B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3961 dwar 18,000 kilo ħass importati f'Malta, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'kienu r-raġunijiet li dan il-ħass ġie importat bla levy? Meta fil-fatt l-aħħar li ġie importat ħass bla levy fil-gżejjer tagħna?
Response (ZAMMIT, NINU)
Saret talba minn stabiliment tal-ikel għall-importazzjoni ta' 18,000kgs. 'Iceberg lettuce', bla levy. Dan l-istabiliment kellu kuntratt ma' bidwi mill-Mellieħa sabiex ikabbarlu dan it-tip ta' ħass, pero bil-maltempata li laqtet il-gżejjer Maltin fid-19 ta' Novembru 1998, dan il-bidwi kellu ħsarat konsiderevoli, u għalhekk ma kienx possibli li jforni lill-dan l-istabiliment b'dan it-tip ta' ħass. Għalhekk id-Dipartiment ħass id-dmir li jibgħat uffiċjal tekniku mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, biex jispezzjona l-għelieqi ta' dan il-bidwi w jagħmel rapport. Mir-rapport deher ċar li dan il-bidwi sofra ħsara konsiderevoli fil-prodotti li kien qiegħed ikabbar. Għalhekk id-Dipartiment ħass il-ħtieġa li għall din id-darba biss jirrikmanda li dan l-istabiliment jingħata permess li jimporta 18,000kgs 'Iceberg lettuce', mingħajr il-ħlas ta' levy.
Din kienet l-unika darba li ġie rrikmandat li jiġi mpurtat il-ħass bla levy.
Peress li mhux se jsir restawr tal-bini storiku fl-Imdina u r-Rabat, Malta, jista' l-Ministru jara li jsir almenu l-istudju xjentifiku neċessarju dwar ix-xogħlijiet meħtieġa? Jekk fl-affermattiv meta?
Response (GALEA, LOUIS)
Jiena mgħarraf illi sar studju preliminari mil-Kunsill Lokali ta' l-Imdina u l-Works Division dwar il-materja indikata fil-mistoqsija.
B'riferenza għas-sitwazzjoni ta' sistema tad-dawl perikoluża fl-NAC, jista' l-Ministru jgħid meta nbdew ix-xogħlijiet sabiex jiġi rranġat il-periklu li tista tikkawża din is-sistema? X'sar s'issa u meta huwa programmat li x-xogħlijiet jiġu finalizzati?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-iżvilupp tal-Food Room fl-NAC, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'kienu r-raġunijiet u l-bżonn li tiġi żviluppata din il-food room? Meta ġiet żviluppata din il-Food Room, kemm ila tiffunzjona u x'impatt pożittiv jew negattiv kellha fis-sistema ta' tmexxija tal-NAC?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra
B'riferenza għall-grading tal-ħut (fingerlinks) jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta bdiet titħaddem din is-sistema fil-NAC? Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'kien isir qabel bdiet din is-sistema? Fil-fatt liema sistema hija preferuta mill-industrija lokali u għaliex?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-Informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-perjodu l-1 ta' Novembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999 u għad-dekasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (2) lil min intalbu quotations; (3) kemm kienet kull kwota; (4) min rebah il-kuntratt; (5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma ngħata l-ebda kuntratt ta` ġarr fil-perjodu ndikat mill-Onor. Interpellant.
B'riferenza għall-perjodu l-1 ta' Novembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999 u għad-dekasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (2) lil min intalbu quotations; (3) kemm kienet kull kwota; (4) min rebah il-kuntratt; (5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bejn l-1 ta' Novembru 1998 u l-31 ta' Jannar 1999 ingħataw dawn id-direct orders għal ġarr ta' għamara fid-dekasteru tiegħi:
A MALTA STANDARDISATION AUTHORITY (waħda)
1. Iċ-Chairman
2. DOM Transport, BOrg Bros. Ltd, F.Borg & Sons Ltd. u Kalaxlokk CO.Ltd.
3. Borg Bros Ltd. Lm300. L-oħrajn ma kkwotawx
4. Borg Bros Ltd.
5. Le
B UFFIĊĊJU ĊENTRALI TA' L-ISTATISTIKA (ħamsa)
1. Id-Direttur
2. Ma ntalbux kwotazzjonijiet mħabba ċerta urġenza
3. Borg Bros. Ltd. Lm1300 għall-ħames direct orders
4. Borg Bros. Ltd.
5. Le
C MINISTERU GħAS-SERVIZZI EKONOMIĊI (tlieta)
1. Il-Coordinating Officer tas-Segretarjat Privat
2. Ma ntalbux kwotazzjonijiet minħabba ċerta urġenza
3. Borg Bros. Ltd. Lm213 għat-tlett direct orders
4. Borg Bros. Ltd.
5. Le
B'riferenza għall-perjodu l-1 ta' Novembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999 u għad-dekasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħatw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (2) lil min intalbu quotations; (3) kemm kienet kull kwota; (4) min rebaħ il-kuntratt; (5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul il-perijodu 1 ta' Novembru, 1998, u l-31 ta' Jannar, 1999, mill-Ministeru ta' l-Intern jew minn xi dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru, ma nħareġ l-ebda kuntratt b'direct order jew quotation għall-ġarr ta' għamara ta' uffiċini.
L-ispiża li saret fuq is-servizz li ngħata matul il-perijodu msemmi kienet kif jidher indikat hawn taħt :
- ġarr ta' formoli u dokumenti mill-istamperija tal-Gvern il-Marsa għall-Uffiċċju tal-Passaporti l-Belt - Lm 20
- ġarr ta' nkwadru kbir mis-Segretarjat Parlamentari f'Santa Venera għa Belt - Lm 10
Peress li l-ispiża f'dawn il-każi kienet insinjifikanti ma kienx hemm ħtieġa li wieħed joqgħod jitlob quotations jew joħroġ tenders.
17.02.99
B'referenza għall-perjodu l-1 ta' Novembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999 u għad-dekasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (2) lil min intalbu quotations; (3) kemm kienet kull kwota; (4) min rebaħ il-kuntratt; (5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-1 ta' Novembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999, il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu ma kellhom l-ebda kuntratti ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini.
B'riferenza għall-perjodu l-1 ta' Novembru, 1998 u l-31 ta' Jannar, 1999 u għad-dekasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: (1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (2) lil min intalbu quotations; (3) kemm kienet kull kwota; (4) min rebaħ il-kuntratt; (5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv fiex kienu jikkonsistu u kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Bejn l-1ta' Novembru 1998 u l-31ta' Jannar 1999 ma ngħataw ebda kuntratti ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini mill-Ministeru tas-Saħħa u dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux riċevimenti jew ikliet mill-Ministeru tiegħu fl-okkażjoni tal-Milied 1998 u l-Ewwel tas-Sena? Jekk saru, meta saru? Fejn saru? Min ipprovda l-ikel u x-xorb? Kemm ġiet tiswa l-ispiża totali? Inġabru kwotazzjonijiet għall-imsemmija riċevimenti jew ikliet? Jekk inġabru kwotazzjonijiet, mingħand min inġabru? Min kien mistieden għal dawn l-attivitajiet?
Response (REFALO, MICHAEL)
L-informazzjoni mitluba hi din li ġejja:
Fit-23 ta' Diċembru 1998 sar riċeviment fil-'Corinthia San Ġorġ' għall-impjegati tal-Ministeru u tad-Dipartiment tat-Turiżmu, tan-'National Tourism Organisation - Malta', tal-'Hotels and Catering Establishments Board', ta' l-'Institute of Tourism Studies', tal-'White Rocks Holiday Complex' u membri ta' 'Boards'. L-ispiża kienet ta' Lm2,117.50 u l-ikel kien provdut mill-istess lukanda.
Fis-6 ta' Jannar 1999 saret ikla fil-'Giardino Restaurant' għall-impjegati tat-Taqsima tal-'Beach Cleaning'. L-ispiża kienet ta' Lm718.75 u l-ikel kien provdut mill-istess 'restaurant'.
Fit-8 ta' Jannar 1999 saret ikla għall-'istaff' fis-Segretarjat Privat tiegħi fir-'restaurant La Maltija'. L-ispiża kienet ta' Lm244.50 u l-ikel naturalment ġie provdut mill-istess 'restaurant'.
Għat-tliet riċevimenti ma ntalbux kwotazzjonijiet għax ma kienx il-każ li jintalbu.
Jista'l-Prim Ministru jgħid kemm ġew minfuqa flus f'ikliet u riċevimenti mis-Segretarjat Parlamentari fi ħdanu mis-6 ta'Settembru, 1998 sal-5 ta'Jannar 1999 u x'kienu l-okkażjonijiet li għalihom ġew organizzati dawn l-attivitajiet?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kull okkażjoni fejn ġiet organizzata, kemm swiet, min ipprovda l-ikel u xorb u jekk inġabrux kwotazzjonijiet?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li mis-6 ta' Settembru 1998 sal-5 ta'
Jannar 1999 intefqu Lm42.55 f'żewġ ikliet mis-Segretarjat
Parlamentari fl-Uffiċċju tiegħi.
Ikla waħda saret il-Cordial u swiet Lm23.45 u l-oħra saret
il-Malata u swiet Lm19.10.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għal reserved parking tal-persuna li tbati minn diżabilita' mobilitarja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-permess għall-applikazzjoni msemmija jitħafef?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-preżent is-servizz tal-'Keep Clear' għandu numru ta' applikazzjonijiet b'lura. Sar pjan biex fiż-żmien limitat dawn l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati naturalment fl-ordni li daħlu. L-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Membru hi waħda minn dawn l-applikazzjonijiet.
16.2.99