Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #4743 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Trasaferimenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru trasferimenti (jew aħjar postings) f'Għawdex mis-7 ta' Settembru, 1998 sal-ġurnata tal-lum, liema informazzjoni għandha tinkludi wkoll dawk l-individwi li ma biddlux id-direttur tagħhom, imma li għalkemm biddlu x-xogħol tagħhom baqgħu taħt l-istess direttur? Tista' l-Ministru tesibixxi lista ta' l-istess transfers ossia postings?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li mis-7 ta' Settembru 1998 sal-lum kien hemm: i) 22 trasferiment minn dipartiment għal ieħor fil-Ministeru għal Għawdex li jinkludu trasferimenti ta' uffiċċjali għas-Segretarjat Privat; ii) 11-il trasferiment ta' uffiċċjali minn Malta għal Għawdex li jinkludu t-trasferimenti ta' uffiċċjali għas-Segretarjat Privat; iii) 3 trasferimenti ta' studenti minn Malta għal Għawdex li qegħdin isegwu kors taħt l-Extended Skills Training Scheme; iv) 4 trasferimenti mid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex għad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali; v) trasferiment ta' uffiċċjal mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni għad-Dipartiment tal-Customer Services; vi) 14-il posting fi ħdan id-Dipartiment tal-Customer Services; u vii) 17-il posting fi ħdan id-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp.
Leg 9 PQ #4744 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Investigazzjonijiet kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' investigazzjonijiet kriminali f'Għawdex li għadhom f'idejn il-pulizija u li l-individwu suspettat għadu ma ġiex akkużat quddiem il-Qorti Kompetenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi każijiet bħal dawn li llum huma preskritti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi hemm 92 każ x'jitressqu quddiem il-Qorti f'Għawdex li minnhom 9 huma preskritti. 23.02.99
Leg 9 PQ #4748 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Film Studios

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-bejgħ tal-Malta Film Studios fuq il-Mejda tal-Kamra u jgħid x'kondizzjonijiet saru max-xerrej dwar il-ħaddiema?

Response (BONNICI, JOSEF)

Minħabba n-natura kummerċjali tal-kontenut tal-kopja li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant, ma narax li jkun etikament ġust li npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-kopja in kwistjoni.
Leg 9 PQ #4749 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Banek — Mid-Med - Chairman

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki akkademiċi kollha li għandha l-persuna li ġiet maħtura chairman tal-Mid-Med Bank? Jista' f'kull każ il-Ministru jagħti d-data meta tkun inkisbet il-kwalifika?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-kwalifiki akkademiċi li għandha l-persuna li fil-preżent qed tokkupa l-kariga ta' Chairman tal-Mid-Med Bank huma dawn: Mill-Universita ta' Malta: B.A.(Hons)Econ. miksuba fl-1971 M.A.(Econ) miksuba fl-1974 Mill-Universita ta' Oxford: M.Litt (Oxon) miksuba fl-1982
Leg 9 PQ #4764 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' individwi u l-grad tagħhom li qalgħu aktar minn Lm100 f'overtime f'Novembru, 1998 fid-Dipartiment tas-Saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tiġi miġbura u tingħata risposta f'xi seduta oħra.

Naxxar — Bozza

Question

Jista' l-Ministru jara li bozza li ilha maqtugħa għal ġimgħat sħaħ u li qiegħda fil-post indikat under separate cover tiġi rranġata?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minħabba l-mod kif inhi mwaħħla din il-lampa, inħasset il-ħtieġa li tiġi mċaqalqa għal post ieħor biex it-triq in kwistjoni tiddawwal aħjar. Dan ix-xogħol għandu jsir fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #4771 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Yacht chartering

Question

Billi diversi pajjiżi għandhom taxxa baxxa fuq il-yacht chartering, jista' l-Ministru jgħid jekk f'pajjiżna tapplikax il-VAT bil-15% f'dan ir-rigward, u jekk iva, hemmx ħsieb li nipprovaw insaħħu l-competition edge tagħna f'dan is-settur li jirrendi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-yacht chartering huwa suġġett għat-taxxa tal-VAT bir-rata ta` 15%. Ir-rata preferenzjali ta` 5% tapplika biss għall-akkomodazzjoni turistika.

Djar

Question

Jista' l-Ministru jara li tintlaqa' t-talba ta' l-anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament sabiex il-bieb tal-flat li ġiet allokata ftit ilu jiġi msaħħaħ peress li qed tibża' tidħol fih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-ispezzjoni meħtieġa. 23.2.99

Djar — Bini ta' appartamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' tad-Djar hux se tkompli bil-ħsieb li jinbnew sulari addizzjonali fuq appartamenti tal-gvern diġa' abitati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

S'issa għada ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni finali jekk l-proġett ta' bini ta' sulari addizjonali ghandux jitkompla. 23.2.99
Leg 9 PQ #4780 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — San Gwan t'Għuxa - Swar

Question

Jista' l-Ministru jara li titneħħa eyesore li hemm f'waħda mill-arkati fis-swar quddiem il-flats ta' San Gwann t'Għuxa, Bormla, peress li hemm bieb ta' l-aluminium li jistona, bil-ħġieġ kollu mkisser?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #4781 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — It-Tieni Distrett - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għal xi tip ta' xogħol tal-Water Services Corporation fil-lokalitajiet tat-Tieni Distrett, lokal b'lokal? X'inhi r-raġuni li qed ikun hemm dewmien fuq ċerti xogħlijiet f'dawn il-lokalitajiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

UE — AVIS

Question

Billi issa ġiet ippubblikata l-update dwar l-AVIS ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Viċi Prim Ministru jara jekk jistax jiġi ppubblikat il-kwestjonarju tal-Unjoni Ewropea flimkien mat-tweġibiet tal-Gvern Malti? Dan fl-interess nazzjonali u dak tat-trasparenza?

Response (MARCO, GUIDO DE)

Il-Kwestjonarju fuq Malta hu dokument intern tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ddeċidiet li tippubblika r-rapport li ħejjiet hi abbażi tal-kwestjonarju. Jiena mxejt skond l-etika u poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tar-rapport.
Leg 9 PQ #4855 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li biha jimxi d-dipartiment ta' l-Inland Revenue dwar nies li għandhom jieħdu refunds ta' taxxa żejda li tkun tħallset? Huwa minnu li jekk ma jkunx hemm flus ivvotati min għandu jieħu ma jieħux ir-refund? Hemm xi limitu ta' snin li persuna tista' ddum tistenna biex tieħu lura r-refunds? Kemm fil-fatt kien hemm flus ivvotati għar-refunds mill-1992 sal-lum sena b'sena? Huwa possibbli li min ilu jistenna biex jieħu refund ta' Lm650 mill-1992 jingħata dan ir-refund bl-imgħax?

Response (DALLI, JOHN)

Il-flus ivvotati għar-refunds mill-1992 sal-lum kienu ta` Lm18,241,000 maqsuma hekk: 1992 2,000,000 1993 1,500,000 1994 1,500,000 1995 1,400,000 1996 3,000,000 1997 3,000,000 1998 2,841,000 1999 3,000,000 Kif diġa kelli l-okkażjoni ngħid is-sistema tar-refunds fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni għandha tinbidel u kulmin ikollu jieħu lura xi taxxa li tkun tħallset żejda din għandha titħallas lura fi żmien determinat, u jekk id-Dipartiment jonqos li jħallas f`dan iż-żmien ikollu jħallas l-interessi. Il-lum il-liġi ma tipprovdix sa meta għandu jsir il-ħlas tar-refunds jew li dawn għandhom jitħallsu b`xi imgħax. Kif għidt fil-Mistoqsija Parlamentari numru 4674 l-ammont ta` ħlas ta` refunds huwa marbut mal-flus ivvotati fl-estimi finanzjarji annwali. Meta d-Dipartiment jiġi biex jiddetermina liema refunds għandhom jitħallsu jieħu in konsiderazzjoni diversi fatturi bħalma huma l-ammont dovut, kemm ilu dovut, il-kategorija tat-taxpayer u dan dejjem fil-kuntest tal-flus ivvotati.
Leg 9 PQ #3232 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq Pietru Cagliardi - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Pietru Cagliardi ħdejn il-ground tar-Rainbows f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3233 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq il-Knisja - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq il-Knisja f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3234 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq Ġorġ Caruana -Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Ġorġ Caruana f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3235 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq l-Assedju - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq l-Assedju l-Kbir minn Triq il-Wilġa 'l ġewwa f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3236 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq id-Dar tal-Kejka - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa ħdejn Balons Garage fi Triq id-Dar tal-Kejka f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkiehn ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3237 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq Sardinja - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi New Street in Sardinja Street f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.