Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35242 Sitting 785 2002-09-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Film ''Tripoli''

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-film 'Tripoli' li kellu jinħadem Malta issa mhux se jinħadem hawn u se jinħadem post ieħor barra minn pajjiżna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li d-direttur u t-tim tal-produzzjoni tal-feature film "Tripoli", li huwa finanzjat minn Fox Film Entertainment, kienu u għadhom qed jikkunsidraw lil pajjiżna bħala post fejn jiġbdu partijiet mix-xogħol tagħhom. Huwa minnu li sar tibdil fl-iscript tal-film li jista' jwassal biex xeni li kellhom jinġibdu f'Malta ma jinġibdux hawn. Din hija sitwazzjoni komuni fl-iżvilupp ta' proġett awdjoviżiv u li pajjiżna ma għandux kontroll fuqha. Tajjeb jingħad ukoll li l-Malta Film Commission ilha tassisti lill-produzzjoni fuq dan il-proġett partikulari għal numru ta' xhur u għadha għaddejja b'ħidma biex tara li l-partijiet minn dan il-film li jistgħu jinġibdu f'Malta, fil-fatt jinġibdu hawn.

Immigration Act

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' dawk il-barranin li qed jieħdu l-benefiċċji taħt is-social security act (cap 318) minn meta daħlet fis-seħħ l-immigration act?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Naħseb li l-Onor. Interpellanti qed tirreferi għall-Avviż Legali numru 291 ta' l-2001 jiġifieri l-Ordni ta' l-2001 dwar is-Sigurta' Soċjali (Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Istatus tar-Refuġjati). Ninforma lill-Onor. Interpellanti li ma tinżammx statistika ta' persuni li kkwalifikaw bis-saħħa ta' dan l-Avviż Legali.
Leg 9 PQ #35244 Sitting 785 2002-09-17 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltanet

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta twaqqfet il-kumpannija Maltanet, x'konnessjoni għandha, jekk għandha, mal-Maltacom, u min qed iħaddimha?

Response (BONNICI, JOSEF)

Minn informazzjoni li għandi jirriżulta li l-kumpanija Maltanet ġiet reġistrata bħala kumpanija fis-16 ta' April 2001. Din il-kumpanija hija sussidjarja tal-Maltacom.
Leg 9 PQ #35252 Sitting 785 2002-09-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Dipartiment ta' l-Artijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid tistax tikkonferma dak li r-residenti ta' Qratas Str, Swieqi/l-Ibraġġ saru jafu mill-Ministeru tat-Trasport li t-triq ma tistax tiġi asfaltata għaliex għadha ma ġietx esproprijata mill-Gvern? Jekk iva, fiex wasal il-proċess ta' esproprijazzjoni u meta mistenni li jiġi konkluż?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi id-Dipartiment tal-Artijiet ma għandu l-ebda talba għall-esproprjazzjoni ta` Triq il-Qratas, Swieqi/Ibraġġ.
Leg 9 PQ #35278 Sitting 785 2002-09-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-reazzjoni tal-Maltapost għat-talba formali li saritilha minn għadd ta' ħaddiema dwar bdil ta' ħinijiet tax-xogħol bid-data tas-26.07.2002?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li t-tibdil tal-ħinijiet tax-xogħol fil-Maltapost qed ikun diskuss ma' l-unions ikkonċernati.

San Gwann — Drenaġġ

Question

B'riferenza għall-mistoqsija 34313 ta' 20.06.2002 fejn kont ġejt mgħarraf li kellhom jittieħdu passi biex jiġi istallat is-servizz tad-drenaġġ għall-familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, billi is-sitwazzjoni baqgħet l-istess minn dak iż-żmien 'il hawn, jista' il-Ministru jgħid tistgħax tingħata priorita' lil din it-talba ġusta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-'easement' għal dan ix-xogħol qiegħed fi stat avvanzat għaliex bħala Dipartiment, diġa' tħallsu l-'professional fees' lil-Land Department. Għaldaqstant għandha tiġi ppubblikata dalwaqt. It-tender ġiet ippreparata u tkun ippubblikata wara li jkun hemm il-permessi msemmija sabiex id-Dipartiment ikun jista' jidħol fi propjeta privata.
Leg 9 PQ #35281 Sitting 785 2002-09-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni Elettorali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija preċedenti fejn kont ġbidt l-attenzjoni li xi residenti fi Triq San Gwann tal-Għargħar, San Gwann, qegħdin imniżżlin fir-reġistru elettorali bħala residenti ta' l-Imsida, tista' tgħid x'passi ittieħdu mill-kummissjoni elettorali dwar dan?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li Triq San Gwann tal-Gharghar hija maqsuma fuq zewg lokalitajiet, jigifieri fuq San Gwann u Msida, it-tnejn fid-disa’ distrett elettorali. Irrizulta minn spezzjoni li ghamlet il-Kummissjoni Elettorali fuq il-post illi l-persuni indikati f’Mistoqsija Parlamentari numru 34312, ghandhom kunjom differenti u attwalment jghixu fl-istess dar minkejja li l-persuna specifikata mill-Onorevoli Membru kellha l-isem tad-dar imnizzel ftit differenti minn ta’ l-ohrajn. Ghaldaqstant il-persuna koncernata giet notifikata li fir-registru elettorali li jmissu jkun ippubblikat f’Ottubru ta’ din is-sena, d-dettalji taghha ser jidhru, kif suppost, fi Triq San Gwann tal-Gharghar, Msida.

Slum Clearance

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir xi proġett ta' slum clearance fl-area ta' Santa Liena Bormla? Jekk fl-affermattiv jista' jagħti indikazzjoni fejn ser jintlaqat u meta hemm il-ħsieb li jibda x-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Labour Office

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru rapporti minn Jannar 2002 sal-lum lid-dipartiment tal-labour office minn ħaddiema li allegaw li sara xi abbuż fuqhom mill-employers tagħhom? Jista' dawn l-abbużi jiġu kklassifikati u jgħid ukoll x'sar f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li, minn Jannar 2002 sallum, id-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali ma rċieva ebda rapport minn ħaddiema li allegaw li sar xi abbuż fuqhom mill-prinċipal tagħhom. Ta' min jgħid li l-liġi preżenti li tirregola l-kundizzjonijiet ta' l-impjieg ma tagħti ebda poter lid-Dipartiment jew lil xi entita' biex jiġu nvestigati allegazzjonijiet ta' fastidju fuq il-post tax-xogħol. Dan in-nuqqas issa ġie ndirizzat permezz tal-liġi l-ġdida li qed nipproponu dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali.

ETC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru rapporti xahar b'xahar din is-sena, ta' ħaddiema barranin jaħdmu bla permess? Fejn kienu l-impjiegi marbuta ma' dawn ir-rapporti? X'sar f'kull każ u x'kien ir-riżultat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #34474 Sitting 784 2002-09-17 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Lotion — Out of Stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu out of stock il-lotion tar-ras Minoxidil 5% solution (jew Rogaine 5%) li jqum mal-Lm14 u li jird jintuża kull xahar minn xi pazjenti? Jaf li minn Awissu tas-sena l-oħra lill-ċerta pazjenta ilhom jgħidulha li out of stock minkejja li hija ntitolata għalih u mniżżel fil-karta s-safra tagħha u ġie approvat? Jaf li f'dan il-każ il-persuna kkonċernata anzjana qed ikollha toħroġ Lm14 kull xahar għal dan il-prodott mill-pensjoni tagħha li tbatija għaliha u għas-sieħeb tagħha?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li Minoxidil 5% solution jinstab 'in stock' fl-Ispiżerija ta' Boffa. Minoxidil 5% kien out of stock bejn Jannar u April 2002.
Leg 9 PQ #34624 Sitting 784 2002-09-17 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monti Carmeli — Constant Watch - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa tad-dipartiment konċernat tul dawn l-aħħar ħames snin, xahar b'xahar tal-constant watch fl-isptar Monte Carmeli? Fuq liema kriterji u taħt liema kundizzjonijiet jingħata constant watch? Jista' jgħid jekk constant watch issirx minn persuni li jkunu parti mill-full compliment ta' l-istaff jew minn persuni li jkunu off duty?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #34823 Sitting 784 2002-09-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Mellieħa — Bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li 'il fuq minn 25 bidwi fl-aħrax tal-Mellieħa fil-parti magħrufa tal-Madonna, stqarrew miegħi li qabel it-2 ta' Lulju ħadd mid-dipartiment tal-biedja ma kelliemhom jew provdilhom ilma, kif weġibt int għall-mistoqsija tiegħi, tista' jekk jogħġbok tiprovdi l-ilma, peress li barra n-nixfa ta' uċuħ tar-raba' hemm l-annimali fl-inħawi li huma milquta' ukoll? Meta u min huwa l-persuna li l-bdiewa jridu jikkuntatjaw?

Response (ZAMMIT, NINU)

Wara li sar survey minn nies tat-Taqsima għas-Servizzi Agrikoli u Żvilupp Rurali, bil-kooperazzjoni tal-bdiewa tal-post, ta' l-art milquta minn nuqqas ta' ilma, qed isiru arranġamenti biex min irabbi l-bhejjem ikun pprovdut bl-ilma għalihom. Jien infurmat li hu mpossibli li jingħata ilma bil-bowser għall-uċuħ tar-raba minħabba l-kobor ta' l-art milquta u minħabba li m'għamlitx xita biżżejjed biex ikun hawn ħażna adekwata ta' ilma. Nerġa nfakkar lill-Onor. Interpellant li l-volum ta' ilma fl-aquifers ma jiddependix mid-Dipartiment iżda huwa marbut ma kemm tagħmel xita u ma kemm isir ippumpjar ta' ilma mill-istess aquifers.

Rabat — Triq Prinċipali

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani dwar dak li ntqal dwar it-Triq Prinċipali tal-Baħrija l/o Rabat mill-Ministeru fid-dawl li jirriżulta lid-dipartiment tat-toroq ħareġ fil-fatt sejħa għall-offerti sabiex isiru x-xogħlijiet li l-ministru ħabbar li mhux se jsiru?

Response (GALEA, ĊENSU)

M'għandi xejn x'inżid mar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 34779.

Triq Kola Xara — Rabat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-ilmenti li resqu r-residenti ta' Triq Kola Xara r-Rabat dwar il-periklu kawżat mill-volum tat-traffiku li saret tirċievi din it-triq? Meta tresqu l-ilmenti mill-kunsill lokali tar-Rabat f'isem ir-residenti ta' Triq Kola Xara lill-Ministeru tiegħek? Għaliex din it-triq għadha ma saritx one way. Jista' l-Ministru jara li jiġi nvestigat urġentament dan il-każ u jara li t-triq Kola Xara fir-Rabat issir one way immedjatament? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s-sistema tat-traffic flow fir-Rabat hija waħda komplessa u ma tinvolviex biss b'bidliet fi Triq Kola Xara iżda t-toroq kollha fl-inħawi. Id-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku irċieva suġġerimenti mill-Kunsill Lokali tar-Rabat biex is-sistema tiġi aġġornata u l-ilmenti kollha li saru mir-residenti tar-Rabat għadhom qed jiġu mistħarġa.

Pjazza tal-Baħrija

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti ta' kif se tiġi żviluppata l-pjazza tal-Baħrija l/o Rabat

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-proġett tal-ġnien fil-Pjazza tal-Baħrija qed jiġi mwettaq mill-Kunsill Lokali tar-Rabat.
Leg 9 PQ #34966 Sitting 784 2002-09-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Rata tal-Kambju

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 33673, jista' l-Ministru jgħid x'se jkunu l-fatturi li jikkontrollaw kif tiddevja sa 15% il-fuq jew l-isfel biss, ir-rata tal-kambju tal-lira Maltija?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ewwelnett irid jingħad li mhux bilfors li r-rata tal-kambju ta’ munita tiddevja mir-rata ċentrali tagħha. Fil-fatt il-lira Maltija ilha snin twal ma tiddevja b’dan il-mod. Dan għaliex id-domanda fis-suq għall-lira Maltija qatt ma kienet la qawwija żżejjed u lanqas dgħajfa żżejjed. Dan huwa sinjal ta’ ekonomjia stabbli u ta’ fiduċja fil-lira Maltija minn naħa ta’ investituri Maltin u barranin. Jista’ jiġri pero’ li jekk għal xi raġuni jkun hemm dħul qawwi ta’ flus barranin u allura domanda kbira ħafna għall-lira Maltija, tinħoloq pressjoni biex ir-rata tal-kambju titqawwa. Jekk jiġri bil-maqlub u jkun hemm ħruġ qawwi ta’ flus mill-pajjiż, tinħoloq pressjoni biex il-valur tal-lira jonqos. L-eżistenza ta’ ‘band’ ta’ 15% ‘l fuq jew ‘l isfel, u li tapplika għall-pajjiżi kandidati kollha, hija ntiża preċiżament sabiex pressjonijiet eventwali ta’ din ix-xorta jkunu jistgħu jiġu akkomodati. Fil-prattika, l-esperjenza ta’ pajjizi li diġa ssieħbu fl-UE tgħallem li meta pajjiż jissieħeb ma’ l-UE, u jkun allura immodernizza l-ekonomija tiegħu għal dan il-għan, jattira iżjed investiment u jibda jikber b’rata iżjed mgħaġġla w għalhekk x’aktarx ikun hemm tendenza li l-munita tiegħu tapprezza.