Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #3253 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq it-Tamal - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa ma' Dar Nazareth fi Triq it-Tamal f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3254 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq is-Sorijiet - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Ġdida fi Triq is-Sorijiet f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3255 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq Randon - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Randon f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Fax machines

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu fax machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartmenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ministeru tat-Trasport u Komunikazzjoni — Fax machines

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu fax machines kemm fil-Ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #3580 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Fax machines

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu fax machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartmenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija numru 3567.
Leg 9 PQ #3581 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Fax machines

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu fax machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartmenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment? Jista' jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tiegħi hemm 65 fax machine, kif ġej: DIPARTIMENT DITTA NO. META KEMM NXTRAW SWEW -------------------------------------------- -------------------- Storm Water Sys. Unit Rikom 1 N/A N/A Human Resources Canon 1 1993 N/A Districts Dept. Harms 1 N/A N/A Districts Dept. Daewoo 4 1994 Lm 796. Districts Dept. Daewoo 4 1995 Lm 876. Districts Dept. Daewoo 4 1998 Lm 596. Districts Dept. Panasonic 4 1994 Lm 796. Waste Management Olivetti 4 N/A Lm 956. Waste Management RX7210 2 N/A Lm 520. Waste Management Panasonic 1 N/A Lm 569. Waste Management Canon 2 N/A Lm 350. Building & Engineering Mita 3 1997 Lm 689. Building & Engineering Aca 1 1997 Lm 689. Revenue Section Sharp 1 1995 Lm 165. Constr. & Maintenance Canon 1 N/A N/A Constr. & Maintenance Ricoh 1 N/A N/A Door Numbering Canon 1 1998 Lm 126. Director General Lanier 1 1997 Lm 884. Maint. of Road Infras. Canon 1 1998 Lm 250. Marine Canon 1 1998 Lm 399. Wages Ricoh 1 1994 Lm 295. Salaries Canon 1 1998 Lm 199. Drainage Brother 6 1995 Lm1032. Contracts & Procurement Brother 1 1995 Lm 280. Contracts & Procurement Lanier 1 1990 Lm 300. Ministeru għall-Ambjent Lanier-500 1 1995 Lm 290. Ministeru għall-Ambjent Samsung-FS600 1 1997 Lm 165. Ministeru għall-Ambjent Sharp FO-1460 1 1998 Lm 195. Ministeru għall-Ambjent Sharp FO-235 1 1992 Lm 170. Ministeru għall-Ambjent Sharp UX81 1 1998 Lm 150. Ministeru għall-Ambjent Lanier 4100 1 1994 Lm 725. Ministeru għall-Ambjent Samsung-SF600 1 1997 Lm 165. B.I.C.C. Mita 2 1997 Lm 955. Valletta Reh. Project Lanier 1 1992 N/A Env. Protection Dept. Panasonic UFV60 1 1997 Lm 295. P.C.C.U. Panasonic UF312 2 1993 Lm 400. Countryside National Panasonic 1 1993 Lm 349. Countryside Canon 1 1996 Lm 199. Waste Management Panasonic 1 1997 Lm 150.
Leg 9 PQ #3582 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Fax machines

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu fax machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartimenti? Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (DALLI, JOHN)

Dipartiment Numru u Ditta Meta Nxtraw Kemm swew Lm Ministeru 4 Muratec 1994, 95, 96 1,472 1 Panasonic 1993 249 1 Brother 1997 193 1 Mita 1998 390 1 Canon 1998 199 Dwana 5 Canon 1992 - 1994 1,658 7 Toshiba 1994, 95 1,743 7 Xerox 1993, 95, 96, 98 1,834 3 Sharp 1996 537 8 Ricoh 1997, 98 935 1 Philips* 1998 1 Samsung 1995 2 Canon* 1995 1 Acer* -- * Dawn kienu konfiskati u ntużaw mid- dipartiment Teżor 1 Harris 1989 750 1 Samsung 1994 205 Kuntratti 1 Adi 1994 225 1 Lanier 1994 360 1 Lanier Pollfax 1997 672.75 1 Panfax 1995 259 Taxxi Interni 5 Sharp 1997, 98 650 6 Ricoh 1994, 95, 96, 98 920 1 Toshiba 1994 200 3 Alcatel 1990, 91, 92 560 2 Sagem 1998 320 1 Xerox 1992 200 1 Konika 1994 200 VAT 7 Xerox 1994, 95, 98, 99 1,773.15 5 Ricoh 1997, 98 885 Lottu Pubbliku 4 Olivetti 1994 - 1998 571
Leg 9 PQ #3583 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Fax machines

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu fax machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma jidhirlix li t-tagħrif mitlub jista' jissodisfa xi interess pubbliku u għaldaqstant mhux ġustifikat li jintużaw l-uffiċċjali pubbliċi għal dan l-iskop. Hemm rimedji u istituzzjonijiet oħra għall-verifika tal-mistoqsijiet imqanqla mill-Onor. Membru.
Leg 9 PQ #4202 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati/reliġjużi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta' reliġjużi (qassisin, sorijiet u patrijiet) impjegati fis-servizz tal-gvern jew f'istituzzjonijiet li jitmexxew b'fondi pubbliċi? Min huma u x'xogħol jagħmlu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat illi n-numru ta' reliġjużi mpjegati mal-Gvern huwa ta' 58. Dettalji dwar dawn ir-reliġjużi huma miġbura f'tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jiċċara xi jrid ifisser b'istituzzjonijiet li jitmexxew b'fondi pubbliċi.
Leg 9 PQ #4301 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Kandidati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm, mill-1993 'il quddiem ikkontestaw kandidati fit-23 kunsill lokali fejn se jsiru l-elezzjonijiet f'Marzu li ġej? Tista' l-istatistika tingħata skond il-partiti, jew gruppi? Kemm minn dawk li ġew eletti fl-ewwel elezzjoni reġgħu ikkontestaw it-tieni elezzjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fl-1993 kien hemm total ta' 270 kandidati li kkontestaw l-elezzjonijiet fit-23 lokalita fejn ser jsiru l-elezzjonijiet f'Marzu li ġej. Dawn kienu jinkludu 135 kandidati tal-PN, 122 kandidati Indipendenti u 13 taħt xi isem ieħor. Fl-1996 kien hemm total ta' 221 kandidati: 107 tal-PN, 89 Indipendenti u 25 taħt xi isem ieħor. Kien hemm 89 kandidati li kienu eletti fl-1993 u li reġgħu ikkontestaw l-elezzjonijiet tal-1996.

Villa Rumana — Proġett

Question

In vista tad-domanda parlamentari numru 3538, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba sarx rapport fuq l-istat tal-kostruzzjoni preżenti ta' Villa Rumana, Rabat, u jekk ġewx imsewwija l-bjut li minnhom kemm-il darba l-możajċi daqu l-ilmijiet tax-xita u l-moffa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-możajċi tad-Dar Rumana r-Rabat kienu suġġett ta' sensiela ta' studji u interventi ta' konservazzjoni mis-snin tletin. L-aktar studju reċenti li sar kien dak imħejji minn Moez Chelli, li kien responsabbli għall-możajċi tal-Banji Antonini f'Carthage fit-Tuniżija. Kopja ta' dan ir-rapport ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Kif jidher mit-tieni paġna ta' dan ir-rapport, interventi ta' konservazzjoni li ma jkunux maħsuba sewwa jistgħu jagħmlu aktar ħsara milli ġid. Dan jidher mill-interventi tas-snin tletin. Għalhekk, fil-preżent ma hemm ebda intenzjoni li jintmissu l-możajċi nfushom, għax il-kundizzjoni tagħhom hija meqjusa stabbli. Rigward il-problema ta' l-ilma tax-xita, informat li wara li sar dan ir-rapport sar xogħol estensiv biex jiproteġi s-saqaf mill-ilma. Matul is-sajf li għadda reġa' sar xogħol ta' manutenzjoni esterna fuq l-istruttura ta' dan il-mużew. Inżid ngħid li f'dawn il-ġranet ser isir eżerċizzju approfondit, bejn kull min fil-Ministeru, Universita' u oħrajn inħoss li għandu responsabbilita', bl-iskop li l-ħarsien, il-konservazzjoni u tgawdija tal-wirt tal-poplu tagħna jitpoġġew fuq organizazzjoni u tmexxija li tixirqilhom.
Leg 9 PQ #4340 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Poliklinika — Bormla

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba x-xogħol in konnessjoni mal-poliklinika ta' Bormla, proġett ieħor ta' Gvern Nazzjonalista, huwiex sejjer kif mistenni jew inqalgħux xi ntoppi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ix-xogħol fiċ-ċentru tas-saħħa ta' Bormla wasal fl-aħħar fażijiet tiegħu. Għadu ppjanat li l-klinika tkun lesta biex terġa' tinfetah għall-ħabta ta' April 1999.
Leg 9 PQ #4341 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mard tal-pulmun/ażma

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm flus intnefqu mid-Dipartiment tas-Saħħa in konnessjoni ma' mard tal-pulmumn, b'dettall u attenzjoni speċjali fuq l-attakki ta' l-ażma għas-snin 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Informazzjoni ta' dan it-tip ma tinżammx.
Leg 9 PQ #4342 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Rapport dwar l-ażma

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba ġiex preparat rapport rigward l-ażmatiċi mid-Dipartiment tas-Saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ġie ppreparat l-ebda rapport dwar l-ażmatiċi mid-Dipartiment.
Leg 9 PQ #4343 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Lands Department/Joint Office — Siti fiż-Żurrieq

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm siti fir-raħal taż-Żurrieq, ta' natura storika, li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejn l-imsemmija dipartimenti?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3540 f'Seduta 55, jekk l-Onor. Interpellant hu nteressat f'xi proprjeta' partikolari nitolbu biex jindikahieli peress li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba jinħtieġ ħafna żmien u riżorsi. 01.03.99
Leg 9 PQ #4344 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Lands Department/Joint Office — Siti fil-Mellieħa

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm siti fir-raħal tal-Mellieħa, ta' natura storika, li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejn l-imsemmija dipartimenti?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4343 f'din l-istess Seduta. 01.03.99
Leg 9 PQ #4389 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-impjegati kollha ta' l-Universita' se jingħataw żieda li tikkorrispondi maż-żidiet li ngħataw l-impjegati tas-Servizz Pubbliku bil-ftehim ta' Diċembru 1998? Kemm se tilħaq is-somma totali? Minn fejn se jkollha l-fondi biex tħallas għal din iż-żieda l-Universita' li diġa' hi marsusa ħafna bil-limitazzjonijiet finanzjarji li għandha?

Response (GALEA, LOUIS)

Le, ma jirriżultalix dak li qed isaqsi l-Onor. Kollega fir-rigward ta' l-impjegati kollha. Hemm diskussjoni bejn Universita', Unjins u Gvern dwar il-kwestjoni kif din tolqot il-ħaddiema mhux akkademiċi li magħhom ma jirriżulta l-ebda ftehim kollettiv. Aktar tagħrif inkun nista' nagħtih hekk kif din il-kwestjoni tiġi ċċarata.
Leg 9 PQ #4390 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kumitat - Support staff

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol minn kumitat maħtur apposta li kellu jitlesta sa l-aħħar ta' Diċembru 1998 dwar is-support staff fl-iskejjel? X'kienu r-rakmandazzjonijiet ta' dan il-kumitat? X'passi se jittieħdu issa biex jiġu mplimentati?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Working Group dwar "Support Staff Requirements in State Schools" ħejja r-rapport flimkien mal-Management Efficiency Unit. Fil-jiem li ġejjin ser issir il-preżentazzjoni ta'l-imsemmi rapport lill-Gvern u lill-MUT. L-analiżi, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-Working Group se jkunu diskussi mal-Malta Union of Teachers. Filwaqt li ma jkolli l-ebda diffikulta' li ngħaddi kopja tar-rapport lill-Onor. Membru, nemmen li hu kmieni wisq biex wieħed jippubblikah meta għad trid issir evalwazzjoni u dikussjoni tal-kontenut tiegħu.
Leg 9 PQ #4391 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Verdala — Junior Lyceum - Kaċċaturi

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġu investigati rapporti li fil-grounds tal-Junior Lyceum ta' Verdala qed jidħlu kaċċaturi u anke jisparaw għall-ħġieġ tat-twieqi tal-klassijiet tant li anke skrataċ użati qed jinstabu fuq il-post? F'każ li dawn ir-rapporti huma minnhom, x'passi ttieħdu anke mal-pulizija biex jinqatgħu dawn l-abbużi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li lill-Kap ta' l-Iskola ma jirriżultawlux rapporti tat-tip imsemmija.