Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-għadd totali ta' familji li qed jiġu assistiti b'self mil-Lohumbus Corporation biex jixtru d-dar fejn joqogħdu? Kemm hu s-self totali mogħti mil-Lohumbus Corporation biex id-djar konċernati jsiru proprjeta' tas-sidien?
Response (BONNICI, JOSEF)
Minħabba n-natura kummerċjali tal-Lohombus Bank, mhux fl-interess tal-Bank li tingħata l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-valur ta' l-esportazzjoni minn Malta għas-sena 1998 li tgawdi minn Gerneralised System of Preferences (GSP) u liema pajjiżi jiffavorixxu lil Malta taħt din is-sistema? Xi proporzjon jikkostitwixxi dan l-ammont mill-valur ta' esportazzjoni totali għall-istess sena?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd totali ta' kumpanniji fuq ir-Reġistru tal-Commercial Partnerships fl-aħħar ta' l-1998? Jista' l-Ministru jgħid jekk għadx baqa' kumpanniji li għadhom ma kkonformawx mar-regolamenti dwar ir-reġistrazzjoni tal-commercial partnerships? Jekk għad baqa', kemm hu n-numru tagħhom u x'passi qed jittieħdu biex jikkonformaw?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Membru li sa l-aħħar ta` l-1998 kien hemm 23,900 kumpanniji fuq ir-Reġistru, li minnhom 5053 kienu jew xolti jew li kellhom isimhom imħassar minn fuq ir-Reġistru.
In-numru ta` kumpanniji li s`issa għadhom ma kkonformawx ma` l-Att ta` l-1995 dwar il-Kumpanniji huwa ta` 941. L-Onorevoli Membru japprezza li huwa diffiċli ħafna, biex ma ngħidx impossibbli, li wieħed iġiel lill-dawn il-kumpanniji jikkonformaw. B`dana kollu, tajjeb li wieħed għid, li bis-saħħa ta` l-Att Numru XXX ta` l-1997 il-Ministru responsabbli għar-reġistrazzjoni ta` soċjetajiet kummerċjali jista` b`ordni fil-Gazzetta jistabbilixxi data li fiha dawk il-kumpanniji kollha li jkunu għadhom ma kkonformawx jitqiesu bħal kumpanniji li ma jkunx qed joperaw u wara l-proċeduri preskritti bil-liġi isimhom jitħassar minn fuq ir-Registru. Peress li sal-lum għad hemm kumpanniji li qed jikkonformaw, ma jidhirlix li jkun pass għaqli u fl-interess nazzjonali li tiġi pubblikata l-imsemmija ordni fil-Gazzetta.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa l-Imdina, il-Mellieħa, il-Manikata, l-Imġarr, ir-Rabat u San Pawl il-Baħar li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
16.2.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fil-ministeru tiegħu bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999; f'riċevimenti, f'safar, f'petrol u diesel u f'pagi għall-impjegati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-ammont ta' flus minfuqa lill-Ministeru ta' l-Intern u l-Cost Centres li jaqgħu taħtu matul il-perijodu speċifikat fil-Mistoqsija, f'safar. riċevimenti, petrol u diesel u pagi hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
16.02.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-ministeru tiegħu bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999; f'riċevimenti, f'safar, f'petrol u diesel u f'pagi għall-impjegati?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-nefqa tal-flus mill-Ministeru bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-31 ta'Jannar, 1999 f'dak li hu riċevimenti, ma ntefaq xejn.
F'dak li hu safar, is-somma laħqet għal Lm1,773.48,0. In-nefqa mill-Ministeru f'dak li hu petrol u diesel fl-istess perjodu jammonta għal Lm2,206.17,5 filwaqt li pagi għall-impjegati tħallset is-somma ta' Lm132,006.03,0.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fil-ministeru tiegħu bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999: f'riċevimenti, f'safar, f'petrol u diesel u f'pagi għall-impjegati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bejn il-5 ta' Settembru, 1998, u l-31 ta' Jannar, 1999 fid-Dipartiment għall-Anzjani ntefqu:
f'riċevimenti Lm 932
f'safar Lm 245
f'petrol u diesel Lm 4,408
f'pagi Lm2,683,132
16.2.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-ministeru tiegħu bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999; f'riċevimenti, f'safar, f'petrol u diesel u f'pagi għall-impjegati?
Response (MARCO, GUIDO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u allura r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-ministeru tiegħu bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999; f'riċevimenti, f'safar, f'petrol u diesel u f'pagi għall-impjegati?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qiegħed nagħti n-nefqa tad-Dipartimenti li jidhru fit-
Tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, liema nefqa
tkopri l-perjodu 5 ta' Settembru 1998 sal-31 ta' Jannar
1999.
Naħseb li l-Onor Interpellant jinteressah li jsir paragun
ma' l-ispiża f'perjodu simili mill-amministrazzjoni ta'
qabel.
It-tagħrif dwar dipartimenti oħra li jaqgħu taħt id-
dikasteru tiegħi jingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba, mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Jannar, 1999, ġurnalisti tal-PBS siefru fuq attivitajiet tal-gvern? Jista' jgħid liema kienu dawn l-attivitajiet u kemm kienu l-ispejjeż għall-PBS? Jista' jgħid min kienu l-ġurnalisti li rrappreżentaw lill-PBS f'dawn l-attivitajiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-perjodu msemmi kien hemm attivita' waħda tal-Gvern li għaliha ċ-Ċentru ta' l-Aħbarijiet tal-PBS bagħat ġurnalista - it-taħditiet tal-Prim Ministru f'Helsinki u f'Dublin bejn il-25 u t-28 ta' Jannar.
Il-ġurnalista li ngħata dan l-inkarigu kien is-Sur Ivan Camilleri u l-ispiża totali kienet ta' Lm480.00.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta persuna li toqgħid Malta jkollha taħlef dokument dwar x'eċċezzjonijiet f'kawża fil-Qorti ta' Għawdex, din bilfors trid tinħalef fl-Uffiċċju tar-Reġistratur fil-Qorti?
Għaliex dokumenti bħal dawn, ma jistgħux jinħalfu quddiem kummissarju li jagħti l-ġuramenti bħalma huma ħafna nutara?
Ma jaħsibx li jekk dan iseħħ mhux biss ineħħi pressjoni ta' xogħol fuq dawk impjegati fil-Qorti iżda jkun ta' anqas skariċċ għan-nies?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-Artikoli 156 u 158 tal-Kodiċi ta` Organiżżazzjoni u
Proċedura Ċivili jirrikjedu li d-Dikjarazzjoni mehmuża kemm
maċ-Ċitazzjoni u anke man-Nota ta` l-Eċċezzjonijiet tiġi
maħlufa f'idejn ir-Reġistratur tal-Qorti, l-Assistenti
Reġistraturi jew id-Deputati Reġistraturi.
Biex tinbidel din il-proċedura trid issir emenda fil-Liġi.
Iżda biex dan iseħħ l-ewwel irid isir studju serju dwar xi
riperkussjonijiet li jistgħu jirriżultaw.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isiru xi diskussjonijiet ma' sptarijiet privati f'Malta biex xi operazzjonijiet jibdew isiru f'dawn l-isptarijiet flok fl-Isptar San Luqa?
Fiex waslu dawn id-diskussjonijiet u liema operazzjonijiet se jsiru fl-isptarijiet privati?
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar finanzi nvoluti jekk dan isseħħ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Dipartiment għadu qed jagħmel l-evalwazzjoni tal-proposti mressqa mill-isptarijiet privati lill-Ministeru.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx u għaliex ftit ilu n-nies li jirreġistraw għax-xogħol fil-Labour Office ta' Ħal Qormi tħallew fi queue jistennew barra fix-xita?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mill-informazzjoni li ngħatatli jirriżulta li l-Area Offices għandhom l-ħin stabbilit għall-ftuħ u l-għeluq għar-reġistrazzjoni. Il-bibien jinfetħu għall-pubbliku bejn nofs siegħa u kwarta qabel il-ħin stabbilit. Qiegħed jiġri, pero, li n-nies qiegħda tiġi qabel il-ħin stabbilit.
16.2.99
Jista' l-Ministru jgħid għaliex persuni separati li jgħixu b'manteniment u jirreġistraw għax-xogħol ma ħadux żieda ta' l-għoli tal-ħajja, fil-pagament ta' l-assistenza soċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onor. Interpellant għandha tifhem li l-Għajnuna għal Disimpjieg għadha sa issa tiġi mħallsa b'mod manwali u kull każ irid jiġi revedut individwalment. Minn dawk kollha li qegħdin jikkwalifikaw għal din l-Għajnuna baqa' biss numru żgħir ħafna li r-rata ta' benefiċċju għadha ma ġietx reveduta. Huwa maħsub li dawn il-ftit każijiet li baqa' jiġu reveduti sal-aħħar ta' Frar.
16.2.99
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Designate secretariat
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1348 tas-16 ta' Novembru, 1998 jista' Viċi Prim Ministru issa jagħti tweġiba definittiva għat-tieni parti ta' din il-mistoqsija kif imwiegħed fir-risposta mogħtija dakinhar?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni li kien talabni kont diga' tajtha fit-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3450. Irrid inżid biss ma' l-iSkeda B li fiha dakinhar elenkajt l-impjegati fi ħdan is-Segretarjat Privat tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, lis-Sinjorina Claire Scerri li issa qiegħda bħala Uffiċċjal fis-Secretariat Pool u li ġiet sekondata għal dan l-iskop mill-post ta' Skrivana ma' l-Awtorita' tad-Djar.
Jikkonferma l-Ministru li l-għalliema tal-Junior Lyceum ta' Verdala, Bormla ressqu diversi lmenti dwar nuqqasijiet li hemm fl-istess skola? Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma t-talbiet tal-għalliema u meta jew jekk hux se jintlaqgħu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ilmenti li qed jagħmlu l-għalliema ta' l-iskola G. Despott J.L. Verdala se jiġu diskussi ma' l-istess staff mill-awtoritajiet tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li fl-iskola tal-Junior Lyceum ta' Verdala hemm nuqqas ta' siġġijiet, imwejjed u bins fil-klassijiet? Jista' jgħid ukoll jekk hux minnu li hemm ħafna neon tubes maqtugħa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mhuwiex minnu li fl-iskola tal-Junior Lyceum tal-Verdala hemm nuqqas ta' siġġijiet, imwejjed u bins fil-klassijiet. Kif, m'huwiex minnu li hemm ħafna neon tubes maqtugħa, għalkemm huwa fatt li hemm xi ftit min dawn in-neon tubes li m'humiex qed jiffunzjonaw. Qed jittieħdu l-passi sabiex dawn in-neon tubes jiġu mibdula b'oħrajn ġodda.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tintlaqa' it-talba kemm tal-Kunsill Lokali Birgu kif ukoll tal-Vittoriosa Stars F.C. sabiex jinbnew xi dressing rooms fil-ground tal-Fortini?
Response (GALEA, LOUIS)
Kif kont diġa' għedt fit-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 699 il-Club tal-Vittoriosa Stars kien ġie mitlub jissottometti pjanti tax-xogħol propost. Dan l-aħħar is-Segretarju Parlamentari kellu laqgħa fuq il-post ma' uffiċjali tal-Club u rappreżentanti tal-Kunsill Lokali. Il-Club reġa' impenja ruħu li jibgħat dawn il-pjanti. Wara tkun tista' tittieħed deċiżjoni dwar x'tip ta' għajnuna tista' tingħata mill-Gvern.