Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fil-ministeru tiegħu bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999; f'riċevimenti, f'safar, f'petrol u diesel u f'pagi għall-impjegati?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi fil-Mistoqsija sar dan l-infiq:
Riċevimenti: Lm 2,836
Safar: Lm 1,764
Petrol / Diesel: Lm 825
Pagi: Lm32,073
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fil-ministeru tiegħu bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999; f'riċevimenti, f'safar, f'petrol u diesel u f'pagi għall-impjegati?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar infiq li sar mill-Ministeru għall-Ambjent bejn il-5 ta' Settembru 1998 u l-31 ta' Jannar 199 hi kif ġej:
Riċevimenti - Lm 5668.35
Safar - Lm 10800.68
Petrol - Lm 3027.66
Diesel - Xejn
Pagi - Lm124305.65
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fil-ministeru tiegħu bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999; f'riċevimenti, f'safar, f'petrol u diesel u f'pagi għall-impjegati?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub huwa kif ġej:
Lm
Riċevimenti 114
Safar 6,770
Petrol 2,772
Pagi 239,019
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fil-ministeru tiegħu bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999; f'riċevimenti, f'safar, f'petrol u diesel u f'pagi għall-impjegati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li bejn il-5 ta` Settembru 1998 sal-31 ta` Jannar 1999 intefqu dawn l-ammonti:
Riċeviment: Ara tweġiba għall-Mistoqsijiet
Parlamentari Nru. 1279 u 3299.
Safar: Lm3,214
Petrol u Diesel: Lm854
Pagi: Lm87,168
Jista' l-Ministru jara li l-main tad-drenaġġ li ħiereġ mill-iskola ta' Ħad-Dingli fi Triq Santa Marija u li żbroffa xi tliet xhur ilu jitranġa minħabba li fl-istat li qiegħed qed jikkawża inkonvenjent kbir?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba għadha ma waslitlix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinvestiga u jara x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ilha tirreġistra għal kważi dawn l-aħħar tliet snin mingħajr ma ġiet offruta impjieg?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-persuna ndikata atwalment mhux qed tirreġistra iżda qed taħdem. Huwa beda jaħdem fil-28 ta' Diċembru 1998. Matul il-perjodu li dam jirregistra għax-xogħol, jiġifieri bejn is-26 ta' Jannar 1996 u l-24 ta' Diċembru 1998, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ offrietlu xejn anqas minn tlettax il-opportunita' ta' xogħol kemm fil-privat u kemm f'ażjendi parastatali.
Huwa ovvju li l-Onor. Interpellant ġie żgwidat mill-informazzjoni li ngħatatlu u għalhekk ikun aħjar jekk min jersaq biex jagħmel interpellanza f'dan il-Parlament, l-ewwel jivverifika l-fatti b'mod serju. Huwa proprju għalhekk li skond ir-regoli ta' dan il-Parlament m'għandhomx isiru mistoqsijiet ta' natura personali, iżda suppost li jsiru biss fuq materja ta' interess pubbliku.
15.2.99
Jista' l-Ministru jara li Triq Widnet il-Baħar, Binja Nigret, Żurrieq, tingħata l-wiċċ peress illi dan qiegħed ikun ta' dannu kbir għall-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament peress illi din il-persuna tbati minn diżabilita' u ma tistax toħroġ minn darha?
Response (GALEA, ĊENSU)
Għaddejt l-informazzjoni pprezentata mill-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tat-Toroq biex jiġi nvestigat liema servizzi għad jonqos isiru qabel ikun jista` jsir ix-xogħol l-ieħor.
Jista' l-Ministru jinvestiga d-dettalji tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u dan għar-raġunijiet hemm indikati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi kkunsidrata flimkien mal-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
15.2.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Marsa Racing Club staqsewx lil stazzjonijiet oħra dwar ix-xandir tat-tlugħ tal-poloz tal-final tal-President's Cup?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mhijiex il-Policy tal-Kumitat tal-Malta Racing Club li javviċina lil stazzjonijiet televiżivi biex jara jekk humiex interessati fit-tlugħ tal-poloz tal-final tal-President's Cup. Madankollu l-Kumitat dejjem lest li jikkonsidra t-talbiet kollha li jsirulu jekk ikun il-każ.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaż-żieda fil-prezz ta' dawn il-mediċini essenzjali:
Minn Saru
Irfen x 20 78c 91c
Nurofen x 48 Lm1.67c Lm1.96c
Nurofen x 96 Lm3.28c Lm3.52c
Strepsils Lozenges 74c 85c
Benylin Original Syrup 49c Lm1.39c
Solpadeine x 24 94c 98c
Novagesic flu pills Lm1.42c Lm1.59c
Calpol Syrup sugar
free under 6 98c Lm1.06c
Optrex
Dawn għaliex għollewhom l-importaturi? Peress li dawn il-mediċini huma VAT free, allura jista' jkun li żdiedulhom minħabba l-overheads (u mhux għal pagi qiegħda nirreferi)?
Response (BONNICI, JOSEF)
Minn l-informazzjoni li għandu l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta, jirriżulta li Irfen x 20 żdied għal Lm0.910 minħabba tibdil fil-kambju kif wkoll żieda fil-prezz minn barra.
In-Nurofen x 48 u Nurofen x 96 żdiedu fil-prezz għal Lm1.960 u Lm3.520 rispettivament minħabba żieda minn barra. il-prezz taż dawn iż-żewġ prodotti jinbiegħu l-ekwivalenti ta' Lm3.260 u Lm5.570 fir-Renju Unit.
Lis-Strepsils Lozenges żdied għal Lm0.850 minħabba żidiet minn barra. Il-prezz ta' dan il-prodott jinbiegħ Lm1.230 fir-Renju Unit.
Is-Solpadeine x 24 żdied għal Lm1.050 wkoll minħabba żieda minn barra. Il-prezz ta' dan il-prodott fir-Renju Unit hu ta' Lm2.380.
Novagesic Flu Pills wkoll żdied għal Lm1.590 minħabba żieda minn barra.
Il-Calpol Sugar Free Under 6 żdied għal Lm1.060 minħabba żieda fit-trasport. Dan il-prodott jinbiegħ Lm2.070 fir-Renju Unit.
Rigward il-Benylin, irid jingħad li fil-pajjiż kien jiġi impurtat Benylin Original. Dan il-prodott m'għadux jinbiegħ fir-Renju Unit u ġie mibdul ma prodott ieħor b'formola differenti taħt l-isem ta' Benylin Chesty Cough Syrup. Dan il-prodott li hawn Malta jinbiegħ Lm1.390 qed jinbiegħ fir-Renju Unit għall-prezz ta' Lm1.880.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jimpjega aktar social workers, b'mod partikolari biex jissaħħaħ is-servizz tal-Family Therapy Services?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja għandu joħroġ applikazzjonijiet għal numru ta' social workers. Uħud min dawk li jidħlu jagħmlu xogħol fis-"Support Services Unit" li tkopri wkoll xogħol fil-family therapy.
15.2.99
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern fir-rigward tal-fostering? Se ssir leġislazzjoni dwar dan? Se jsaħħaħ it-taqsima tal-fostering fi ħdan il-Family Therapy Services ta' l-SWDP?
Response (GONZI, LAWRENCE)
M'hemmx taqsima li tagħmel il-Fostering fl-SWDP. Jeżisti Tim li jissejjah Inter Agency Fostering Team li jaħdmu fih flimkien (1.) id-Dipartiment għal Ħarsien tal-Familja, (2.) L-Uffiċċji tat-Tfal tal-Knisja, u (3.) l-SWDP.
Dan l-Inter-Agency Fostering Team għamel proposti dettaljati dwar policies u proċeduri meħtieġa għal-Fostering, fosthom dwar il-ħolqien ta' Kummissjoni Nazzjonali Dwar Fostering u wkoll dwar il-ħolqien ta' Aġenzija tal-Gvern (li tkun assoċjata mad-Dipartiment għal-Ħarsien tal-Familja) li tagħmel il-Fostering.
Il-Ministeru bħalissa qiegħed jikkonsidra b'mod attiv din il-proposta, għaliex iqis dan il-qasam fost il-prioritajiet tiegħu.
15.2.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema tal-gvern li ħarġu bil-pensjoni lejn l-aħħar tas-sena 1998 humiex se jibbenefikaw mil-lump sums li ġew mogħtija bil-Collective Agreement ta' dan l-aħħar? Jekk se jibbenefikaw, b'liema mod? Dawn il-lump sums se jiġu riflessi fil-pensjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li jekk qed tirreferi għal pensjoni tas-sigurta' soċjali, billi ma tħallsitx kontribuzzjoni tas-sigurta' soċjali fuq il-'lump sums' mogħtija, allura din iż-żieda ma tkunx riflessa fil-kalkolu tar-rata ta' pensjoni tas-sigurta' soċjali dovuta.
Jekk, minn naħa l-oħra l-Onor. Interpellant qed tirreferi għal pensjoni tat-Teżor, nitolbha tindirizza l-mistoqsija tagħha lill-Onor. Ministru tal-Finanzi.
15.2.99
Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawk li għandhom ċens li kien tal-Knisja u li llum qed iħallsuh lill-Joint Office u li jixtiequ jifduh qed jgħidulhom li ma jistgħux għaliex il-proċeduri staġnati? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-problema?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt qed jagħmel dak kollu possibli bir-riżorsi li għandu biex it-talbiet li saru għall-fidi ta' ċens taħt l-Iskema 'Ixtri Darek jew Ifdi ċ-Ċens' jiġu finalizzati fl-iqsar żmien possibli.
Id-diffikultajiet li jeżistu jolqtu interpretazzjoni tal-Ftehim tal-1992 bejn il-Gvern u s-Santa Sede, nuqqas ta' informazzjoni dwar l-istess applikazzjonijiet li l-Uffiċċju ma rċeviex mill-entijiet reliġjużi u n-nuqqas ta' nies imħarrġa biżżejjed li jipproċessaw dawn l-applikazzjonijiet.
Dawn id-diffikultajiet, li ma tweldux issa, se nippruvaw negħlbuhom billi jiġu kkunsidrati diversi alternattivi, inkluża l-possibilita' li parti sostanzjali mix-xogħol meħtieġ jiġi 'farmed out'.
15.02.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm romol li ħadu 75c żieda biss ta' l-għoli tal-ħajja u għaliex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skond ir-rekords tad-Dipartiment, l-ebda Armla li qed tirċievi pensjoni kontributorja tar-Romol ma rċeviet żieda għal għoli tal-ħajja ta' Lm0.75 ċenteżmu biss.
15.2.99
Jista' l-Ministru jgħid fejn ġew allokati l-għaxar nursing officers li ħadu l-appointment dan l-aħħar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi mill-għaxar Nursing Officers li ħadu l-appointment dan l-aħħar, disa (9) minnhom kienu diġa qegħdin jokkupaw din il-kariga bħala Acting Nursing Officers. Fil każ tal-persuna l-oħra, qed tiġi studjata s-sitwazzjoni preżenti sabiex jinstab l-aħjar post fejn tiġi allokata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm infermiera li jaħdmu fil-Primary Health Care li huma ntitolati għall-petrol allowance? Min huma? Kemm tħallsu f'allowance xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar 1998 sal-lum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-infermiera li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Kura Primarja u li huma ntitolati għal 'Petrol Allowance' u l-ħlas li sar lilhom mill-1 ta' Jannar 1998 huwa dan:
Jan May Jul Aug Oct Nov Dec
Attard Maria Cassar 105.96 128.88
Bonnici Pauline 42.57 53.04 13.05 6.27 47.74
Borg Carmelo
Briffa Rita
Cesare Carrol 12.51 29.66 14.40 23.40
Grima Mary 17.26 28.08 28.98
Grixti Joseph 146.04 100.98 113.49 115.65
Hili Rita 24.77 24.55 13.23
Galea Joseph 9.07
Martinelli Sharon 84.33 173.65
Pace Alfred 7.34
Pule Elizabeth 51.99 92.68 17.25 28.10 16.24
Said Mary 17.45 36.17 17.64 29.82
Vella Anette 24.70
Meli M. Theresa 13.97 71.81
Mifsud Emily 10.78
Farrugia Lorraine 6.48
Jista' l-Ministru jgħid u jara meta se jibdew jinstemgħu l-appelli ta' l-1995 u l-1996 tal-VAT quddiem il-bord ta' l-appell? Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pendenti petizzjonijiet ta' l-appell quddiem dan il-bord u kemm s'issa ġew deċiżi mill-1995 'l hawn? Jista' l-Ministru jara wkoll kemm hemm pendentii f'dak ta' CET quddiem l-istess bord ta' l-appell?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.