Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #4962 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Monument ta' Dun Mikiel Xerri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa l-Ministru dwar il-proposta magħmula f'dan il-Parlament sabiex jiġi re-sited il-Monument ta' Dun Mikiel Xerri għal Misraħ San Ġorġ il-Belt Valletta? Min huma l-entitajiet li l-Ministru qiegħed jitlob il-parir tagħhom dwar din il-proposta? Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex mogħti time limit għall-kummenti li ntalbu? Il-Ministru rċeiva xi rakkomandazzjonijiet favorevoli apparti l-proposta oriġinali?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed nieħu interess fil-proposta permezz tad-Dipartiment tal-Mużewijiet li ġie avviċinat riċentement biex jitkellem ma' awtoritajiet oħra konċernati dwar il-proposta. Inkun f'qagħda nirrelata fid-dettal aktar tard.
Leg 9 PQ #4963 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Ta' Qali — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol tal-ħaddiema mid-Dipartiment ta' l-Ambjent li qegħdin jaħdmu f'Ta' Qali? Kemm hemm ħaddiema fuq dan il-post? Għaliex hemm dak l-abbandun ta' nuqqas ta' manteniment? Jista' l-Ministru jordna li kull ħaddiem jagħmel id-doveri tiegħu f'dan il-post tant frekwentat mill-pubbliku f'dawn ix-xhur tas-sena?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ammont ta' ħaddiema fil-Park Nazzjonali Ta' Qali huwa ta' 45. Dawn jinkludu 12-il ħaddiem li jaħdmu b'makkinarju agrikolu u 6 ħaddiema jnaddfu l-parti l-kbira ta' Ta' Qali. Hemm ukoll 2 Storekeepers, 4 Toilet Attendants, 16-il Għassies li jaħdmu bix-xift, kif ukoll ħaddiema oħra li jieħdu ħsieb l-Amministrazzjoni tal-Park. Il-problemi smemmija mill-Onor. Interpellant fit-tielet u r-raba' parti tad-domanda qed ikunu investigati mid-Dipartiment konċernat.
Leg 9 PQ #4964 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jibda jirċievi l-pensjoni li hu suppost dovut?

Response (DALLI, JOHN)

Billi din mhix materjata` natura nazzjonali, darba l-Onorevoli Interpellant ikollu awtorizazzjoni mill-persuna konċernata, l-informazzjoni mitluba ngħaddihielu privatament.
Leg 9 PQ #4968 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta/Maltacom — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn konsumaturi li nqatgħalhom id-dawl u l-ilma għax ma ħallsux il-kont, sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin u għall-perjodu mill-5 ta' Settembru sal-lum? Kemm minn dawn kienu individwi u kemm kienu kumpanniji? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn konsumaturi li nqatgħalhom is-servizz tat-telefon għax ma ħallsux il-kont? Kemm minn dawn kienu individwi u kemm kienu kumpanniji?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #4969 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Indiċi tal-prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi konkreti se jittieħdu biex il-prezzijiet li għolew mingħajr ġustifikazzjoni jerġgħu għal dak li kienu qabel?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jekk jirriżulta li prezz ta' prodott għola mingħajr ġustifikazzjoni, il-bejjiegħ li jkun għolla l-prezz jiġi ordnat iraħħas il-prezz għal dak ġust. Jekk, wara li ssir 'follow-up inspection', jinstab li l-bejjiegħ baqa' jippersisti fl-abbuż, dan jiġi mħarrek skond il-liġi.
Leg 9 PQ #4970 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Self-employed

Question

Jista' l-Ministru jgħidilna f'liema okkażjonijiet is-Segretarju Parlamentari għas-self employed uża l-politika ta' persważjoni biex jikkonvinċi xi importaturi jew bejjiegħa biex iraħħsu l-prezzijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nassumi li meta l-Onorevoli Interpellant għamel il-mistoqsija kellu f'moħħu l-laqgħat li saru għal dawk li jaħdmu għal rashom dwar it-tħaddim tas-sistema tal-VAT u li fiha ħa sehem wieħed mis-Segretarji Parlamentari fil-Ministeru tiegħi. Is-Segretarju Parlamentari ħa sehem f'dawn il-laqgħat li fihom ġie spjegat lil dawk li jaħdmu għal rashom dak kollu relatat mas-sistema tal-VAT inkluż roħs fil-prezzijiet fejn applikabbli.Eżempju ċar ta' dan kien ir-roħs li sar fil-prezz ta' ċertu mediċini.
Leg 9 PQ #4971 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Indiċi tal-prezzijiet — Inspectors

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-job description ġdid ta' l-inspectors/instructors li qed joħorġu fil-ħwienet biex jissorveljaw ċaqliq fil-prezzijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Għal dawn l-aħħar snin l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta kellu numru ta' skrivani li jimmonitorjaw il-prezzijiet fis-suq ta' prodotti li huma kkunsidrati bħala market leaders. Dawn l-iskrivani ma ngħataw l-ebda job description ġdid.
Leg 9 PQ #4972 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Indiċi tal-prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif il-politika hekk imsejħa ta' persważjoni se tipproteġi lill-konsumatur minn dawk li huma responsabbli għall-għoti ta' ċerti prezzijiet bla rażan?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-mekkaniżmu li għandu l-Gvern għad-dispożizzjoni tiegħu biex jipproteġi l-konsumatur minn għoli bla ġustifikazzjoni tal-prezzijiet, huwa l-istess li kellha l-amministrazzjoni Laburista. Hija prerogattiva tal-Gvern preżenti li jkompli jeduka lil kulħadd f'dan il-qasam. Naħseb li t-tattika tal-persważjoni hija l-aħjar għodda f'dan ir-rigward.
Leg 9 PQ #4975 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Triq Ħal Luqa - Crash barrier

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir crash barrier mal-gandott li hemm mal-ġenb ta' Triq Ħal Luqa, Qormi qrib l-Għammieri?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

MIA — Managers

Question

Jista' l-Ministru jgħid: (1) Kemm hemm managers illum mal-MIA? (2) Kemm kien hemm managers fl-MIA fit-30 ta' April, 1998? (3) Dawk li kienu managers fit-30 ta' April 1998, f'liema dati u f'liema gradi bdew jaħdmu mal-MIA? (4) Dawk li huma managers illum, f'liema dati u f'liema gradi bdew jaħdmu mal-MIA? (5) Meta saru managers dawk li llum huma f'dan il-grad?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-management team tal-Malta International Airport plc hu magħmul minn diversi gradi u mhux minn managers biss. 1. Ma' l-MIA illum hemm għaxar (10) Managers. 2. Fit-30 ta' April 1998 ma' l-MIA kien hemm ħames (5) Managers. 3. Il-ħames Managers li kien hemm ma' l-MIA fit-30 ta' April 1998 bdew jaħdmu ma' l-MIA fid-dati u fil-gradi li jidhru hawn taħt: i. Persuna 'A' beda ma' l-MIA fl-4 ta' Jannar 1994 fil-grad ta' Manager. ii. Persuna 'B' beda ma' l-MIA fl-1 ta' Ottubru 1991 fil-grad ta' Manager. iii. Persuna 'C' beda ma' l-MIA fil-15 ta' Ġunju 1991 fil-grad ta' Manager. iv. Persuna 'D' beda ma' l-MIA fil-15 ta' Ġunju 1991 fil-grad ta' Manager. v. Persuna 'E' beda ma' l-MIA fit-18 ta' Mejju 1992 fil-grad ta' Executive. 4. L-għaxar Managers li hemm illum ma' l-MIA bdew jaħdmu ma' l-MIA fid- dati u fil-gradi li jidhru hawn taħt: i. Persuna 'A' beda ma' l-MIA fl-4 ta' Jannar 1994 fil-grad ta' Manager. ii. Persuna 'B' beda ma' l-MIA fl-1 ta' Ottubru 1991 fil-grad ta' Manager. iii. Persuna 'C' beda ma' l-MIA fil-15 ta' Ġunju 1991 fil-grad ta' Manager. iv. Persuna 'D' beda ma' l-MIA fil-15 ta' Ġunju 1991 fil-grad ta' Manager. v. Persuna 'E' beda ma' l-MIA fit-18 ta' Mejju 1992 fil-grad ta' Executive. vi. Persuna 'F' ġie ma' l-MIA fl-1 ta' Mejju 1998 bħala Konsulent vii. Persuna 'G' ġie ma' l-MIA fl-1 ta' Jannar 1992 bħala Executive. viii. Persuna 'H' beda ma' l-MIA fl-1 ta' Ottubru 1991 bħala Executive. ix. Persuna 'I' ġie ma' l-MIA fl-1 ta' Mejju 1998 bħala SATCO. x. Persuna 'J' ġie ma' l-MIA fl-1 ta' Mejju 1998 bħala Maġġur. 5. i. Persuna 'A' fl-4 ta' Jannar 1994. ii. Persuna 'B' fl-1 ta' Ottubru 1991. iii. Persuna 'C' fil-15 ta' Ġunju 1991. iv. Persuna 'D' fil-15 ta' Ġunju 1991. v. Persuna 'E' fis-6 ta' Lulju 1995. vi. Persuna 'F' b'effett mill-1 ta' Lulju 1998. vii. Persuna 'G' b'effett mill-1 ta' Lulju 1998. viii. Persuna 'H' b'effett mill-1 ta' Lulju 1998. ix. Persuna 'I' fl-4 ta' Diċembru 1998. x. Persuna 'J' fl-4 ta' Diċembru 1998.
Leg 9 PQ #4977 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ċittadinanza

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna, li l-isem u n-numru ta' l-ID Card tagħha qed jintbagħtu separatament, għandhiex ċittadinanza Maltija? Jekk le, huwa possibbli li tgħid x'ċittadinanza għandha?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Membru hija ċittadin ta' Malta. 01.03.99

Ħal Luqa — Bus shelter

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il-bus shelter f'Ħal Farruġ, Luqa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-post fejn hemm il-`bus stage` msemmi mill-Onor. Interpellant ma jistax isir `bus shelter`. Infurmat ukoll li diffiċli jinstab post alternattiv għal dan il-`bus stage`.

Ħal Luqa — Ta' Dokkina - Servizz ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Water Services Corporation se tagħti servizzi permanenti ta' l-ilma lir-residenti ta' Dokkina, Ħal Luqa peress li dawn ilhom xhur sħaħ b'servizz temporanju?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korproazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għadha kemm installat main ġdid fl-inħawi ta' Dokkina f'Ħal-Luqa. Il-main temporanju kien sar sakemm jitqiegħed il-main il-ġdid biex il-provvista ta' l-ilma ma tkunx interrotta. Issa l-Korporazzjoni ser tibda tibdel is-servizzi ta' l-ilma mill-main il-ġdid sal-meters ta' l-ilma fid-djar tar-residenti.
Leg 9 PQ #4980 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Valletta — Misraħ San Ġorġ - Tinda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żvilupp pożittiv dwar it-tneħħija tat-tinda proviżorja li tqegħdet f'naħa waħda ta' Misraħ San Ġorġ, il-Belt Valletta? X'riżultati kien hemm mal-VRP fil-mistoqsija parlamentari numru 2053 tat-30.11.98?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li twaqqaf Kumitat mill-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta li għalih ġew mistiedna jibagħtu rappreżentant mill-Kunsill Lokali Valletta, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u mit-Taqsima tax-Xogħlijiet biex tkun studjata din il-problema.
Leg 9 PQ #4991 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Petrol stations

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' petrol stations f'Malta u Għawdex separatament? Hemm xi intenzjoni li jiftħu oħrajn ġodda? Jekk fl-affermattiv, f'liema lokalitajiet huwa maħsub li jiftħu? Mill-petrol stations eżistenti, jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom għandhom ATM's?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #4992 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kaċċa/insib — Regolamenti

Question

Fid-dawl tal-wegħda li kien għamel il-Partit Nazzjonalista lill-kaċċaturi qabel l-elezzjoni li għaddiet li se jħalli r-regolamenti dwar il-kaċċa u l-insib kif ġew modifikati b'għaqal minn Gvern Laburista u m'hu se jsir xejn illi jagħmel is-sitwazzjoni ta' dawn it-talin agħar; u fid-dawl ta' l-avis aġġornat li għadu kif ġie ppubblikat li jitlob "sine qua non" li dawn ir-regolamenti jridu jinbidlu mill-Gvern preżenti jekk irid jipproċedi għal sħubija sħiħa ma' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Prim Ministru jgħid kif il-gvern tiegħu beħsiebu jipproċedi 'il quddiem mingħajr ma jmur lura mill-wegħda lill-kaċċaturi/nassaba jew it-triq ta' sħubija sħiħa fl-UE?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-kwistjoni tal-kaċċa u l-insib f'Malta għad trid tiġi diskussa u negozjata ma l-Unjoni Ewropea fil-kontest ta' dak li hemm fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista. F'dan ir-rigward, il-Gvern ser jinvolvi, kif wiegħed, lir-rappreżentanti tal-kaċċaturi u nassaba fil- proċess tas-sħubija, sabiex b'hekk l-interessi tagħhom jiġu salvagwardjati bl-aħjar mod possibli waqt in-negozjati għas- sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea li għad iridu jibdew.
Leg 9 PQ #4995 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' mediċini/farmaċewtiċi li kienu out of stock u li huma out of stock bħalissa, li huma pprovduti mis-servizzi farmaċewtiċi governattivi? Jista' l-Ministru jikkonferma li bħalissa hemm "serevent" inhaler ma' dawn? X'inhi r-raġuni għal dan in-nuqqas u kemm ilha out of stock kull mediċinali rispettiva?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-mediċini li kienu 'out of stock' fil-25 ta' Frar 1999 fl-ispiżeriji tal-Gvern kienu: 1. mediċini li ġew ikkunsidrati mid-Drug and Therapeutics Committee(DTC) biex jinqatgħu mill-Formularju imma li jridu jinżammu għal każijiet partikulari u li issa qed jerġgħu jinxtraw: Stilboestrol 1mg tablets Nitrofurantoin syrup 2. mediċini li s-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern għandhom problema biex jixtruhom: MEDICINA DATA MINN META WAQA' OUT OF STOCK ------------------------------------------------- Gluten free flavoured biscuits 16-02-1999 Hyoscine butylbromide tablets 12-02-1999 Prothionamide tablets 01-01-1999 Methylergometrine 01-08-1998 Gluten free bread 24-01-1999 3. mediċini li għalkemm ma jinstabux fl-imħażen tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern ikun fadal stokk minnhom fl-ispiżeriji tal-Gvern. White soft paraffin Methylsalicylic acid ointment Ephedrine 1% nasal drops Isopropyl alcohol 70% - batch product recall Fil-każ ta' 'Serevent Inhaler', stocks ta' din il-mediċina huma available fis-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern.

Fgura — Triq San Ġwann

Question

Jista' l-Ministru jara li titranġa kemm jista' jkun malajr Triq San Ġwann kantuniera ma' Triq Louis Schikluna, l-Fgura li tinsab sfrundata kawża ta' katusa tad-drenaġġ li kienet sfrundat u li għalkemm tbidlet, it-triq baqgħet fl-istess stat għal madwar sena u nofs?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant diġa sar, minn min hu responsabbli għal dan ix-xogħol (il-Kunsill).
Leg 9 PQ #4998 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Armi tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu armi tan-nar il-Korp tal-Pulizija f'pajjiżna? X'ditta u tip ta' arma huma?

Response (BORG, TONIO)

Minħabba raġunijiet ta' sigurta', ma nħossx li l-informazzjoni mitluba għandha tkun magħmula pubblika. 01.03.99
Leg 9 PQ #4999 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Armi tan-nar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandha l-Forzi Armati ta' Malta: a) armi tan-nar (x'tip u ditta huma); 2) artillerija (u x'tip); u 3) vetturi (u x'tip u sena ta' manifattura)?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma jidhirlix li l-informazzjoni mitluba għandha tingħata. Jekk l-Onor membru irid xi informazzjoni ta' interess partikulari għalih nitolbu jitlob l-informazzjoni kunfidenzjalment.