Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #4595 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Teatru Manoel — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tat-twaħħil ta' estensjoni tal-palk tat-Teatru Manoel (orchestral pit) li kien beda jaħdem fuqu l-gvern preċedenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li dwar l-estensjoni tal-palk permezz ta' "elevetor platform" l-offerti tat-tender jinsabu quddiem id-Direttur tal-Kuntratti.
Leg 9 PQ #4596 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Propretajiet — Restawr

Question

Jista' l-Ministru jindika liema proprjetajiet statali ġew restawrati sena b'sena mill-1995 sa l-1998 (inkluża)?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt li t-tagħrif mitlub jibda jinġabar u tweġiba tkun tista' tingħata f'xi Seduta oħra.

Addozzjoni ta' tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew addottati tfal (kemm barranin kif ukoll indiġeni separatament) sena b'sena mill-1990 'l hawn? Fil-każ ta' tfal addottati minn barra, jista' l-Ministru jgħid minn liema pajjiżi ġew dawn it-tfal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Adozzjonijiet barranin minn 1990 sa 1998 kienu kif ġej: fl-1990 in-numru kien 7, fl-1991 kien 97, fl-1992 kien 74, fl-1993 kien 26, fl-1994 kien 17, fl-1995 kien 15, fl-1996 kien 50, fl-1997 kien 48, fl-1998 kien 43. Adozzjonijiet indiġeni (lokali) minn 1990 sa 1998: fl-1990 in-numru kien 4, fl-1991 kien 11, fl-1992 kien 10, fl-1993 kien 11, fl-1994 kien 4, fl-1995 kien 15, fl-1996 kien 21, fl-1997 kien 12, fl-1998 kien 14. Il-pajjiżi li minnhom saru dawn l-adozzjonijiet kienu: Renju Unit, Pakistan, Brazil, Peru, Awstralja, Rumanija, India, Albania, Ukraina, Singapore, Bosnija, Kanada, Russia, Maldavia, Colombia, Polonja, Filippini. 15.2.99
Leg 9 PQ #4598 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Korporazzjonijiet — Rapporti annwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet fi flus il-pubblikazzjoni tar-rapporti annwali (inklużi layout, printing, separations, eċċ.) kif ukoll kemm kien in-numru stampat ta' l-istess rapporti annwali għas-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 separatament għas-segwenti korporazzjonijiet: Enemalta, Water Services Corporation, Maltacom u Air Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #4599 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Permessi

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex PA 6199/96 li minkejja li sal-lum għaddew madwar sentejn, għadu pendenti? Jekk dan hu in konformi mal-liġi, jista' l-Ministru jara u jindika meta se jinħareġ dan il-permess?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, ninsab infurmat li hemm Appell Numru 349/97 li ġie ppreżentat lill-Bord fil-15 ta' Lulju 1997. L-appell ġie differit għal deċiżjoni waqt aċċess li sar fuq il-post fis-16 ta' Settembru, 1998. Id-deċiżjoni mill-Bord ta' l-Appell ser tingħata fil-24 ta' Frar, 1999, fis-1.00pm fl-uffiċini ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar f'Għawdex. 15.02.99
Leg 9 PQ #4600 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rapport ta' l-Awditur — Collector's Club

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' l-Awditur (internal auditor) fuq ix-xogħol tal-Collector's Club fis-Section tal-Marketing? Huwa minnu illi kien hemm diskrepanza ta' bejn Lm3,000 u Lm6,000? Jekk iva, min hu responsabbli ta' dan? Ittieħdet azzjoni għal ġbir relattiv? Min support jieħu passi dixxiplinari kontra l-persuna nvoluta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma jirriżultax li jeżisti ebda rapport kif qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #4604 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Institute of Health Care — Ħinijiet tal-librerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħinijiet tal-librerija fl-Institute of Health Care? F'liema ġranet u perijodu ta' żmien tkun magħluqa l-librerija fl-IHC?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ħinijiet tal-Pubbliku fil-Librerija ta' l-Institute of Health Care huma mit-Tnejn sal-Ġimgħa bej id-9:00a.m. u l-5:15p.m. u s-Sibt bejn id-9:00a.m. u n-12:30p.m. Il-Librerija tkun miftuħa wkoll bejn il-5:15p.m. u s-7:00p.m. kull nhar ta' Tlieta u nhar ta' Ġimgħa. Matul is-Sajf, bejn is-16 ta' Ġunju u t-30 ta' Settembru, il-Librerija tkun miftuħa għall-pubbliku bejn id-9:00a.m. u s-1:30p.m. b'overtime nhar ta' Tlieta u nhar ta' Ġimgħa sal-5:00p.m. Il-Librerija tkun magħluqa fil-Ħdud u l-Btajjel Pubbliċi, kif ukoll fl-ewwel ħmistax ta' Awissu għal stock-taking.
Leg 9 PQ #4605 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Institute of Health Care — Librerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-gradi tal-persuni li jaħdmu fil-librerija ta' l-Institute of Health Care? Kemm minnhom jaħdmu fuq roster basis? X'inhuma l-ħinijiet li jaħdmu f'kull każ? Dawn il-ħinijiet jinkludu l-weekends u festi pubbliċi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Librerija ta' l-Institute of Health Care hija mmexxija minn Assistant Librarian, mgħejjun minn Health Assistant li hija preżentement sekondata minn mad-Dipartiment tas-Saħħa. Iż-Żewġ impjegati jaħdmu u jalternaw biss fuq roster fil-ħinijiet ta' l-overtime, jiġifieri nhar ta' Tlieta u nhar ta' Ġimgħa bejn il-5:15p.m. u s-7:15p.m, kif ukoll nhar ta' Sibt bejn id-9:00a.m. u n-12:30p.m. Matul in-nofs ta' nhari tas-sajf, il-ħinijiet ta' l-overtime tat-Tlieta u l-Ġimgħa jkunu mis-1:30p.m. sal-5:00p.m. Il-ħinijiet ta' dawn l-impjegati huwa mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-7:45a.m. u l-5:15p.m., (sajf 7:30a.m. - 1:30p.m.) u ħinijiet oħra ta' overtime kif stipulat fil-paragrafu preċedenti. Il-Librerija ma tkunx miftuħa fil-Festi Pubbliċi, fil-Ħdud, u fl-ewwel ħmistax ta' Awissu għal stock-taking.
Leg 9 PQ #4606 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Infermieta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm infermiera li mhux qed jagħmlu xogħol ta' infermiera mad-Dipartiment tas-Saħħa jew dipartiment ieħor?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' infermiera li mhux qed jagħmlu xogħol konness dirett mal-pazjenti huwa ta' għoxrin. Dawn huma mqassmin hekk: 18 Jaħdmu l-Institute of Health Care, iżda jridu jkunu nfermiera sabiex jagħtu t-tagħlim meħtieġ lill-istudenti. 1 Jaħdem l-ispiżerija ta' l-Out Patients, li kien intbagħat jaħdem hemm nhar il-15 ta' Jannar 1998. 1 Seconded mad-Dipartiment tax-Xogħolijiet. Dan ġie seconded ma' dan id-Dipartiment nhar il-11 ta' Marzu 1997. F'dan il-każ, id-Dipartiment tas-Saħħa talab formalment sabiex dan l-impjegat jerġa jintbagħat lura sabiex jagħmel ix-xogħol ta' infermier u mhux ta' skrivan.
Leg 9 PQ #4608 Sitting 63 1999-02-15 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati — Court recorders

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu jżomm li joħorġu l-promozzjonijiet tal-court recorders 1 (one) għall-court recorders 2 (two)?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li bħalissa qed isir manpower survey u management study tar-riżorsi umani tal-Qorti u kull eżerċizzju ta` promozzjonijiet irid jiġi kkunsidrat fil-kuntest tal-konklużjonijiet ta` dan l-istudju.
Leg 9 PQ #3208 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq id-Dar tal-Kejka - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Dar ta' Kejka f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3209 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gudja — Triq Ġilormu Cassar - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Ġilormu Cassar fil-Gudja?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3210 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gudja — Triq iż-Żebbuġa - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq iż-Żebbuġa fil-Gudja?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3211 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gudja — Triq il-Fidwa - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq il-Fidwa fil-Gudja?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3212 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gudja — Triq Raymond Caruana -Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Raymond Caruana Sqaq Nru.1 fil-Gudja?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3213 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gudja — Triq Għelejjel - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Għelejjel kantuniera ma' Triq Xlejli fil-Gudja?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3317 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Interim From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Kartolini tal-Milied

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dettaljata ta' kemm laħqet l-ispiża għall-istampar jew xiri, ta' kartolini għall-Milied 1998 u kemm ġiet tiswa l-ispiża postali konnessa ma' dawn il-kartolini, kemm mill-Ministeru, kemm mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment, u kemm mill-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru? Jista' l-Ministru jgħid fejn ġew stampati l-imsemmija kartolini? Jista' jgħid lil min intbagħtu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — Kartolini tal-Milied

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dettaljata ta' kemm laħqet l-ispiża għall-istampar jew xiri ta' kartolini għall-Milied 1998 u kemm ġiet tiswa l-ispiża postali konnessa ma' dawn il-kartolini, kemm mill-Ministeru, kemm mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment, u kemm mill-uffiċċju tas-Segretarjat Permanenti fi ħdan il-Ministeru? Jista' l-Ministru jgħid fejn ġew stampati l-imsemmija kartolini? Jista' jgħid lil min intbagħtu?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-ispiża totali għall-istampar ta' kartolini tal-Milied laħqet is-somma ta'Lm603.23. Dawn il-Kartolini tqassmu biex jintbagħtu skond il-bżonn ta' kull taqsima li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu. Fost oħrajn intbagħtu kartolini lill-Ministri w l-Membri Parlamentari kollha, l-Ambaxxaturi w rappreżentanti ta' għaqdiet internazzjonali rappresentati f'pajjiżna. Kien hemm ukoll sistema ta' reċiprokazzjoni ta' kull min bagħt l-awgurju tiegħu lill-Ministeru w d-dipartimenti li jagħqu taħtu. Ix-xogħol ta' l-istampar kien imqassam parti f' l-Istamperija tal-Gvern, parti l-'Best Print' u parti l-'ABC Stationers'. Mhux possibli li tinħadem l-ispiża postali peress illi l-kartolini ma' ntbagħtux f' lott wieħed iżda kienu amalgamati mal-posta tal Ministeru.
Leg 9 PQ #3320 Sitting 62 1999-02-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Kartolini tal-Milied

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dettaljata ta' kemm laħqet l-ispiża għall-istampar jew xiri ta' kartolini għall-Milied 1998 u kemm ġiet tiswa l-ispiża postali konnessa ma' dawn il-kartolini, kemm mill-Ministeru, kemm mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment, kemm mill-uffiċċju tas-Segretarjat Permanenti u kemm mis-Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru? Jista' l-Ministru jgħid fejn ġew stampati l-imsemmija kartolini? Jista' l-Ministru jgħid lil min intbagħtu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 09.02.99

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Kartolini tal-Milied

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dettaljata ta' kemm laħqet l-ispiża għall-istampar jew xiri ta' kartolini għall-Milied 1998 u kemm ġiet tiswa l-ispiża postali konnessa ma' dawn il-kartolini, kemm mill-Ministeru, kemm mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment, kemm mill-uffiċċju tas-Segretarjat Permanenti u kemm mis-Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru? Jista' l-Ministru jgħid fejn ġew stampati l-imsemmija kartolini? Jista' jgħid lil min intbagħtu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Rigward l-aħħar parti tal-Mistoqsija nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kartolini, kif inhi l-prattika, intbagħtu lill-ambaxxaturi, Ministeri u dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi, Kunsilli Lokali, korpi kostitwiti, organizzazzjonijiet privati u non-governattivi u lil dawk kollha li għoġobhom jibagħtu l-awguri.