Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żabbar — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi progress wara laqgħat mal-kunsill lokali ta' Żabbar, dwar resurfacing tat-toroq fl-area ta' St. Peter's? X'irriżulta u x'ser isir?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq qed ifassal programm għall-asfaltar ta' toroq fl-inħawi msemmija mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #35299 Sitting 787 2002-09-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bormla — Skola Primarja

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' xogħol qed isir fl-iskola primarja ta' Bormla?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola primajra ta' Bormla qed isiru dawn ix-xogħlijiet permezz ta' numru ta' tenders li nħarġu mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada: * Tqegħid ta' membrane sa' taħt id-DPC level f'parti mis-sular ta' isfel * Sodda tal-konkos fuq il-parti fejn instab irdim fond * Tqegħid ta' madum ġdid * Tibdil ta' aperturi interni u esterni * Ridekorazzjoni ta' kullimkien * Soffitt ġdid fis-sala * Sistema elettrika ġdida fis-sala * Tiswijiet strutturali fil-faċċata biex jinbidlu kolonni perikolużi
Leg 9 PQ #35300 Sitting 787 2002-09-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Baċir 1

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi progress fuq il-Baċir nru. 1 ta' Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-proġett tal-baċir numru wieħed tat-Tarzna ta' Bormla għadu qed jiġi kkunsidrat u għaldaqstant għadu kmieni biex wieħed jagħti dettalji dwaru.
Leg 9 PQ #34997 Sitting 786 2002-09-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'benefiċċji, kumpens finanzjarju, kundizzjonijiet, mobile phones, karozzi eċċ għandhom il-membri tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li l-membri tal-Board of Governors ta’ l-ITS jitħallsu kif ġej: Chairman - Lm1700 fis-sena Membri - Lm 750 fis-sena Dawn m’għandhom ebda benefiċċji oħra. Il-membri tal-Board ta’ l-MTA jitħallsu kif ġej: MTA Chairman - Lm7156 per annum (inkluż iż-żieda għall-għoli tal- ħajja) mobile phone u home phone u użu ta’ karozza Main Board Members - Lm1000 fis-sena Directorate Chairpersons - Lm1000 fis-sena Directorate Board Members - Lm 500 fis-sena Il-membri tal-Inter-Ministerial Committee ma jitħallsux.
Leg 9 PQ #34998 Sitting 786 2002-09-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'benefiċċji, kumpens finanzjarju, kundizzjonijiet, mobile phones, karozzi eċċ għandhom il-membri tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #34999 Sitting 786 2002-09-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'benefiċċji, kumpens finanzjarju, kundizzjonijiet, mobile phones, karozzi eċċ għandhom il-membri tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamraq l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #35000 Sitting 786 2002-09-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'benefiċċji, kumpens finanzjarju, kundizzjonijiet, mobile phones, karozzi eċċ għandhom il-membri tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ?

Response (BORG, JOE)

Bord Kumpens / Benefiċ ċ ji MEUSAC Sitt membri jitħallsu honoraria ta' LM2,000 fis-sena kull wieħed Bord Konsultattiv tal-MIC Membru wieħed jitħallas honorarium ta' LM2,000 fis-sena N ational Authority for the Implementation of the Chemical Weapons Convention - Chairma n jitħallas LM250 fis-sena - Uffiċċjal xjentifiku jitħallas LM500 fis-sena
Leg 9 PQ #35001 Sitting 786 2002-09-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'benefiċċji, kumpens finanzjarju, kundizzjonijiet, mobile phones, karozzi eċċ għandhom il-membri tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej: BORD KUMPENS/BENEFIĊ Ċ JI Fondazzjoni għ as-Servizzi Mediċ i Chairperson: Lm7,000 fis-sena Użu ta' karozza (inklużfuel), Mobile Phone u aċċess għall- Internet Vice-Chairperson: Lm4,500 fis-sena Mobile Phone, Laptop u Aċċess għall-Internet Membri: 6 jieħdu Lm2,500 fis-sena 1 xejn Kunsill tas-Saħ ħ a Chairperson: Xejn Membri: Xejn Kunsill Mediku Chairperson: Lm2,000 fis-sena Membri: 5 jieħdu Lm4.50 kull seduta 6 jieħdu Lm6.00 kull seduta Bord dwar il-Professjonijiet Supplimentari għ all-Mediċ ina Chairperson: Lm6.00 kull seduta Membri: Xejn Bord dwar l-Ispiż jara Chairperson: Lm6.00 kull seduta Membri: 3 jieħdu Lm5.00 kull seduta 12 xejn Tribunal ta' Reviż joni dwar Saħ ħ a Mentali Chairperson: Lm14.00 kull seduta Membri: Lm12.00 kull seduta Kumitat Maniġ erjali ta' l- Isptar Zammit Clapp Chairperson: Xejn Membri: 3 jieħdu Lm1,000 fis-sena 1 jieħu Lm2,500 fis-sena 1 Xejn Bord tal-Infermiera u Qwiebel Chairperson: Lm6.00 kull seduta Membri: Xejn
Leg 9 PQ #35002 Sitting 786 2002-09-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'benefiċċji, kumpens finanzjarju, kundizzjonijiet, mobile phones, karozzi eċċ għandhom il-membri tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ?

Response (ZAMMIT, NINU)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu dan li ġej: Bord Kumpens/Benefiċċji Agricultural Export Marketing Board Chairman: Lm750 fis-sena Membri: Lm350 kull wieħed fis-sena Kummissjoni dwar l-Għajnuna Finanzjarja xejn Bord Konsultattiv dwar il-Frott u Ħxejjex xejn Bord dwar is-Sajd xejn Bord Konsultattiv dwar l-Inbid xejn School Arbor Committee xejn Bord dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi xejn Kumitat Jum Dinji ta' l-Ikel xejn
Leg 9 PQ #35224 Sitting 786 2002-09-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Indipendenti — Miżati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il iskola indipendenti infurmat lid-dipartiment li se tgħolli l-miżati għas-sena skolastika li se tibda fi ftit jiem? B'kemm f'kull każ? Kemm kienu qabel? Ingħataw xi raġunijiet għaliex għolew il-miżati?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #35245 Sitting 786 2002-09-18 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Action Plan

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' l-action plan u l-business plan u l-practices designs li sar għax-shipbuilding mill-Gvern fl-2001?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li l-pjan ta' ristrutturazzjoni tat-tarznari kien ġie ippreżentat lit-Task Force tat-Tarznari lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet. Peress li l-business plan tat-tarznari fih informazzjoni sensittiva kummerċjali, ma narax li jkun fl-interess ta' l-istess tarznari li dan isir pubbliku.

Council of Europe

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi kopja tar-ratifika tal-Council of Europe's il-European Social Charter (LN 204/99) u l-provision act (cap 318) tas-social security?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-Avviż Legali 204/99 (European Social Charter Order, 1999) li kien ġie mqiegħed fuq il-Mejda ta' din il-Kamra u ppublikat fil-gażżetta tal-Gvern tat-23 ta' Novembru 1999. Bis-saħħa ta' dan l-Avviż, il-provvedimenti ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318) ġew estiżi għall-ċittadini ta' pajjiżi membri tal-Kunsill ta' l-Ewropa li għandhom residenza tagħhom hawn Malta.
Leg 9 PQ #35280 Sitting 786 2002-09-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Air Traffic Services Ltd

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija W352 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport: B'riferenza għas-sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtlew il-postijiet vakanti ta' kontrolluri ta' l-ajru mal-Malta Air Traffic Services Ltd, li ħarġu fl-10 ta' Mejju 2002, jista' l-Ministru jgħid: kemm applikaw? Kemm minnhom kienu eliġibli u sarilhom l-interview/eżami? Kemm minnhom ma għaddewx mill-board ta' l-għażla? X'kienu r-raġunijiet għala ma għaddewx mill-interview/eżami?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li kien hemm erba' applikazzjonijiet għall-vakanza li qed issir riferenza għaliha. L-erba' applikanti kienu eliġibbli u saritilhom l-intervista. Wara li saru l-intervisti irriżulta li ħadd mill-erba' applikanti ma' ikkwalifika biex jibda t-taħriġ li jwassal għal Air Traffic Control Officer.
Leg 9 PQ #35283 Sitting 786 2002-09-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

San Gwann — Artijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid ta' min hu t-titlu ta' l-art li hemm annessa mal-ground tal-football ta' San Gwann?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li biswit il-ground tal-futbol ta` San Ġwann hemm żewġ biċċiet art li huma tal-Gvern, waħda fuq in-naħa ta` Misraħ Ċentawrja, li hija mogħtija bi qbiela lil individwu u l-oħra fuq in-naħa ta` Vjal ir-Rihan u li hija riservata bħala estensjoni għall-iskola primarja ta` San Ġwann.
Leg 9 PQ #35284 Sitting 786 2002-09-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Football Clubs

Question

Jista' il-Ministru jgħid jistgħax il-gvern jikkunsidra bħala għajnuna għall-clubs tal-football: a) duty free exemption fuq importazzjoni ta' sythetic turf b) sussidju fuq id-dawl u l-ilma tal-pitches tal-football c) il-ħruġ ta' garanzija għall-banek kummerċjali Maltin biex jiffaċilta' self mill-clubs tal-football?

Response (DALLI, JOHN)

Qiegħed ngħaddi dawn il-kummenti lill-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura u Sport għall-konsiderazzjoni fil-kuntest tal-politika proattiva li għandu l-Gvern biex jinċentiva l-isports. Pjan effettiv ma jsirx bil-pezzi bukkuni imma bi pjan koordinat u koerenti kif qed jiġi. Tajjeb wieħed ikun jaf jekk, meta l-Onorevoli Membru kien Ministru tal-Finanzi ftit ilu, hu ħasibx fuq dawn l-affarijiet. Jew forsi mill-oppożizjoni kollox jidher aktar faċli.

Housing

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tqassmu postijiet mid-dipartiment tal-akkomodazzjoni soċjali minn Settembru 98 sal-lum? Fejn kienu dawn il-postijiet u mnejn kien kull min ibbenefika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali alloka 631 post minn Settembru 1998 sallum imxerrdin ma' Malta kollha lill-applikanti minn madwar Malta. Dawn jinkludu r-rikonoxximenti.

Children's Allowance

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm familji li għadhom ma rċevex ic-children's allowance? X'inhi r-raġuni wara dan id-dewmin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li n-numru ta' talbiet pendenti jammonta għal madwar 1,700. Id-dewmien jista' jkun riżultat ta' diversi fatturi u l-aktar komuni huma li t-talba ma tkunx imtliet kif suppost, ma jkunux ġew sottomessi d-dokumenti meħtieġa jew li t-talba tkun intbagħtet tard.

Cottonera Resource Centre

Question

Peress li x-xogħol fuq il-Cottonera Resource Centre jidher li miexi sew, jista' il-Ministru jgħid meta ser ikun inawgurat il-post? Liema agenziji u dipartimenti ser jibdew jaħdmu minn hemm? Meta ser tibda tiffunzjona minn hemm kull aġenzija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Cottonera Community Resource Centre ser jinfetaħ uffiċjalment sa l-aħħar ta' din is-sena. Dan hu ċentru ta' aċċess għad-drittijiet soċjali għall-komunita' tal-Kottonera kif ukoll iservi ta' riżorsa għall-istess komunita'. L-aġenziji li ser joperaw minn dan il-post huma: l-aġenzija APPOĠĠ, id-dipartiment tas-Sigurta Soċjali, l-ETC u s-sezzjoni tad-diżabilita' fi ħdan id-dipartiment tal-kura ta' l-anzjani.

Tax-Xlejli

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta bi ħsiebu jirranġa t-toroq tal-area tax-Xlejli?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bħalissa l-Ministeru qiegħed fl-aħħar fażi li jiffirma ftehim mal-Kunsill Lokali tal-Gudja. Liema ftehim jinkludi xogħol fl-area tax-Xlejli.