Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #3560 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Karozzi tal-kiri

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1847, jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat mis-6 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Diċembru, 1998? Lil min ingħataw? Kemm tlaħħaq l-ispiża?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma kien hemm ebda 'direct order' mis-6 ta' Settembru 1998 sal-31 ta' Dicembru 1998. L-uniċi tlett 'direct orders' ġew mogħtija lil-'Garden of Eden Garage' għal kiri ta' tlett vetturi bil-'Lift', waħda f'April 1997 u tnejn f'Novembru 1997. Ir-rata kuljum għal kull vettura hija ta' Lm22 u l-ispiża globali sa l-aħħar ta' Jannar 1999 telgħet għal Lm34,408.00. Qed jittieħdu l-passi neċessarji biex fil-gimgħat li gejjin jinxtraw mill-Ingilterra, vetturi 'second hand' flokhom bil-ħsieb li titnaqqas drastikament l-ispiża.
Leg 9 PQ #3561 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Computer scanners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computer scanners kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu, dipartiment, b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħid il-validita' ta' dan it- ta' mistoqsija. Japprezza li tinvolvi xogħol estensiv u ħin twil, li d-Dipartiment jista' juża b'mod ferm aħjar.
Leg 9 PQ #3562 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Computer scanners

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha computer scanners kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tagħha, dipartiment, b'dipartiment? Tista' tgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li hemm 7 computer scanners fil-Ministeru u d-dipartimenti u l-fergħat li jaqgħu taħtu. Dawn huma mqassmin kif imniżżel hawn taħt: i) Fis-Segretarjat Privat hemm scanner wiehed tad-ditta 'Target' li nxtara fl-14 ta' Diċembru 1998 bil-prezz ta' Lm40. ii) Fis-Segretarjat Permanenti u d-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi hemm 2 scanners tad-ditta 'Target' li nxtraw fl-24 ta' Novembru 1998 bil-prezz ta' Lm40 'l wieħed. iii) Fid-Dipartiment tal-Customer Services hemm b'kollox 4 scanners u l-informazzjoni dwarhom hija mogħtija hawn taħt: Fergħa/Uffiċċju Numru ta' Ditta Data ta' Prezz Rimarki Scanners meta xtraw Lm jew ingħataw Nutar tal-Gvern 1 IBM 1995 - ipprovdut mir- Reġistru Pubbliku ta'Malta Libreriji Pubbliċi 1 LEO 5.11.97 135.00 - Edukazzjoni 2 Scantale 17.4.97 185.00 - Dynotax 19.2.98 89.00 -

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Computer scanners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computer scanners kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment? Jista' jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (ZAMMIT, NINU)

Computer scanners li għandhom id-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd huma dawn: Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi: Ditta Meta nxtraw Prezz Hewlett Packard Scanjet 5p 1994 Lm285 Hewlett Packard Scanjet 5p 1998 Lm149 Dipartiment ta' l-Agrikoltura: Ditta Meta nxtraw Prezz Genius 1994 Lm235 Genius 1996 Lm295 Hewlett Packard 1998 Lm145 Super 5 1998 Lm50 Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura: Ditta Meta nxtraw Prezz Plustek 1998 Lm62 Hewlett Packard 1998 Lm542 (jinkludi computer fujitsu) Dipartiment tas-Servizzi Veterinarju: Ditta Meta nxtraw Prezz Hewlett Packard 1998 Lm149.35 Segretarjat: Ditta Meta nxtraw Prezz Genius 1999 Lm38
Leg 9 PQ #3564 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Computer scanners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computer scanners kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment, b'dipartiment? Jista' jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 22.02.99

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Computer scanners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computer scanners, kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu, dipartiment, b'dipartiment? Jista' jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #4222 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Permessi għal rave parties

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn permessi pendenti għal rave parties? Fejn sejrin isiru? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kondizzjonijiet ta' kull permess li se joħroġ għal dawk il-parties pendenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fid-19 ta' Frar, 1999, kien hemm applikazzjoni waħda għall-rave party li ser jinżamm fi stabbilimenti fil-limiti tar-Rabat. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kundizzjonijiet għal dan il-permess. 22.02.99
Leg 9 PQ #4223 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Parties

Question

Billi ġo party li sejjer isir dalwaqt, skond id-dress code, min imur huwa mitlub li jieħu jew jilbes manetti (hand cuffs), frosti u ktajjen, jista' l-Ministru jgħid jekk dan jistax isir bil-liġi? Jekk le, x'passi se tieħu l-pulizija biex tiżgura li dawn l-affarijiet ma jitħallewx isiru? Qed nibgħat separtament ma' din id-domanda brochure li qed jitqassam ġod-djar bil-posta fejn min imur qed jiġi mitlub b'dan il-mod (Ara document A). Kemm jistgħu jidħlu persuni ġol-post fejn se jsir dan il-party skond il-liċenzja tal-post?

Response (BORG, TONIO)

Il-Pulizija ħadet il-passi sabiex tiżgura li jkunu osservati l-kundizzjonijiet tal-liċenzja. Fil-fatt ninsab infurmat li l-Party li rrefera għalih l-Onor. Interpellant inżamm mingħajr inċidenti. 22.02.99
Leg 9 PQ #4224 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Disc jockeys — Work permits

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-disc jockeys li jieħdu sehem ġo party li se jsir dalwaqt u li tiegħu qed nibgħatlek separatament brochure (dokument B) li qed jitqassam fid-djar, għandux work permit neċessarju biex jagħmlu dan ix-xogħol? Dawk li ġew fil-passat, x'tip ta' permess kellhom? Kemm ħarġu permessi ta' dan it-tip?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li sabiex barrani jkun jista` jagħmilha ta` disk jockey hawn Malta, anki jekk għal jum wieħed, għandu bżonn ta` liċenzja ta` impjieg għal dan il-għan. Id-Dipartiment responsabbli għall-ħruġ ta` dawn il-liċenzji jirċievi diversi talbiet sabiex disk jockeys barranin jipparteċipaw f`diskoteki lokali, il-biċċa l-kbira għal jum jew tnejn, l-aktar għal tmiem il-ġimgħa. Normalment dawn it-talbiet jiġu milqugħa iżda ma tinżammx statistika dwarhom. Ninsab infurmat ukoll li d-Dipartiment konċernat irċieva tlett applikazzjonijiet dwar disk jockeys barrranin li ser jipparteċipaw f`party li dwaru l-Onor. Interpellant għaddhieli brochure. Dawn l-applikazzjonijiet ġew ipproċessati u nħarġu l-liċenzji meħtieġa. 22.02.99 Seduta 66
Leg 9 PQ #4225 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi — Ħlas minn DJ's barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallsu taxxi DJ's barranin li qed jieħdu sehem fir-rave parties li qed isiru? Mingħajr ma nsemmi ismijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm ħallsu kull wieħed?

Response (DALLI, JOHN)

Fid-Dipartiment ma jinżammux records ta` barranin impjegati lokalment bħala entertainers f`kategoriji differenti, imma mħalta kollha f`daqqa. Kull barrani li għandu working permit, min jimpjegaħ, jinżamm responsabbli għal kull taxxa li dak il-barrani jista` jkollu xi jħallas anke wara li l-barrani jkun telaq minn Malta.
Leg 9 PQ #4283 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Sliema — Triq Imrabat - Ħanut Turkish Kebab

Question

Jistgħu l-pulizija jieħu passi biex is-sidien tal-ħanut ta' l-ikel Turkish Kebab fi Triq Imrabat f'Tas-Sliema ma jibqgħux isabbtu l-bibien tar-residenza tagħhom tard bil-lejl u jħallu l-mutur tagħhom għal ħanut jagħmel ħsejjes li qed idejjaq lill-ġirien?

Response (BORG, TONIO)

Għaddejt l-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant għall-attenzjoni tal-pulizija tad-distrett biex tittieħed azzjoni meħtieġa. 22.02.99
Leg 9 PQ #4284 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Kartuna s-safra

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna minn Tas-Sliema li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ilha li applikat għal kartuna s-safra mis-27 ta' Novembru, 1998 u għadha sal-lum ma nħarġitliex? Meta se tinħareġ din il-kartuna s-safra peress li d-dewmien qed jikkaġunalha tbatija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qatt ma saret talba fuq in-numru tal-karta ta' l-identita msemmija.
Leg 9 PQ #4285 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Ex-impjegat

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna minn Tas-Sliema li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li rtira minn mad-Dipartiment ta' l-Artijiet fit-2 ta' Ġunju, 1998 ġie mċaħħad minn jumejn paga u arretrati u tħallas biss sal-31 ta' Mejju, 1998? Jista' l-Ministru jara li din il-persuna titħallas kif suppost?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-persuna nvoluta għalqet 61 sena fit-2 ta' Ġunju 1998, u fil-fatt kienet imħallsa l-paga sa l-1 ta` Ġunju 1998 kif suppost. Din il-persuna tħallset 21 ċenteżmu f`arretrati anqas milli suppost. Ninsab infurmat ukoll li ġiet mitluba li, meta jkun konvenjenti għaliha, tmur id-Dipartiment ta` l-Artijiet biex tiġbor dan l-ammont. 22.02.99
Leg 9 PQ #4297 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Roħs fil-prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk illum, xahar wara mill-introduzzjoni tal-VAT, għadux bil-fehma li esprima jumejn wara l-Budget ta' l-1999, fis-sens li bil-VAT kellhom jorħsu 40,000 prodott? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-prodotti li raħsu u b'kemm raħsu? Jekk le, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li wassluh biex jibdel il-fehma tiegħu?

Response (DALLI, JOHN)

Jekk wieħed jara r-rapport fuq l-impatt soċjali li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra jara li hemm eluf ta` prodotti li għandhom jorħsu bl-introduzzjoni tal-VAT. Dawn huma l-prodotti kollha li l-Gvern li kien jagħmel parti minnu l-Onor Interpellant impona fuqhom taxxa tal-Konsum ta` 21% u li issa din tniżżlet għal 15%. Infakkar lill-Onor Interpellant li l-Gvern li kien jagħmel parti minnu kellu pjani biex il-prodotti kollha maħdumin Malta wkoll jispiċċaw b` taxxa ta` 21%.
Leg 9 PQ #4298 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

VAT

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-mira tal-gvern li jmexxi hu, hijiex li bil-VAT jorħsu 40,000 prodott? Jekk it-tweġiba hija fil-pożittiv, jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-prodotti li kellhom jorħsu u b'kemm kellhom jorħsu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Dan il-Gvern b'responsabbilta kbira u b'konsultazzjoni ma kull min kien interessat, ħadem sabiex pajjiżna jkollu sistema ta' tassazzjoni ndiretta li tkun kemm effiċjenti kif ukoll ġusta. Kif joħroġ mir-rapport li poġġa fuq il- mejda tal-Kamra l-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, mhux mistenni li jkun hemm xi impatt partikulari fuq il- prezzijiet bħala riżultat ta' l-introduzzjoni tal-VAT. Fl-istess waqt, il-Gvern jikkundanna kull ċaqlieq inġust fil-prezzijiet li jista jsir fiż-żmien ta' bidla fit- taxxa. Għaldaqstant, kull fejn jinstab l-abbuż, dan jiġi kkoreġut u b'impenn naraw li l-iżball ma jiġix irrepetut.

Children's allowance

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li rċevew u qed jirċievu Children's Allowance ġewwa l-ibliet ta' Bormla, Birgu, Senglea, u l-irħula ta' Xgħajra, Kalkara tul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 u kemm għalhekk tħallsu flus fuq dan sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' familji li rċevew l-Allowance tat-Tfal ġewwa l-bliet ta' Bormla, Birgu u l-Isla u l-irħula tax-Xgħajra u l-Kalkara matul is-sena 1997 u 1998 huwa kif jidher aktar 'l isfel. Ma teżistix informazzjoni dwar is-snin 1995 u 1996. Qatt ma inħass il-bżonn li tinġabar statistika dwar l-ammonti ta' Allowance tat-Tfal li jkunu ġew imħallsa f'kull lokalita' ta' Malta. BELT JEW RAĦAL 1997 1998 -------------- ---- ---- Bormla 687 718 Birgu 307 297 L-Isla 433 402 Xgħajra 97 115 Kalkara 367 387 22.2.99

Bormla — Dar ta' l-Anzjani

Question

Jista'l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema pożizzjoni wasal il-bini ta' kostruzzjoni u tkomplija tad-Dar ta' l-Anzjani f'Bormla u jekk kemm-il darba hemmx xi intoppi imprevisti f'dan il-proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ix-xogħol ta' kostruzzjoni fid-Dar ta' l-Anzjani ta' Bormla ilu li tlesta. F'dawn l-aħħar 4 xhur inħarġu numru ta' tenders sabiex jitkomplew xogħolijiet oħra, bħal xogħol ta' ilma u dranaġġ, tibjid u tikħil, xogħol fuq il-bjut, bibien u twieqi ta' l-aluminium, xiri u stallazzjoni ta' "lifts", xiri ta' "catering equipment" u xogħol ta' madum u kmamar tal-banju. Inqala intopp fl-għotja tat-tender tal-madum u kmamar tal-banju peress li sar protest uffiċjali quddiem id-Direttur tal-Kuntratti. Għadni kif ġejt infurmat li d-Direttur tal-Kuntratti, wara seduta pubblika li saret fl-20 ta' Jannar 1999, iddeċieda li dan it-Tender għandu jerġa joħroġ. 22.2.99

Bormla — Triq San Gwann - Proġett

Question

In vista tal-fatt li l-proġett tal-Partit Nazzjonalista għat-twaqqigħ u bini mill-ġdid ta'djar fi Triq San Gwann, Bormla fl-aħħar ġimgħa ta' Jannar 1999 beda jsir u dawn bdew jaqgħu, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm appartamenti se jinbnew, kemm dawn huma stmati li se jiswew u meta huwa stmat li jkunu lesti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għandi ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-proġett ta' Triq San Gwann Bormla ser jinbnew 20 flat fl-ewwel fażi u 49 flat fit-tieni fażi. Il-flats ta' l-ewwel fażi hu stmat li ser jiswew Lm 265,471 u għandhom jitlestew fi żmien sena u nofs jekk jissolvew il-problemi pendenti li baqa' bl-"evictees" tal-proġett. 22.2.99
Leg 9 PQ #4317 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Wied il-Għajn — Forti San Tumas

Question

In vista tal-fatt li l-Forti San Tumas f'Wied il-Għajn issa tinsab f'idejn l-awtoritajiet kompetenti, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba sarx rapport rigward l-istat li din tinsab fih u t-tieni, jekk dan għadu ma sarx, jistax isir?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li sar rapport dwar il-Forti San Tumas, f`Wied il-Għajn, mir-'Restoration Unit' fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet. Ninsab infurmat ukoll li ċ-ċwievet ta` dan il-forti issa jinsabu f`idejn l-istess 'Unit'. 22.02.99
Leg 9 PQ #4318 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Birgu — Skamps

Question

Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li mingħajr dewmien jittieħdu passi neċessarji sabiex il-Palazz hekk msejjaħ ta' Skamps ġewwa l-Moll tal-Birgu jibda jsir ir-restawr tiegħu billi l-ewwel jiġu rranġati is-soqfa li minnhom qed tidħol kwantita' ta' ilma li qed jikkaġuna ħsara konsiderevoli lil fond ta' ħdejh, u t-tieni, li l-istudenti ta' l-Iskola Girolamo Cassar jerġgħu jtellgħu l-parti li waqgħet ma' l-aħħar Gwerra Dinjija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Palazz imsejjaħ ta' Skamps jifforma parti mill-proġett tal-Kottonera Waterfront Development u li d-diskussjonijiet fuqhom qegħdin fi stadju avvanzat ħafna u wieħed jittama li x-xogħol ta' riabilitazzjoni u konservazzjoni tal-Palazz ikun fuq quddiem fil-prioritajiet ta' l-iżvilupp. Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli kollega dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija Parlamentari rigward l-involviment ta' l-iskola Girolamo Cassar huwa ta' min wieħed jikkonsidrah.