B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4063, u in vista tal-fatt li l-persuna msemmija ġiet maħtura ambaxxatur għall-Kunsill ta' l-Ewropa u in vista tad-diskussjoni li seħħet fi ħdan il-Public Accounts Committee, dwar dan is-suġġett, il-Viċi Prim Ministru ma jaħsibx li risposta għall-mistoqsija oriġinali hija issa urġenti?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Kif gia spjega s-Segretarju Permanenti tal-Ministeru quddiem il-Public Accounts Committee, il-Ministeru qiegħed jeżamina il-karti rilevanti in kwestjoni, u jaġixxi fil-kontest tar-riżultanzi.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jkun l-użu tal-kamra li tinsab fil-korsa tal-Marsa, li tagħti għal Racecourse Street, Marsa, quddiem London Yard, li kienet qed tinbena b'mod illegali u li dwarha nħareġ enforcement notice mill-Planning Authority (ECF 23/99)?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħol ta' kostruzzjoni fuq din il-kamra ġie miżmum. Dettalji jingħataw meta dwar l-użu tagħha jinħareġ il-permess meħtieġ mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
B'riferenza għall-perjodu 1 ta' Novembru, 1998 sal-31 ta' Jannar, 1999 u għad-dekasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (2) lil minn intalbu quotations; (3) kemm kienet kull kwota; (4) min rebaħ il-kuntratt; (5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv fiex kienu jikkonsistu w kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Bejn l-1 ta' Novembru 1998 u l-31 ta' Jannar 1999, il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ma ta ebda appalt permezz ta' direct order għas-servizzi ndikati mill-Onorevoli Interpellant.
B'riferenza għall-perjodu l-1 ta' Novembru, 1998 sal-31 ta' Jannar, 1999 u għad-dekasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista tal-kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (2) lil minn intalbu quotations; (3) kemm kienet kull kwota; (4) min rebaħ il-kuntratt; (5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv fiex kienu jikkonsistu w kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
16.2.99
B'riferenza għall-perjodu l-1 ta' Novembru, 1998 sal-31 ta' Jannar, 1999 u għad-dekasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (2) lil minn intalbu quotations; (3) kemm kienet kull kwota; (4) min rebaħ il-kuntratt; (5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv fiex kienu jikkonsistu w kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
B'riferenza għall-perjodu l-1 ta' Novembru, 1998 sal-31 ta' Jannar, 1999 u għad-dekasteru li għalih hu responsabbli jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (2) lil minn intalbu quotations; (3) kemm kienet kull kwota; (4) min rebaħ il-kuntratt; (5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv fiex kienu jikkonsistu w kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu msemmi ma ngħata l-ebda kuntratt b`direct order għal ġarr ta` għamara fid-dikasteru tiegħi.
B'riferenza għall-perijodu 1 ta' Novembru, 1998 sal-31 ta' Jannar, 1999 u għad-dekasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (a) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (b) lil min intalbu quotations; (ċ) kemm kienet kull kwota; (d) min rebaħ il-kuntratt; (e) ingħataw extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv jgħid fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Jien infurmat li matul il-perjodu bejn l-1 ta' Novembru 1998 u l-31 ta' Jannar 1999 ma ingħata l-ebda kuntratt mill-Ministeru għall-Ambjent għal ġarr ta' għamara ta' uffiċini.
B'riferenza għall-perijodu l-1 ta' Novembru, 1998 sal-31 ta' Jannar, 1999 u għad-dekasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (a) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (b) lil min intalbu quotations; (ċ) kemm kienet kull kwota; (d) min rebaħ il-kuntratt; (e) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv jgħid fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (REFALO, MICHAEL)
Jien infurmat li ma sar l-ebda ġarr ta' għamara minn dan il-Ministeru jew minn xi entita' li taqa' taħtu fil-perjodu msemmi.
Fl-aħħar ħames snin, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal transfer ta' stazzjoni ta' pompi tal-petrol minn lokalita' għal oħra jew fl-istess raħal?
Kemm ġew rifjutati?
Għal-liema raġuni ġew rifjutati?
Kemm ġew aċċetati?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet pendenti sa l-aħħar tas-snin 1996, 1997 u ta' l-1998 separatament għal twaħħil ta' bozoz/lampi fit-toroq/pjazez/ġonna ta' pajjiżna?
Kemm twaħħlu attwalment f'kull sena rispettivament?
Kemm huwa stmat li qamet in-nefqa għal dan ix-xogħol għal kull sena partikolari?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
Sena Talbiet Pendenti Installazzjonijiet Spiża Involuta
1996 171 630 Lm 149,716
1997 879 476 Lm 174,235
1998 539 1,103 Lm 320,336
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet pendenti għal asfaltar ta' toroq f'pajjiżna u Għawdex separatament fl-aħħar ta' snin 1995, 1996, 1997 u 1998?
Kemm attwalment ġew asfaltati toroq, kemm bħala numru kif ukoll bħala kapaċita' superfiċjali fl-istess snin indikati separatament? Kemm huwa stmat li qamet in-nefqa għal dan ix-xogħol sena b'sena kif rikjest?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li għalkemm id-Dipartiment tat-Toroq ma għandux lista ta` dawk it-toroq li kien irid isir fihom l-asfalt fis-snin indikati mill-Onor. Interpellant jidher li f`pajjiżna fadal madwar 600 parti minn toroq li qatt ma kienu asfaltati.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, l-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm enrolled nurses u staff nurses li qed jaħdmu fulltime u part-time fl-Institute of Health Care?
Kemm minnhom f'kull każ qed jagħmlu xogħol akkademiku jew inkella xogħol mhux akkademiku?
Kemm minnhom jaħdmu fuq bażi ta' shift?
Hemm impjegati oħra li jaħdmu fuq bażi ta' shift?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 4228, peress li r-riżultat ta' l-intervisti għall-postijiet ta' Assistant Principal Radiographers ġie ppublikat mill-PSC fil-5 ta' Settembru u kien validu għal sena u peress li b'riferenza għar-risposta 4366, ir-rakkomandazzjoni kienet biex it-tliet persuni jieħdu l-appointment ta' Assistant Principal Radiographers fl-1 ta' Diċembru, 1998, meta kienet inqabżet is-sena ta' kemm kien validu r-riżultat, jista' l-Prim Ministru jispjega x'kienet ir-raġuni li ħareġ l-appointment mill-PSC?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat illi l-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku
għamlet ir-rakkomandazzjonijiet tagħha biex jimtlew il-
postijiet ta' Assistant Principal Radiographers għaliex il-
vakanzi kienu identifikati, u t-talba u l-verifika biex
jimtlew il-postijiet saru, meta r-riżultat kien għadu
validu.
Dan huwa konformi mal-prassi kostanti tal-Kummissjoni għas-
Servizz Pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew investigati ilmenti dwar abbużi fil-prezzijiet mill-1.1.99?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li mill-bidu ta' din is-sena sa llum, id-Dipartiment tal-Kummerċ fetaħ investigazzjoni dwar 279 ilment dwar allegati abbużi fil-prezzijiet.
Tajjeb jingħad li d-Dipartiment għamel spezzjonijiet f'lokalitajiet differenti dwar il-prezz ta' diversi oġġetti ta' l-ikel. Qed issir investigazzjoni dwar numru relattivament żgħir ta' prodotti li l-prezz tagħhom instab għola minn dak li kien f'Diċembru tal-1998.
Skond l-OFC, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm mediċini u affarijiet ta' l-ikel li għolew bla ġustifikazzjoni mill-5.9.98? X'passi ttieħdu dwar dan? Tista' tagħti lista dettaljata?
Response (BONNICI, JOSEF)
Kif jaf tajjeb l-onorevoli Interpellant, l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta jimmonitorja dawk il-prodotti ta' l-ikel li huma dominanti fis-suq u mhux il-prodotii taż l-ikel kollha.
Minn dawn il-prodotti kien hemm 23 oġġett ta' l-ikel li għola waqt li 8 prodotti oħra raħsu. Ħdax -il prodott ġew investigati u nstab li l-għoli fil-prezz kien ġustifikat waqt li l-bqija tal-prodotti għadhom qed jiġu investigati.
Ġew investigati 290 prodott mediċinali biex jiġi żgurat li ma kienux qed isiru abbużi mill-importaturi. Instab li fil-każ ta' 7 prodotti ż-żieda fil-prezz ma kienitx ġustifikata u l-importaturi ġew ordnati jraħħsu l-prezz. Il-prodotti in kwistjoni huma dawn:-
Prodott Minn Għall Data
Feldene Gel 0.5% x 25gr Lm2.18 Lm2.08 Oct-98
Trimetabol Syrup x 150ml Lm1.93 Lm1.83 Oct-98
HMR 11 Vaccine x 1 dose Lm6.36 Lm5.60 Oct-98
Actal Tabs x 24 Lm0.89 Lm0.82 Oct-98
Terramycin Poly Topical Ointment x15gr Lm0.84 Lm0.76 Dec-98
Duphalac x 300ml Lm2.74 Lm2.62 Jan-99
Motival Tabs 80mg x 45 Lm1.49 Lm0.80 Feb-99
Bħalissa l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta qiegħed jimmonitorja s-suq biex jara li fil-fatt dan ir-roħs ġie effettwat fl-ispiżeriji.
Billi fil-bidu tas-sena kellhom jitħabbru tibdiliet fl-Ambaxxaturi Maltin, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti dettalji dwar dawn it-tibdiliet b'riferenza speċifika għad-dati rispettivi tal-ħatra?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Il-proċess ta' nominazzjonijiet għal Ambaxxaturi li nbeda wara l-elezzjoni għadu sejjer għax kif jaf l-Onor. Interpellant dan hu proċess li jinvolvi ċerti proċeduri li mhux dejjem wieħed jista jgħaġġilhom. Sa issa, dawn in-nomini li se nsemmi rċivew l-approvazzjoni tal-gvernijiet konċernati u xi wħud minnhom fil-fatt diġa bdew ix-xogħol diplomatiku tagħhom fil-kapitali tal-pajjiżi li għalihom huma Ambaxxaturi:
Dr. George Bonello du Puis Londra 16 ta' Diċembru 1998
Prof. Salvino Busuttil Pariġi 17 ta' Dicembru 1998
Dr. Jimmy Farrugia Vatikan/SMOM
(Residenti Malta) 7 ta' Jannar 1999
Dr. Joe Licari Strasbourg 13 ta' Jannar 1999
Mr. Saviour Borg Beijing 27 ta' Jannar 1999
Mr. Gaetan Naudi Cairo 27 ta' Jannar 1999
Kif diġa ndikajt, hemm nomini oħra iżda ma jkunx korrett li jissemmew qabel ma' jkollna risposta mill-gvernijiet konċernati.
Il-Gvern Malti biddel id-deċiżjoni tal-gvern preċedenti li ma jeħux sehem f'Expo' 99? Jekk iva, jista' l-Prim Ministru jgħid x'se tiswa l-parteċipazzjoni ta' Malta?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Naħseb l-Onor Interpellant qed jistaqsi dwar Expo 2000 li
ser isir Hanover. Il-Gvern qiegħed jikkonsidra attivament
li Malta għandha tipparteċipa iżda deċizjoni finali għad
trid tittieħed.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jintnefqu flus fuq iċ-ċelebrazzjonijiet tal-millenju tul din is-sena finanzjarja?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-kumitat konċernat beda x-xogħol tiegħu ftit ġimgħat ilu u għadu fil-fażi li jfasslu pjan dettaljat ta' ċelebrazzjonijiet u ta' l-ispiża li tista' tkun meħtieġa.