Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #4799 Sitting 68 1999-02-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Konferenza fil-Phoenicia — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3526?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Konferenza u n-National Workshops, 11-15 Jannar li saru fil-Lukanda Meridien Phoenicia swew: 1. Kiri ta' swali, faċilitajiet u ikel: Lukanda Meridien Phoenicia a. Workshops 1 & 2 Parteċipanti 23 b. Workshops 3 & 4 Parteċipanti 20 c. Workshop 5 Parteċipanti 19 d. Konferneza Nazzjonali Parteċipanti 99 2. Kiri ta' apparat ta' PA, Interpretazzjoni u Projection (5 ijiem) 3. Interpreti 4. Folders/Dokumentazzjoni u Back Board 5. Ħlasijiet lill-Esperti Maltin 6. Spejjeż Oħrajn Total 1 - 6 Lm4,345.82
Leg 9 PQ #4810 Sitting 68 1999-02-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sports Facilities — Vot kapitali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus sa l-aħħar ta' Jannar mill-vot kapitali 13 - Sports facilities? Jista' l-Ministru jgħid fiex intnefqu?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 4700.
Leg 9 PQ #4811 Sitting 68 1999-02-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

EU Programmes — Item 4349

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-Item 4349 - EU Programmes sa l-aħħar ta' Jannar u fiex intnefqu? Fiex waslu t-taħdidiet dwar dawn l-istess programmi ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sa l-aħħar ta' Jannar 1999 għadhom ma ntefqux flus mill-Item 4349 - E.U. Programmes.
Leg 9 PQ #4812 Sitting 68 1999-02-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-analisi neċessarji sabiex jiġu stabiliti l-parametri li fihom irid jopera l-unit li wegħda elettorali tal-PN Nru. 170 tagħmel riferenza għalih?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minkejja li għadhom għaddew biss ħames xhur mill-ħames snin mandat li għandu dan il-Gvern, diġa saret laqgħa għolja fid-Diviżjoni biex jiġu stabbiliti prioritajiet, parametri u 'time frames' għat-twettiq tal-punti kollha fil-Programm Elettorali li jirrigwardaw din id-Diviżjoni. Dwar punt 170 tal-Programm Elettorali ġa bdew il-proċeduri biex jiġi ngaġġat Venerioloġista, liema talba kienet ġiet rifjutata mill-Kabinett preċedenti. Id-Dipartiment se joħroġ ukoll applikazzjoni biex persuna tmur issegwi kors speċjalizzat ta' tlett snin, fl-Ingilterra. Dan hu l-mod kif isir ippjanar serju.
Leg 9 PQ #4813 Sitting 68 1999-02-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li d-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport ikunu trasferiti għall-uffiċini ħdejn is-Segretarjat fil-Furjana?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-trasferiment ta' l-uffiċini tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport għall-Furjana sar bejn l-aħħar ta' Diċembru 1998 u l-bidu ta' Jannar 1999.
Leg 9 PQ #4814 Sitting 68 1999-02-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Improvement to property — Item 60

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus taħt l-Item 60 - Improvement to property sa l-aħħar ta' Jannar u fiex intnefqu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-nefqa mill-Item 60 - Improvements to Property tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport sa l-aħħar ta' Jannar 1999 kienet ta' Lm19.47. Din in-nefqa saret biex inxtraw 15-il litru żebgħa.
Leg 9 PQ #3238 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq Karlo Maratta - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Karlo Maratta f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3239 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq Bir Għeliem - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Bir Għeliem f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3240 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq id-Dejma - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq id-Dejma fuq id-dar "SilvPaul" ħdejn il-ħanut "il-Minċott" f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-talba in kwistjoni ġiet approvata.
Leg 9 PQ #3241 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq Spiru Spiteri - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Spiru Spiteri u fi Triq Manuel Buhagiar fuq Dar Nru.21 f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunisdrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3242 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq Xandru Farrugia - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Xandru Farrugia ma' Triq Dun Karm Sant f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3243 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq Ġanni Faure' - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Ġanni Faure' f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Computer scanners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computer scanners, kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu, dipartiment, b'dipartiment? Jista' jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta `scanners` fid-Dipartiment huwa hekk: Dipartiment Nru. Ditta Meta Nxtraw Prezz Avjazzjoni Ċivili 2 Hewlett Packard 12-03-98 Lm145 09-12-98 Lm170 Dipartiment tat-Toroq 1 Joyscan 10-12-98 Lm55
Leg 9 PQ #3567 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Computer scanners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computer scanners kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu, dipartiment, b'dipartiment? Jista' jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (REFALO, MICHAEL)

B'riferenza għall-Mistoqsija 3567 inkun grat jekk l-Onor. Membru jagħtini r-raġuni għaliex qed jagħmel din id-domanda biex meta ngħaddiha lid-Dipartimenti nkun ċert u ma nkunx qed naħlilhom ħin prezzjuż.
Leg 9 PQ #3568 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Computer scanners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computer scanners, kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu, dipartiment, b'dipartiment? Jista' jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li fid-dekasteru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħi hemm 10 scanners, kif indikat hawn isfel: DIPARTIMENT META DITTA KEMM SWEW NXTRAW -------------------------------------------------- ---------- Waste Management 1997 Philips LM 95. Building & Eng. Dept. 1998 Hewlett Packard LM140. Director General 1997 Hewlett Packard LM140. B.I.C.C. 1997 Apple Macintosh LM445. Env. Protection Dept. 1995 Genius Colour LM514. Env. Protection Dept. 1994 Page SP2 Laser Scanner 4800 SP LM514. P.C.C.U. 1998 Epson GT 6500 LM412. Waste Management 1997 Optico PRO LM 55. Segretarju Permanenti 1998 Hewlett Packard LM170. 1992 Genius M.S.U.
Leg 9 PQ #3569 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Computer scanners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computer scanners kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment, b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub huwa kif ġej: Dipartiment Numru u Ditta Meta Nxtraw Kemm swew Lm Ministeru 2 Hewlett Packard Scanjets 1996-97 578 Dwana 1 Hewlett Packard Scanjet 4C 1995 500 Kuntratti 1 Hewlett Packard Scanjet 4P 1996 289 Taxxi Interni 2 Hewlett Packard 1997 400 VAT Xejn -- -- Lottu Pubbliku Xejn -- -- Teżor Xejn -- --
Leg 9 PQ #3570 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Computer scanners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computer scanners kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment, b'dipartiment? Jista' jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew l-ispejjeż?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kif ġej: Ditta Meta Lm nxtraw Ministeru Brother (3) 14.12.98 Lm450-il wieħed Segretarju HP 18.5.98 Lm150 Parlamentari Direttur Ġenerali Genius (1) } HP (3) } 18.5.98 Lm150-il wieħed Mustek (1) } Dipartiment ta' Scanjet 5100C ___ ___ l-Eżamijiet HP Dipartiment tal- HP ___ Lm130 Mużewijiet Dipartiment tal- NMA HP 1996 porvduta mill- Libreriji u MITTS Arkivji Maritime HP ___ mgħotija Dipartiment tal- ___ ___ ___ Kultura

Ministeru għall-Politika Soċjali — Computer scanners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computer scanners kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta'tad-dekasteru tiegħu dipartiment, b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li jipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru. 23.2.99

Skejjel — Skola Junior Lyceum Verdala

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jinforma l-Kamra kemm studenti qed jattendu u attendew l-iskola tal-Junior Lyceum Verdala tul is-snin 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999?

Response (GALEA, LOUIS)

L-istatistika mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel — Junior Lyceum Verdala

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra x'xogħol ta' manutenzjoni u tiswija saru ġewwa l-iskola tal-Junior Lyceum Verdala, Bormla tul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 u jista' jelenka l-problemi li qamu riċentement fuq dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 sar xagħol ta' manutenzjoni fil-Junior Lyceum "Ġużeppi Despott" Bormla kif ġej: SENA XOGĦOL SPIŻA 1995 Xogħol ta' tqegħid ta' madum 2,280.00 1996 Tiswija fuq in-"Nissan Huts" 575.00 Xogħol ta' "waterproofing" ta' 8,272.00 soqfa Xiri ta' materjal u kiri ta' 1,894.78 makkinarju għal xogħol ta' manutenzjoni ġenerali Xogħol ta' "Aluminium" 5,231.35 1997 Xogħol ta' "Surveying" 1,700.00 1998 Kostruzzjoni ta' estensjoni 21,705.00 fl-iskola Kostruzzjoni ta' klassijiet 11,101.00 temporanji Xogħol ta' "refurbishment" 1,123.00 TOTAL 53,882.13 Il-biċċa l-kbira tax-xogħol ta' Manutenzjoni u tiswijiet kif elenkati mill-iskola f'Novembru li għadda sar f'Diċembru, iżda minn dak inhar 'l hawn inqala' xi xogħol ta' tiswija oħra bħal ħġieġ imkisser, locks miksurin, bibien imkissra etc.