Jista' l-Ministru jgħid kemm inġiebu kantanti barranin għall-konkors Kanzunetta għall-Ewropa li saret fl-aħħar jiem? Min kienu? Kemm kienet in-nefqa totali f'kull każ? Saru kwotazzjonijiet qabel intgħażlu dawn il-kantanti barranin? Apparti l-kantanti, kien hemm min kien qed jakkumpanjahom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li, l-kantanti kienu Gwen Dickey u Paola Turci. In-nefqa totali kienet ta' Lm1500 għal Gwen Dickey u Lm3000 għal Paola Turci u dawn l-ammonti jinkludu l-ispejjeż tal-vjaġġi bl-ajru, l-akkomodazzjoni kif ukoll trasport. Informat ukoll li l-Kumitat Organizattiv kellu diversi kwotazzjonijiet qabel ma ntgħażlu dawn il-kantanti.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-award speċjali li ngħatat il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, mill-WHO waqt il-konferenza tal-WHO (Europe) f'Settembru, 1998?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-persuna msemmija mill-Onor. Interpellant ingħatat 'Award' speċjali mid-Direttur Reġjonali, Dr. Jo E. Asvall bħala rikonoxximent għat-28 sena ta' servizz dedikat li huwa ta lil WHO bħala parti mid-delegazzjonijiet ta' Malta u tar-Renju Unit.
Jista' l-Ministru jgħid min ħallas għall-passaġġ ta' l-ajru tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, bejn l-Ingilterra u Malta u lura biex seta' jakkumpanja lid-delegazzjoni ministerjali li attendiet għall-konferenza tal-WHO (Europe) f'Settembru 1998?
Jekk kien il-Gvern Malti, taħt liema vot sar il-ħlas?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma r-regoli taċ-Ċivil rigward membri ta' l-istess familja li jaħdmu fl-istess post tax-xogħol f'xi dipartiment jew segretarjat?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat li ma teżisti l-ebda policy tal-Gvern u l-
Estacode ma jgħid xejn dwar is-suġġett imsemmi mill-Onor
Interpellant.
Jista' l-Ministru jagħtini l-ammont ta' bejgħ (sales) mit-Tax Free Shops tal-MIA għas-sena 1997, 1998 u għax-xahar ta' Jannar, 1999?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ammont ta' bejgħ mit-Tax Free Shop tal-MIA għas-sena 1997 kien ta' Lm9,021,193; għas-sena 1998 kien ta' Lm10,038,095 u matul Jannar 1999 kien ta' Lm535,162.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għaddiet garaxxijiet l-Awtorita' tad-Djar lid-Dipartiment ta' l-Art minn dawk li l-istess awtorita' bniet fi Triq Ġanni Bonnici/Triq is-Siġġiewi, f'Ħaż-Żebbuġ? Kemm ġew mikrija lill-okkupanti tal-flats?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar ma għaddiet l-ebda garaxx lid-Dipartiment tal-Art. F'dan il-proġett kien hemm 24-il garaxx li għoxrin minnhom ġew abbinati u allokati mall-appartamenti, wieħed qed jintuża bħala 'substation' u tlieta inħarġu jew ser jinħarġu għall-bejgħ b'offerti.
1.3.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jkompli l-proċess mibdi minn Gvern Laburista ta' l-1996 sabiex dawk il-pensjonanti tas-Servizzi Ingliżi jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-miżura dwar il-pensjonijiet? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla dan il-proċess?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru għall-Politika Soċjali.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex l-iskola Salvatore Dimech ta' Tarġa Gap, fil-Mosta għadha bla teacher tal-computer graphics għall-istudenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba għadha ma waslitlix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bl-eżitu li kien hemm mill-investigazzjoni li saret mill-pulizija dwar ittra li ntbagħtet mill-ex-President u ex-Segretarju tal-MUBE dwar Direttur u ex-Direttur tal-Mid-Med Bank plc u jista' l-Ministru jpoġġi r-risposta/rapport tal-pulizija fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fuq parir mill-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali, mill-investigazzjonijiet li għamlet il-Pulizija, ma jirriżultax li hemm lok għall-proċeduri kriminali. Għalhekk ma jidhirlix li għandi nagħmel pubbliku l-ismijiet tal-persuni nvoluti.
01.03.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet għand il-Planning Authority mill-1 ta' Jannar, 1998 sal-lum maqsum xahar b'xahar kif ukoll klassifikati bħala proġetti kbar, xogħol żgħir u alterazzjonijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant, imqassam skond il-kategoriji kif miżmuma mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
01.03.99
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-permessi kollha li ħarġu mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar minn kemm ilha mwaqqfa (klassifikati perit b'perit)?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub jinvolvi eluf kbar t'applikazzjonijiet u ma narax l-utilita' li tingħata din l-informazzjoni. Jekk l-Onorevoli Interpellant irid xi informazzjoni partikolari jista' jew jagħmel mistoqsija bil-miktub jew jinformani b'xi mod ieħor.
01.03.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il enforcement notice ħarġet mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u ma ġietx imwettqa, minn mindu ilha mwaqqfa l-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Jista' l-Ministru jindika l-post ukoll ta' fejn ħareġ l-enforcement?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-parking li hemm f'St Francis Ravelin, fil-Furjana huwiex adekwat biex jilqa' n-nies li jżuru l-Planning Authority u r-Radju Mediterran?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li skond l-opinjoni tal-Awtorita' ta' l-Ippjanar, fil-kumpless tal-bini ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hemm biżżejjed postijiet ta' parkeġġ biex jissodisfa dak li hu meħtieġ għall-ammont ta' uffiċini, skond kif normalment titlob l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Sadanittant lill-Ministeru jaslulu diversi ilmenti li l-pubbliku ma jsibx fejn jipparkja. Għaldaqstant il-Ministeru talab lill-Bord ta' l-Awtorita' jistudja l-possibilita' li jaddotta s-sistema ta' 'park & ride system' fejn numru ta' ħaddiema li ma jużawx il-vettura tagħhom waqt il-ħin tax-xogħol, ikunu offruti spazju ta' parkeġġ f'car park fl-inħawi u minn hemm jitwasslu lejn il-post tax-xogħol u lura. Jekk din il-proposta tkun viabbli wieħed jifhem li jiġu vakati numru ta' spazji ta' reserved parking għall-pubbliku li jżur l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Sadanittant nemmen li bis-servizzi ta' informazzjoni li ġew implimentati f'dawn l-aħħar ġimgħat u dawk li qed naħsbu li ndaħħlu fil-futur ser inaqqsu l-ħtieġa li l-pubbliku jkollu għalfejn imur fiżikament f'dawn l-uffiċini.
01.03.99
B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 4474, jista' l-Ministru jgħid fejn fir-risposta hemm imsemmi s-sit tad-Deutsche Welle, f'Delimara?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ir-risposta għad-domanda 4474, kienet tikkomprendi parti mill-kuntratt li ġie iffirmat bejn il-Gvern u s-sid tal-Propjeta' "L-Għarix" u f'liema kuntratt hemm indikat ċar u tond li:
u li "fil-każ illi l-permessi tal-bini ma jkunux approvati u/jew ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni ma jsirux u/jew ma jiġux kompletati fi żmien sena minn meta jiġu approvati l-permessi, il-Gvern jaċċetta u jobbliga ruħu, li jassenja lill-familja Mintoff jew akkomodazzjoni alternattiva aċċettabbli mill-istess familja Mintoff fid-diskrezzjoni esklussiva tagħha jew, alternattivament, li jħallas lill-istess familja Mintoff dik is-somma li tiġi talvolta maqbula bejn il-Gvern u l-familja Mintoff.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ġenituri qed jiġu ċċarġjati 15% VAT fuq it-trasport għall-iskejjel meta suppost li m'hemmx VAT fuq l-edukazzjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bl-Att ta` l-1998 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, trasport għal skola huwa eżenti bil-kreditu u għaldaqstant m`hemmx VAT fuqu kemm-il darba:
i. ikun provvist minn stabbiliment edukattiv;
ii. ikun provvist lil xi stabbiliment edukattiv bil-għan li jiġi provdut
minnu bħala trasport għal skola;
iii. ikun organizzat jew provvist minn uffiċċju ċentrali.
Id-dipartiment tal-VAT lest li jieħu passi kontra dawk il-persuni li b`xi mod jinstabu li jkunu qed jiksru l-liġi.