Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #4220 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-għadd totali ta' mpjegati fil-General Service tas-Servizz Ċivili? Kemm minnhom huma nisa? Kemm minn dawn in-nisa qegħdin fi grad ta' Administrative Officer jew ogħla? F'liema gradi jinsabu rispettivament?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat illi n-numru ta' impjegati fil-gradi tal- General Service huwa 3999. Minn dawn 2034 huma nisa. Fost dawn hemm 107 li huma fi grad ta' Principal jew ogħla. Dawn huma mqassma kif ġej: 3 Officers in Grade V 25 Senior Principals 79 Principals.
Leg 9 PQ #4221 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Twaħħil ta' posters

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed tieħu jew ħadet il-pulizija kontra dawk illi iħammġu l-ambjent b'twaħħil ta' posters ma' ħitan fejn mhux suppost, eżempju klassiku huwa dawk il-posters illi qed jitwaħħlu kuljum ħdejn ir-roundabout tar-Regional Road ħdejhn it-tank tal-gass?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-wiri ta' reklami hu regolat b'Avviż Legali 171 ta' l-1993 (Ordni ta' l-1993, Regolamenti dwar Reklami). Infurmat ukoll illi żewġ reklami li twaħħlu fil-post indikat mill-Onorevoli Interpellant ġew imneħħija mill-Pulizija peress li ma kienx magħruf min waħħalhom. 17.02.99
Leg 9 PQ #4266 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid, bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-31 ta' Jannar 1999, kemm kien in-numru ta' reati kriminali rapportati lill-pulizija u x'tip ta' reati kienu? Kemm kien in-numru ta' attakki bi vjolenza fuq l-anzjani u x'kienu l-etajiet ta' l-anzjani? Kemm kien in-numru ta' hold-ups u l-ammont ta' flus misruqa f'dawn il-hold-ups? Kemm kienu d-drabi li nstabet droga fil-ħabs?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel u t-tieni partijiet tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar in-numru ta' hold ups irrapurtati lill-Pulizija bejn il-5 ta' Settembru, 1998, u t-12 ta' Jannar, 1999, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3517 f'Seduta 52. Ninsab infurmat ukoll li bejn it-13 ta' Jannar u l-31 ta' Jannar, 1999, ġew irrapurtati lill-Pulizija 3 hold ups u kien hemm ukoll 2 rapporti ta' tentattivi ta' hold ups li fihom ma nsteraq xejn. L-ammont fi flus kontanti li ġew irrapurtati li nsterqu fil-hold ups bejn il-5 ta' Settembru, 1998, u l-31 ta' Jannar, 1999, kien ta' madwar Lm38,276. F'żewġ każijiet, fejn ġie rappurtat serq ta' flus, l-ammont ma ġiex speċifikat. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li fl-istess perijodu (05/09/98 - 31/01/99) ġew irrapurtati lill-Pulizija żewġ każi ta' sejbiet ta' droga fil-Ħabs. 17.02.99
Leg 9 PQ #4267 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-vot u kemm kienet in-nefqa tal-gvern f'manutenzjoni ta' skejjel bejn l-1987 u l-1998? Kemm hija n-nefqa vvotata għal din is-sena u f'liema skejjel se jsir ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #4268 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Liġi dwar il-Preskrizzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-Gvern li jressaq quddiem dan il-Parlament liġi biex tneħħi l-preskrizzjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-preskrizzjoni hi meħtieġa għaliex mhux sew li persuna tiġi mressqa quddiem qrati fi żmien meta x-xhieda, jekk ikunu għadhom ħajjin, ikunu diġa insew ħafna mid-dettalji tal-fatti li fuqhom iridu jixhdu. Fl-istess ħin anki l-akkużat ikunlu ferm diffiċli biex jagħmel difiża sew għax ikun nesa ċirkostanzi importanti tal-każ. L-istess raġunijiet japplikaw ukoll għall- preskrizzjoni ċivili. Il-parir li għandu l-Gvern hu li l-preskrizzjoni għandha tibqa.
Leg 9 PQ #4269 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal servizz ġdid ta' l-ilma mal-Water Services Corporation bejn Novembru 1997 u Novembru 1998?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-perjodu msemmi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kellha 2747 applikazzjoni għal servizz ġdid tal-ilma.
Leg 9 PQ #4270 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Intervisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u l-31 ta' Janna,r 1999 kemm kienu d-drabi li ġew intervistati mill-PBS kull ministru u segretarju parlamentari? Kemm kienu d-drabi li ġew intervistati mill-PBS kull deputat Laburista? Kemm kienu l-protesti li rċieva l-PBS mingħand il-Partit Laburista u mingħand il-Partit Nazzjonalista?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-perjodu msemmi saru 113 intervista ma' Ministri u Segretarji Parlamentari, filwaqt li kien hemm 9 intervisti ma' Membri Parlamentari ta' l-Oppożizzjoni. Fl-istess perjodu, kien hemm tliet protesti mill-Parti Nazzjonalista u tnax mill-Partit Laburista. Il-pożizzjoni tal-PBS hi li fejn jidħlu ġrajjiet ta' kuljum, huma l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari tal-gvern tal-ġurnata li jkollhom it-tagħrif meħtieġ xi jwasslu lill-pubbliku dwar proġetti u żviluppi ġodda fil-pajjiż. B'danakollu, fuq materji li jikkonċernaw policy jew kontroversja, ċ-Ċentru ta' l-Aħbarijiet jesiġi li jkollu l-fehmiet tal-partijiet kollha. Tajjeb jingħad ukoll li n-numru ta' protesti li jsiru mill-partiti politiċi mhux bilfors jirrifletti l-għadd ta' każijiet milqugħa mill-Awtorita' tax-Xandir.
Leg 9 PQ #4271 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Jum nazzjonali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern li jmexxi hu għandux il-ħsieb li jniedi diskussjoni nazzjonali dwar il-possibbilta' li l-pajjiż jasal għal qbil fuq jum nazzjonali wieħed?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jekk l-Oppożizzjoni hija lesta tiddiskuti bis-serjeta dan is-suġġett delikat, jien lest nawtorizza li jibdew diskussjonijiet formali.

Toroq — Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li jaqgħu taħt il-Gvern Ċentrali għat-tarmac u tiswijiet ġenerali oħra li, matul din is-sena finanzjarja, se jingħataw it-tarmac mill-ġdid u/jew se jsiru tiswijiet maġġuri fihom? Kemm se jintnefaq fuq kull każ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq huwa responsabbli għas-`surfacing` u tiswija tat-toroq arterjali u ta` asfaltar ta` toroq li għadhom qatt ma kienu asfaltati. Kif kelli okkażjoni nħabbar riċentement fl-okkażjoni ta` l-ippublikar tar-rapport li ppreparaw il-konsulenti Ġermaniżi li qed jaħdmu fid-Dipartiment tat-Toroq, fix-xhur li ġejjin sa jkun tlesta l-pjan ta` prijoritajiet għax-xogħolijiet meħtieġa.
Leg 9 PQ #4275 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Tipjip

Question

Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar minn Settembru 1998 sa Jannar 1999, kemm-il persuna nqabdet tpejjep: (i) fis-swali tas-cinemas; (ii) f'karozzi tal-linja; u (iii) fl-isptarijiet? F'kull każ ittieħdu passi fil-qorti? Fl-istess żmien, jista' l-Ministru jgħid jekk itteħdux xi passi kontra sidien ta' ħwienet eċċ li ħallew tfal taħt l-eta' jixtru s-sigaretti jew xorb alkoħoliku?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn Settembru 1998, u Jannar 1999, ma nqabdet l-ebda persuna li kkommettiet xi waħda mill-offiżi li rrefera għalihom fil-Mistoqsija tiegħu l-Onor. Interpellant. 17.02.99
Leg 9 PQ #4276 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Żgħażagħ taħt l-eta' f'postijiet ta' divertiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid xahar b'xahar minn Settembru 1998 sa Jannar 1999, kemm-il persuna taħt l-eta' (1a6-il sena) inqabdet f'post ta' divertiment meta dan mhux permess mil-liġi? X'passi ttieħdu kontra s-sidien talli ħallew lil dawn it-tfal jidħlu fl-istabbilimenti tagħhom? F'liema lokalitajiet inqabdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn Settembru 1998, sa Jannar 1999, inqabdu 36 -il persuna taħt l-eta' f'postijiet ta' divertiment, u ttieħdu passi fil-Qorti kontra s-sidien talli ħallew dawn it-tfal fl-istabbilimenti tagħhom, liema kawżi għadhom pendenti. Id-dettalji dwar in-numru ta' każijiet, xahar b'xahar, u l-lokalitajiet fejn seħħew huma kif ġej : - Lokalita' Settembru Ottubru Novembru Diċembru Jannar Total --------- --------- ------- -------- -------- ------ ----- M'Skala - - - - 14 14 Paceville - 10 - - 10 20 Victoria Gozo - - - 2 - 2 Total - 10 - 2 24 36 17.02.99

Droga/alkoħol

Question

Peress li għaddew ħames snin u nofs mill-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kumitat ta' Xogħol dwar Evalwazzjoni tas-Servizzi ta' Trattament fil-qasam ta' droga u alkoħol taħt il-presidenza tal-Maġistrat Silvio Meli, ma jaħsibx li wasal iż-żmien biex jitħejja rapport ieħor meta matul dawn l-aħħar snin saru żviluppi kbar fit-trattament ta' nies li jbatu minn abbuż ta' droga u alkoħol? Ma jaħsibx ll-Ministru li rapport ieħor jista' jara li s-servizzi ta' l-istat u dawk tal-volontarjat jkunu qed jaħdmu id f'id biex ma jsirx dupplikazzjoni ta' xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infakkar lill-Onor. Membru li, taħt l-Amministrazzjoni preċedenti, kienet twaqqfet il-'Co-ordinating Commission Against Drug and Alcohol Abuse' li wieħed mill-għanijiet prinċipali tagħha kien preċiżament li tiżgura li ma jkunx hemm duplikazzjoni bejn is-servizzi pubbliċi u dawk tal-volontarjat f'dan il-qasam. Irrid nara, fid-dawl ta' l-esperjenza s'issa ta'l-operat ta' din il-Kummissjoni, jekk dan fil-fatt huwiex l-aħjar mod sabiex tiġi assigurata l-ko-ordinazzjoni meħtieġa. 17.02.99

Rabat — Triq Ġorġ Borg Olivier - One way

Question

Jista' l-Ministru jgħid speċifikament meta Triq Ġorġ Borg Olivier fir-Rabat (Malta) se ssir one way? X'qed iżomm milli tittieħed din id-deċiżjoni? Jikkonferma l-Ministru li hemm membru min-naħa tal-gvern li qed jindaħal biex din it-triq ma ssirx one way?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li qed isiru konsultazzjonijiet bejn il-Kunsill Lokali tar-Rabat u dak ta` Had-Dingli biex tinstab soluzjoni għal din il-problema. Barra minn hekk irid jintlaħaq ukoll ftehim mal-Public Transport Authority dwar ir-rotta Nru. 81. Ninforma lill-Onor. Membru li ma qed issir l-ebda pressjoni minn xi Membru Parlamentari dwar din il-problema.

Mtarfa — Dwal pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jixtegħelu d-dwal pubbliċi li twaħħlu fl-Imtarfa peress li d-dlam minbarra li joħloq problemi lir-residenti qed iwassal ukoll għal vandaliżmu li jġib miegħu ħela ta' fondi pubbliċi? X'qed iżomm milli jinxtegħelu d-dwal kollha ta' l-Imtarfa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li ma jirrizultax li l-Enemalta għandha pendenti xi dwal fl-Imtarfa li jridu jiġu mixgħula. Talbiet għal dwal ġodda ħdejn it-Torri ta' l-Arloġġ qegħdin jiġu kkunsidrati flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #4309 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Arkivji ta' l-Atti Notarili — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm, u kien hemm ħaddiema u f'liema gradi, tul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 fl-arkivji ta' l-atti notarili li jinsabu fi Strada San Kristoforu, il-Belt?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fis-snin speċifikati mill-Onor. Interpellant, in-numru ta' ħaddiema fl-Arkivji ta' l-Atti Notarili fi Triq San Kristofru, il-Belt, u l-gradi tagħhom kien kif ġej : - fl-1995 - għalliem misluf mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni li kien jiftaħ l-Arkivji regolarment fl-1996, 1997, - 2 impjegati, normalment impjegat 1998 klerikali u labourer, li jaħdmu fl-Arkivji Notarili ewlenin fi Triq Mikiel Anton Vassalli, il-Belt, ġew assenjati jiftħu l-Arkivji fi Triq San Kristofru darba fil-ġimgħa filgħodu. 17.02.99
Leg 9 PQ #4310 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Arkivji ta' l-Atti Notarili — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta hija l-aħħar darba li saret manutenzjoni u tindifa ġenerali tal-arkivji ta' l-atti notarili li jinsabu fi Strada San Kristofru, il-Belt?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-aħħar li saru kemm manutenzjoni kif ukoll tindif fl-Arkivji ta' l-Atti Notarili fi Triq San Kristoforu, il-Belt, kien fl-ewwel ta' Frar 1999. 17.02.99
Leg 9 PQ #4311 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Arkivji ta' l-atti notarili

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba huwiex possibbli li l-arkivji ta' l-atti notarili li jinsabu fi Strada San Kristofru, il-Belt jinfetħu regolari ta' kuljum u wkoll is-Sibt?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li d-domanda biex l-Arkivji ta' l-Atti Notaril, fi Triq San Kristofru, il-Belt, jinfetħu regolarment kuljum inkluż is-Sibtijiet mhix tali li tiġġustifika l-ispiża meħtieġa biex isir dan. Qed tiġi studjata l-possibilita' li malli tinqala' l-opportunita', dawn l-arkivji jiġu trasferiti f'xi post ieħor. 17.02.99

Inkwatru ta' Caravaggio — Restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba huwiex minnu li x-xogħol ta' restawr li kien qiegħed isir Firenze fuq l-inkwadru tal-Caravaggio tlestiex u f'Marzu ta' din is-sena jistax jinġieb lura Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Nixtieq inżid mat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numri 1317 u 1635, li kif kont għidt, l-operazzjoni tar-restawr fiżiku tal-pittura "Il-Qtugħ ir-Ras ta' San Ġwann" tal-Caravaggio ġiet terminata fl-aħħar ta' Jannar 1999. Skond il-parotocollo d'intesa iffirmat mal-Comune di Firenze f'Ġunju 1996, il-pittura għandha terġa'tiġi eżebita f'Palazzo Vecchio, Firenze wara r-restawr. Qed nistennew l-awtoritajiet tal-Comune ta' din il-belt biex jgħarrfuna bid-dati ta' din il-wirja, ħalli wara jsiru l-arranġamenti kollha neċessarji biex il-pittura tal-Caravaggio tinġieb lura Malta.

Djar — Birgu

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li partijiet mill-belt tal-Birgu jitwaqqgħu biex flokhom jinbnew djar moderni u komdi tul din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-ġimgħat li ġejjin ser jinbeda x-xogħol fuq Numru 1, Pope Alexander Street, Birgu. Jekk u meta jiġu identifikati siti għall-proġetti oħra, dawn jiġu studjati. 17.02.99

Żebbuġ — Triq Sciortino - Telephone box

Question

Peress li t-telephone box li hemm fi Triq Sciortino, Ħaż-Żebbuġ, qegħda sservi wkoll ta' public convenience, jista' l-Ministru jgħidli kull meta din qegħda titnaddaf? Jikkonsidra li din titneħħa u minflokha titqiegħed plastic canopy?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Maltacom diġa kellha taħdidiet mal-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ dwar il-cardphone box imsemmija. Filwaqt li sar qbil li din m'għandhiex tintmess minn fejn tinsab, l-Kunsill wiegħed li t-tindif ikun inkluż ma' dak tat-triq fejn tinsab. Minħabba l-pożizzjoni tagħha, mhux possibbli li minflok dik li hemm illum issir plastic canopy.