Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament mhijiex qed tirċievi l-pensjoni kollha kif suppost?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li tlabt lid-Dipartiment sabiex jinvestiga l-każ tal-persuna kkonċernata. Hekk kif jitlestew dawn l-investigazzjonijiet il-persuna ndikata ser tiġi nfurmata dwar il-pensjoni tagħha.
15.2.99
Jista' l-Ministru jagħtini breakdown ta' kif sejra tintnefaq l-ispiża ta' Lm150,000 fit-trasport mill-Petroleum Division skond l-estimi tal-perijodu bejn l-01.10.98 u t-30.09.99?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-breakdown mitlub mill-onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
Tqassim tal-prodotti tal-pitrolju lill-kuntratturi Lm 56,000
Pagi, bonus u kontribuzzjonijiet tas-Sigurta Soċjali
tal-ħaddiema fil-Maintenance Workshop u x-xufiera Lm 68,000
Diesel u Petrol Lm 15,000
Maintenance, poloz tas-Sigurta u liċenzji Lm 11,000
Total Lm150,000
Jista' l-Ministru jagħtini breakdown ta' nofs miljun lira Maltin fl-Estimi ta' l-Electricty Division 98/99?
Il-Ministru jħoss li għandu jagħmel investigazzjoni tal-konsum ta' petrol għal użu tal-karozzi wżati mill-Electricty Division? Dan jikkorrispondi mas-servizz attwali?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ammont taż nofs miljun lira fl-Estimi ta' l-Electricity Division għas-sena 1998-1999 huwa maqsum hekk:
labour, pagi, bonus, kontribuzzjoni tas-Sigurta Soċjali
(drivers ta' l-Enemalta u maintenace staff) Lm200,000
xufiera impressed Lm150,000
kiri ta' karozzi self-drive Lm 42,000
spare parts/lubrikanti Lm 20,000
petrol/diesel Lm 60,000
poloz ta' assikurazzjoni/liċenzji Lm 28,000
Meta wieħed jara n-numru ta' vetturi li għandha d-diviżjoni biex tlaħħaq max-xogħol ta' Malta u Għawdex kollu għal erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, ma narax lok li jsiru investigazzjonijiet profondi. Barra minn hekk l-Awditur Intern ukoll jagħmel diversi spezzjonijiet minn żmien għal żmien.
Jista' l-Ministru jara li jsiru pelican lights jew almenu zebra crossing fil-Bypass ta' Wied il-Għajn, viċin Triq San Ġużepp, Ħaż-Żabbar peress li diġa' seħħ inċident fl-24 ta' Jannar, 1999 fejn tifla ittajret minkejja li kienet m'ommha?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet biex jiġi nvestigat x`jista` jsir.
Dipartiment ta' l-Ambjent — Sezzjoni ta' l-Accounts
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar għoti ta' overtime fis-Sezzjoni ta' l-Accounts u l-Leave Section tad-Dipartiment ta' l-Ambjent (xogħlijiet)? Jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet għaliex qiegħed jingħata dan l-overtime?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-impjegati fis-Sezzjoni tal-Leave mhux qed jagħmlu sahra. Ta' min jgħid li ilu żmien ħafna ma ssir sahra f'din is-Sezzjoni.
Ingħata overtime fis-Sezzjoni ta' l-Accounts għal diversi raġunijiet iżda l-aktar minħabba li kull l-ewwel ġimgħa tax-xahar irid jintbagħat rapport finanzjarju dwar in-nefqa mid-diversi sezzjonijiet tat-Taqsima tax-Xogħlijiet. Minħabba l-volum ta' xogħol involut huwa meħtieġ li jsir xogħol bl-overtime.
Barra minn dan, qed jitkompla l-eżerċizzju li kien inbeda s-sena l-oħra biex it-Taqsima tax-Xogħlijiet tidentifika sewwa l-pendenzi kollha li jeżistu mal-'Public Utilities'. Dan qed iservi wkoll biex jiġu identifikati liema telephones, metres tad-dawl u ta' l-ilma, flimkien ma' kirjiet, huma verament responsabbilta' tat-Taqsima tax-Xogħlijiet.
Qiegħed isir ukoll eżerċizzju ieħor bil-ħsieb li jiġi determinat jekk 'commitments' li ilhom jidhru fil-kotba tat-Taqsima tax-Xogħlijiet għadhomx validi jew le.
Dawn kollha, flimkien ma' l-ipproċessar tal-kontijiet li jiġu mit-tmien 'cost centres', jagħmlu neċessarju l-użu ta' l-overtime biex jinżamm kontroll aħjar ta' l-infiq fil-parametri tal-flus ivvotati fl-Estimi Finanzjarji.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward l-użu ta' tliet karozzi tal-kiri mid-Dipartiment ta' l-Ambjent f'Beltissebħ li jaqgħu taħtu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-karozzi tal-kiri mikrija mid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent jiġu utilizzati biex isiru spezzjonijiet meta jkun hemm rapporti ta' każi ta' ksur tal-liġi ta' l-Ambjent u meta jkun hemm bżonn illi jsir studju fuq xi sit partikulari.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-pilloli I-Caps dan l-aħħar għolew minn Lm2.19 għal Lm2.90 u jekk fl-affermattiva, jgħid għaliex din iż-żieda fil-prezz?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u Kummerċ.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3715, jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet hemm ippjanati li jsiru fiż-Żejtun, Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn-naħa tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar hemm ippjanati dawn il-proġetti għas-snin li ġejjin.
Żejtun Tlestija tal-proġett ta' ġnien pubbliku f'Ta Ganza H.E.
Żabbar Bini ta' 8 maisonettes u 8 garages f'Blokk P, Żabbar H.E.
Wied il-Għajn Żvilupp ta' ġnien pubbliku/landscaping f'Taż-Żonqor HOS.
15.2.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq Minzel, fiż-Żejtun imsemmija f'mistoqsija parlamentari numru 3943, hux l-istess waħda msemmija f'mistoqsija parlamentari numru 4376?
Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid jekk din it-triq hijiex se tispiċċa jew le kif intqal fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3943?
Jista' l-Ministru jpoġġi site plan ta' fejn tinsab din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li Triq Minzel li sar aċċess għalijha f`Mistoqsija Parlamentari Nru. 3943, hija passaġġ qadim li kien iservi bħala aċċess għall-għelieqi qabel ma beda tiela l-bini. Skond l-iskema ta` l-iżvilupp, dan il-passaġġ irid jispiċċa.
Triq il-Minzel msemmija f`Mistoqsija Parlamentari Nru. 4376, hija t-triq li għad trid tinbena skond il-pjan tal-lokalita ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Kopja tas-`site plan` ser titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari numru 3922 imwieġba f'Seduta Nru. 58?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ membri tal-Forzi Armati li jaqgħu taħt il-kategoriji ta’ etajiet mitluba skond ir-rank tagħhom huwa mqassam kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Minsitru jgħid fiex waslu l-pjanijiet ta' rmiġġi li kienet qed tħejji l-Awtorita' Marittima għall-inħawi ta' Wied il-Għajn?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-pjan ta` l-irmiġġi ta` Wied il-Għajn ilu jiġi diskuss u tlestew il-pjanti bbażati fuq applikazzjonijiet li jmorru lura għas-sena 1994.
Dan il-proġett ma setax jiġi mplementat qabel, minħabba t-tul tad-diskussjonijiet mal-Għaqda tal-Baħħara u Sajjieda tal-lokal. Illum jidher li dan il-proġett għandu bżonn ta` studju dettaljat rigward is-sitwazzjoni attwali f`din il-Bajja sabiex wieħed jara jistgħux jintlaqgħu aktar talbiet minn dawk li kienu daħlu sal-1994.
Ta` min jgħid ukoll li riċentament sar eżerċizzju u ġew identifikati dawk id-dgħajjes li jorbtu fuq il-ħoloq mal-mollijiet li jdawwru din il-Bajja.
B'riferenza għall-aħħar parti tat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 3833, jista' l-Ministru jgħid jekk l-għoli fil-prezz tas-servizz tal-Melita Cable TV hux ġustifikat jew le? Peress li s-servizz għola wara l-1 ta' Jannar, 1999, jikkonferma l-Ministru li dan l-għoli sar minħabba t-taxxa tal-VAT?
Response (DALLI, JOHN)
M`għandi xejn x`inżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 3833.
Rigward il-mistoqsija parlamentari numru 4439, jista' l-Ministru jara li l-impjegati tiegħu jingħataw id-danger money bħall-ħaddieħor u jassigura li s-sigurta' tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol hija assigurata bl-apparat neċessarju?
Response (GALEA, LOUIS)
Tlabt lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħi biex jindaga l-kwestjoni kollha tar-restawr tal-post imsemmi ordnat mill-amministrazzjoni preċedenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fl-upgrading ta' Palazzo Castellania mill-5 ta' Settembru sal-lum? Kemm hemm ħlasijiet pendenti? Kemm hi l-istima ta' ħlasijiet li invoice għalihom għadha ma ntbagħtitx?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma sar ebda 'upgrading' ta' Palazzo Castellania bejn il-5 ta' Settembru 1998 u d-9 ta' Frar 1999. Kull ma sar kien tibdil ta' twieqi fis-sezzjoni tad-dixxiplina li swew Lm616 u l-ammont dovut ser jitħallas fi żmien qasir.
B'riferenza għall-perjodu 1 ta' Novembru, 1998 sal-31 ta' Jannar, 1999 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (2) lil minn intalbu quotations; (3) kemm kienet kull kwota; (4) min rebaħ il-kuntratt; (5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv fiex kienu jikkonsistu w kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li bejn l-1 ta’ Novembru 1998 sal-31 ta’ Jannar 1999 ingħataw dawn id-direct orders għal ġarr ta’ għamara fid-dikasteru tiegħi.
Uffiċċju tal-Prim Ministru
Segretarjat Privat
Lm25
Borg Bros
Uffiċċju tal-Kabinett
Lm30
Borg Bros
Dipartiment tat-Tiftix għaż-Żejt
Lm30
Borg Bros
Management Efficiency Unit
Lm350
Borg Bros
Billi kien hemm ċerta urġenza u x-xogħol kien ta’ valur żgħir ma ntalbux
quotations
oħra.
L-Ispiża totali kienet kif tidher hawn fuq u ma ngħatawx
extensions
.
Jista' l-Prim Ministru jgħid lil min ngħata t-tender għall-ġarr ta' għamara li tintuża fil-polling stations madwar Malta w Għawdex għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ta' Marzu 1999? Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk it-tender ingħatax b'direct order jew wara sejħa għall-offerti? Kemm huwa l-valur tat-tender? F'każ ta' sejħa għall-offerti min kienu l-persuni li għamlu l-offerti, jew lil min intalbu quotations? Kemm kienet kull kwota?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat li ma jsirx ġarr ta’ għamara li tintuża fil-
polling stations
.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tas-Saħħa u/jew il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi għandhomx stima ta' kemm se jiġi jiswa l-proġett ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq? Jekk fl-affermattiv, kemm hi l-istima? Jekk fin-negattiv, meta mistenni li din l-istima tkun lesta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minħabba li l-istudju fuq dan il-proġett għadu sejjer l-istima għada ma' ġietx stabbilita.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-periti u l-inġiniera fi ħdan il-kuntrattur li qed jiddisinjaw l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Periti u l-Inġiniera fi ħdan il-Kuntratturi li qed jiddisinjaw l-Isptar il-Ġdid f'tal-Qroqq, huma d-ditta lokali 'Cassar, Grech & Ebejer' u d-ditta Svediża 'White Arkitekter' b'koperazzjoni ma' Skanska.
Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix xi skema ta' għajnuna biex f'każ ta' ġuvni u xebba (aħwa) ta' ċerta eta' li jgħixu f'post privat tagħhom ikunu jistgħu jagħmlu xogħlijiet fl-istess post, peress li Scheme N tapplika għal persuna waħeda flimkien ma' dixxendenti? Din l-iskema tapplika għal dan il-każ? F'każ li r-risposta hi fin-negattiv, jista' l-Ministru jgħid għandux il-ħsieb li joħroġ xi skema li tapplika għal każi simili li jidhru minsijin inġustament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-iskema 'N' tapplika għall-kull persuna mhux miżżewġa li tgħix ma ħutha fid-dar. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant biex jgħid lil din il-persuna biex tapplika taħt din l-iskema.
15.2.99
B'riferenza għad-deċiżjoni reċenti tal-qrati Maltin li ddikjarat li Palazzo Bonici li jifforma parti integrali tat-Teatru Manoel għandu jiġi rritornat lis-sidien oriġinali tiegħu, jista' l-Ministru jgħid kif se tolqot l-operazzjoni tat-Teatru Manoel u x-xogħol aniċillari li jmur miegħu? Dan il-bini diġa' ġie rritornat? Jekk fin-negattiv, meta se jsir dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minħabba l-fatt illi l-Uffiċju ta' l-Avukat Ġenerali appella mis-sentenza msemmija, hu prematur wieħed jgħid x'ser isir mill-post imsemmi.