Interpellant qed isir fuq pjanti li jiffurmaw parti minn proġett tal-Kunsill Lokali ta' Ħad-Dingli. Il-kwestjoni tal-flow tat-traffiku ġiet diskussa mal-Kunsill ta' Ħad-Dingli u x-xogħol li għaddej miexi fuq dan il-ftehim.
Leg 9 PQ #4425 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Proġetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif ġie mqassam il-vot ta' embellishment tas-South bejn it-tliet lokalitajiet involuti? Liema proġetti jkopru kull vot għal kull lokalita' separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-vot 'Embellishment tas-South' issa ġie integrat fil-vot 'Upgrading of Main Touristic Areas'. Il-vot ġie mqassam hekk: Qawra/Buġibba Lm200,000. Marsaxlokk/B'Buġia/Marsascala Lm500,000. Sliema/Pembroke/San Ġiljan Lm500,000. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Toroq — Masterplan

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-working groups li nħatru mill-Forum "The Road Ahead" sabiex flimkien ma' l-esperti Ġermaniżi jipprepara masterplan għat-toroq f'pajjiżna għadhomx jiltaqgħu? Dawn il-working groups lestew ix-xogħol tagħhom? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn ir-rapporti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li nstab li l-`working groups` kellhom għalqa vasta ta` studju x`jagħmlu iżda ma setgħux jiffunzjunaw u jaslu għal rakommandazzjonijiet meħtieġa. Għalhekk tlabt id-Dipartiment jibdel l-istrateġija, sabiex jinstab mezz aktar effiċjenti ta` kif wieħed jista` jkompli din il-konsultazzjoni. Għalissa il-`working groups` mhux qed jiltaqgħu.
Leg 9 PQ #4439 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bażilika ta' Sant'Elena — Restawr

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-impjegati li hemm jaħdmu fuq ir-restawr tal-faċċata tal-Bażilika ta' Sant'Elena humiex impjegati tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u jekk iva, taħt liema terms of reference qegħdin hemm u b'liema kondizzjonijiet ta' xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Nikkonferma li l-impjegati huma mill-iskola Gerolamo Cassar li tagħmel parti mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Jiena informat illi sena u nofs ilu dawn il-ħaddiema kienu ingħataw struzzjonijiet verbali mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni biex jaħdmu fuq restawr tal-faċċata tal-Bażilika ta' Sant Elena u ma kienu ingħataw l-ebda terms of reference jew kondizzjonijiet speċifiċi.
Leg 9 PQ #4451 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Refuġjati — Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm trid tkun ilha Malta persuna fi stat ta' refuġjat sabiex tkun tista' taħdem? Biex jgħixu dawn il-persuni li lanqas permess ma jaħdmu ma jkollhom? Kemm hawn refuġjati Malta? Kemm ilhom Malta?

Response (BORG, TONIO)

Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-refuġjati huma fl-istess pożizzjoni ta' barranin oħrajn li jitolbu permess għax-xogħol. Għaldaqstant jekk issir applikazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzja ta' impjieg lill-persuna li tkun ingħatat 'refugee status', din tista' tintlaqa' favorevolment jekk ix-xogħol involut ikun speċjalizzat, ma jkunx hemm Maltin biex jagħmlu dan ix-xogħol u l-persuna jkollha r-rekwiżiti meħtieġa. Tajt struzzjonijiet biex f'dan il-każ il-persuna konċernata xorta waħda tibqa' żżomm l-istatus ta' refuġjat, jiġifieri, ma jkollhiex għalfejn tirrinunzja għal dan l-istatus, kif kien isir qabel. Rigward il-kumplament tal-Mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hu l-Uffiċċju ta' l-UNHCR li jieħu ħsieb l-interessi ta' refuġjati f'Malta. 09.02.99

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti fl-Isptar Monte Carmeli li għandhom applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva mad-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi hemm 4 applikazzjonijiet pendenti minn persuni residenti fl-Isptar Monte Carmeli. 9.2.99