Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #3248 Sitting 68 1999-02-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq Dun Karm Sant - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Dun Karm Sant f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3249 Sitting 68 1999-02-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq San Ġużepp - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq San Ġużepp f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3339 Sitting 68 1999-02-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Lukandi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal lukandi ġodda, extensions u upgrading ta' lukandi eżistenti? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm kull kategorija mistennija li jkollhom sodod?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba għall-ewwel parti ta' din il-Mistoqsija diġa' ngħatat f'Seduta 54 tal-21 ta' Jannar, 1999. Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li, skond il-proposti li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandha quddiemha, in-numru ta' sodod f'lukandi ġodda hu 2,588 u dawk f'estensjonijiet għall-lukandi eżistenti hu 1,490. Peress illi 2 mill-41 applikazzjoni li hemm pendenti quddiem l-Awtorita', huma outline, għad mhux possibli li jingħata tagħrif dwarhom. 24.02.99

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Computer scanners

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandu computer scanners kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (MARCO, GUIDO DE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji li setgħu jinġabru dwar in-numru ta' scanners li għandu l-Ministeru.
Leg 9 PQ #3573 Sitting 68 1999-02-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Computer scanners

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandu computer scanners kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment, b'dipartiment? Jista'l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #3574 Sitting 68 1999-02-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Fax machines

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu fax machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment, b'dipartiment? Jista'l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħid il-validita' ta' dan it-tip ta' mistoqsija. Japprezza li tinvolvi xogħol estensiv u ħin twil, lid-Dipartiment jista' juża b'mod ferm aħjar.
Leg 9 PQ #3575 Sitting 68 1999-02-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Fax machines

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha fax machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tagħha dipartiment b'dipartiment? Tista' l-Ministru tgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex għandu b'kollox 56 fax machines. 5 minnhom jinsabu fis-Segretarjat Privat, 7 fid-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi, 36 fid-Dipartiment tal-Customer Services u 8 fid-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp. L-informazzjoni dwarhom hija kif tidher fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'din is-Seduta.

Ministeru tal-Biedja u Sajd — Fax machines

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu fax machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fax machines li għandhom id-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd huma dawn: Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi Ditta Meta nxtraw Prezz Canon 1990 Lm635 Lanier 1997 Lm595 Dipartiment ta' l-Agrikoltura Ditta Meta nxtraw Prezz Olivetti OFX 200 1995 Lm264 Samsung SF 505 1994 Lm240 Samsung 1989 Lm200 Xerox 7220 1992 Lm241 Xerox 7235 1996 Lm241 Ricoh Fax 09 1992 Lm400 British Telecom BT-DF50 1996 Lm160 Xerox 7235 1995 Lm156 Muratec M800 1997 Lm155 Fenner FF1 1996 Lm161 Ricoh Fax 110 1998 Lm145 Muratec M800 1998 Lm155 Ricoh Fax 110 1997 Lm160 Xerox 7235 1996 Lm178 Triumph Adler FX505 1996 Lm129 Ricoh Fax RF02 1997 Lm295 Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura Ditta Meta nxtraw Prezz Cannon 1995 Lm90 Ricoh 1996 Lm126 Ricoh 1997 Lm126.50 Dipartiment tas-Servizzi Veterinarju Ditta Meta nxtraw Prezz Cannon 350 1991 Lm546 Permanent Secretariat Ditta Meta nxtraw Prezz Olivetti 3200 1996 Lm395 Segretarjat Ditta Meta nxtraw Prezz Lanier 4110 1997 Lm595 Sanyo SFX115 1998 Lm138
Leg 9 PQ #3577 Sitting 68 1999-02-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Fax machines

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu fax machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment? Jista' jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 24.02.99

Skejjel — Skejjel sekondarji - Russu

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-kamra dwar kemm hemm u kien hemm studenti u għalliema jitgħallmu u jgħallmu l-lingwa Russa fl-iskejjel sekondarji tal-gvern fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskejjel Sekondarji tal-Gvern fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 in-numru ta' studenti u għalliema jitgħallmu u jgħallmu l-lingwa Russa hu kif se nsemmi: Sena Skolastika Nru ta' Għalliema Nru ta' Studenti 1994/5 1 4 1995/6 1 6 1996/7 1 10 1997/8 1 7 1998/9 - - Fil-fatt ma jien xejn sodisfatt li qed nagħmlu dak kollu li nistgħu biex pajjiżna jassigura grupp regolari ta' persuni li huma kompetenti f'din il-lingwa. Beħsiebni niddiskuti mad-Diviżjoni u l-Istitut Kulturali Russu x'miżuri nistgħu nadattaw għal titjib f'dan ir-rigward. Fid-dinja tal-lum mhux biss hu importanti fih innifsu talli hemm opportunitajiet tajbin għal min jipposedi din il-lingwa.

Skejjel — Għalliema nisa

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm preżentement għalliema nisa fl-iskejjel primarji u sekondarji li qegħdin fl-aħħar ħames snin ta' servizz tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħal issa hemm 90 għalliema nisa fl-iskejjel ta' l-Istat li qegħdin fl-aħħar ħames snin tas-servizz tagħhom.

Skejjel — Għalliema rġiel

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm preżentement għalliema rġiel fl-iskejjel primarji u sekonarji li qegħdin fl-aħħar ħames snin ta' servizz tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa hemm 39 għalliema rġiel fl-iskejjel ta'l-Istat li qegħdin fl-aħħar ħames snin tas-servizz tagħhom.

Skejjel — Xgħajra - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema fażi waslu x-xogħlijiet ta' estensjoni ta' l-iskola primarja tax-Xgħajra?

Response (GALEA, LOUIS)

Inforamt li x-xogħlijiet strutturali fuq l-estensjoni ta' l-iskola primarja tax-Xgħajra huma prattikament lesti u ngħata bidu għal xogħlijiet ta' servizzi mekkaniċi u elettriċi kif ukoll ta' finatura li hu antiċipat li jkunu lesti lejn Ġunju ta' din is-sena. Wara jibdew xogħlijiet ta' tiġdid fl-iskola eżistenti.
Leg 9 PQ #4330 Sitting 68 1999-02-24 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Kalkara — Imħażen

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'idejn min qegħdin l-imħażen li nbnew fl-aħħar żmenijiet tal-Kavallieri f'Malta ġewwa l-Bajja ta' Rinella, Kalkara, u jistax sussegwentement iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li minn stħarriġ li sar mill-Estate Management Department ma jirriżultax li fil-Bajja tar-Rinella, l-Kalkara, hemm imħażen li nbnew fiż-żmien imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Mir-records tad-Dipartiment u minn informazzjoni li nġabret mill-Kunsill Lokali, ma jidhirx li hemm xi mħażen fil-Bajja ta' Rinella, ħlief għal dak li nbena fi żmien l-Ingliżi u li kien magħruf bħala Ammunition Depot. Dan jinsab mikri lis-Sea Cadets Corps għal Lm25 fis-sena. 24.02.99
Leg 9 PQ #4331 Sitting 68 1999-02-24 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Reklamar

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ingħataw permessi għar-reklami għall-mediċinali fil-mezzi tax-xandir jew fil-gazzetti lokali mid-Dipartiment tas-Saħħa tul is-snin 1994, 1995, 1996, 1997, 1998 u sa Jannar 1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' permessi għar-riklami għall-mediċinali fil-mezzi tax-xandir jew fil-gazzetti lokali mid-Dipartiment tas-Saħħa huwa kif gej: SENA PERMESSI ------------------------------------- 1994 9 1995 13 1996 20 1997 24 1998 33 Jannar 1999 4
Leg 9 PQ #4383 Sitting 68 1999-02-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-proġett ta' l-introduzzjoni ta' l-Internet f'għadd ta' skejjel f'Malta u f'Għawdex? Meta se jasal l-Internet fl-iskejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-proġett ta' l-introduzzjoni ta' l-internet fl-iskejjel ta' Malta u Għawdex, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni flimkien mal-Maltacom PLC, Terranet Ltd u l-M.I.T.T.S qed jaħdmu f'kollaborazzjoni flimkien biex dan iseħħ fl-iqsar żmien possibli. Kien hemm xi problemi tekniċi li issa ġew superati u għalhekk huwa maħsub li fi ftit ġimgħat oħra s-servizz ta' l-internet ikun fil-ħamsa u għoxrin (25) skola magħżula.

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pensjonanta li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għadha ma ħaditx iż-żieda ta' l-għoli tal-ħajja għall-1998 u lanqas ingħatat l-arretrati li kienu dovuti lil żewġha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ser tiġi nfurmata dwar il-pensjoni tagħha u ż-żidiet dovuti lilha. 24.2.99

Ċentru ta' Ħal Far — Persuni b'diżabilita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilita' li jmorru fiċ-Ċentru ta' Ħal Far? Kemm hemm vetturi biex iwassluhom? Fi x'ħin dawn il-vetturi suppost li jiġbru lil dawn il-persuni? Fi x'ħin fil-fatt qed jiġbruhom? Għaliex persuna miż-Żurrieq li suppost tinġabar għall-ħabta tat-8.00 a.m. qed imorru għaliha għall-ħabta tad-9.00 a.m. u din il-persuna ddum ħafna tistenna l-vettura fil-kesħa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni b'diżabilita' li jattendu ċ-Ċentru ta' Ħal-Far huwa 82. Dawn qed iwassluhom 8 vannijiet provduti mill-Koperattiva tal-'Minibuses': dawk li huma 'wheel-chair users' qed jiġu mwassla minn 2 'tail-lift vans'. Il-vannijiet jibdew jiġbru lit-tfal fit-8.00 ta' filgħodu, iżda żgur li jkun hemm dewmien fil-ġbir tal-persuni b'diżabilita' minn dar għall-oħra. Jiena nfurmat li l-'van' li jiġbor il-persuni b'diżabbilita' miż-Żurrieq jaslu fiċ-Ċentru ta' Ħal-Far bejn it-8.45am u d-9.00am. Il-persuni b'diżabbilita', inklużi dawk taż-Żurrieq, jinġabru kollha minn quddiem il-bieb tagħhom u għalhekk ħadd ma huwa mitlub li jistenna barra fil-kesħa. 24.2.99
Leg 9 PQ #4386 Sitting 68 1999-02-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ Vokazzjonali Post-Sekondarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal it-tfassil tal-Kulleġġ Vokazzjonali post-sekondarju? Min qed jieħu sehem fit-tfassil? Min ġie kkonsultat s'issa? Meta hu maħsub li jkun hemm l-ewwel abbozz ta' proposti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tfassil tal-Kulleġġ Vokazzjonali post sekondarju qed jiġi mħejji minn 'Steering Committee' li twaqqaf għal dan l-iskop fit-3 ta' Diċembru 1998. L-'iSteering Committee' huwa kompost hekk: Chairperson Onor Jesmond Mugliett Segretarju Parlamentari Membri Ms Joyce Pullicino Direttur, Studji Ogħla u Edukazzjoni għall-Adulti Rev Prof Peter Konsulent tal-Gvern Serracino Inglott Dr Joe Micallef Kap-Dipartiment Inġinerija Mikroelettronika, Universita' ta' Malta Dr Edward Warrington Lecturer, Dipartiment Public Policy, Universita' ta' Malta Mr Franco Valletta Konsulent, Riżorsi Umani, Mr Stephen Eric Uffiċjal Edukattiv, Studji Cordina Ogħla u Edukazzjoni għall- Adulti Ms Antoinette Caruana Manager, Riżorsi Umani, Playmobil Co. Ltd Dr Paul Heywood Kap, Malta Equivalence Information Centre Mr Alan Caruana Konsulent, Pricewaterhouse Coopers Mr Robert Laurenti Kap Eżekuttiv, Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ L-'iSteering Committee' qed jiġi mgħejjun minn dawn il-ħames 'Working Groups': 1. Kurrikulu, Oqsma ta' Studji, Kwalifikazzjonijiet u Ċertifikati Dr Paul Heywood Rev Prof Saviour Chircop Ms Mary Vella Mr Charles Galea Scannura Dr Ronald Sultana Ing. Carmel J Azzopardi Mr George Chase Ing. Mario Cassar Mr John Jones Mr Paul Galea Mr Robert Laurenti 2. Amministrazzjoni, Riżorsi Umani u Finanzi Ms Joyce Pullicino Mr Joseph Galea Mr Joe Sammut Ms Yvonne Pulis Mr Anthony Gellel Mr Kevin Sciberras Dr Edward Warrington Mr Alfred Buttiġieġ 3. Konsultazzjoni ma' l-Istudenti, l-Industrija u l-Kummerċ Mr Charles Galea Scannura Mr Lino Zahra Mr Kevin Sciverras Mr Felix Grech Mr Sandro Spiteri Ms Antoinette Caruana Mr Stephen Debono Mr John Fernandez 4. Kostruzzjoni, Infrastruttura u Faċilitajiet Il-Perit Joe Falzon Il-Perit Joe Spiteri Mr Paul Attard Mr Joe Bonniċi 5. Struttura Rev Prof Peter Serracino Inglott Dr Paul Heywood Mr Stephen Cordina S'issa saret laqgħa ma' l-għalliema ta' l-Istitut Tekniku Mikielanġ Sapiano, iċ-Ċentru għat-Taħriġ fl-Elettronika Fellenberg u l-Liċeo Superjuri Paolino Vassallo. L-ewwel abbozz ta' proposti mistenni li jkun lest lejn it-tmiem tas-sena skolastika.
Leg 9 PQ #4387 Sitting 68 1999-02-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Ftehim

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3886, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet tiswa lill-gvern kieku fil-ftehim tas-Servizz Ċivili ffirmat fl-1998 daħħal ukoll lill-pensjonanti tas-Servizz li rtiraw qabel l-1996?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-Onor Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija lill- Ministru konċernat.