Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #4350 Sitting 70 1999-03-02 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Gwidi liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kemm kien hemm gwidi liċenzjati fil-lingwa Ġappuniża, Ċiniża, Russa u Fjamminga tul is-snin 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998? Kemm hemm irġiel u kemm nisa?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-għadd ta' gwidi liċenzati fil-lingwa Ġappuniża, Ċiniża, Russa u Fjamminga fis-snin 1994 sal-1998, maqsumin bejn irġiel u nisa, kien kif jidher hawn taħt: SENA LINGWA IRĠIEL NISA 1994 Russu 5 3 1995 Russu 5 5 Fjamminga 1 - 1996 Ġappuniż - 1 Russu 4 5 Fjamminga 1 - 1997 Ġappuniż - 2 Russu 5 11 Fjamminga 2 - 1998 Ġappuniż - 2 Russu 5 11 Fjamminga 2 -
Leg 9 PQ #4395 Sitting 70 1999-03-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif inhu organizzat ix-xogħol tal-manutenzjoni fl-Isptar Monte Carmeli? Kemm hemm ħaddiema? Kemm hemm min jissorvelja u jorganizza x-xogħol? X'inhu l-budget għal dan ix-xogħol? X'inhuma r-riżultati miksuba?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ix-xogħol ta' manutenzjoni fl-Isptar Monte Carmeli huwa mqassam f'ħames sezzjonijiet. 1. Is-sezzjoni tal-Mastrudaxxi fejn hemm Supervisor u Technical Officer 2. Is-sezzjoni taż-Żebbiegħa b'Supervisor u Technical Officer. 3. Is-sezzjoni tal-Mechanical/Electrical/Upholsterer b'Supervisor. 4. Il-Boiler House b'Technical Officer. 5. Is-sezzjoni tal-Blacksmiths b'Supervisor. In-numru ta' ħaddiema li jaqgħu taħt dawn is-sezzjonijiet huwa 43 minbarra is-Supervisors, it-Technical Officers u s-Senior Technical Officers. B'dan il-mod il-livell tax-xogħol jinżamm tajjeb kemm jista' jkun. Il-budget tas-Sezzjoni tal-Manutenzjoni jifforma parti mill-budget tal-Isptar Monte Carmeli.
Leg 9 PQ #4396 Sitting 70 1999-03-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif fl-Isptar Monte Carmeli t-transport supervisor jidħol jagħmel xogħol overtime ta' telephone operator u l-assistant technical officer jidħol jagħmel xogħol overtime ta' transport supervisor? Fuq liema bażi jitqassam dan l-overtime?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minħabba li kien hawn operators bis-'sick leave' fl-istess żmien, saru arranġamenti proviżorji biex is-servizz jibqa' miexi. Ta' min jgħid ukoll li preżentament qed jiġu kkunsidrati miżuri addattati biex is-servizz jibqa' jitmexxa mingħajr il-bżonn ta' 'overtime'. Fl-ambitu ta' dawn il-ħtiġijiet inqalgħet okkażżjoni waħda fejn din il-persuna għamlet xogħol ta' 'overtime' ta' Transport Supervisor.
Leg 9 PQ #4397 Sitting 70 1999-03-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Kċina

Question

Jista' l-Ministru jiżgura li l-kċina ta' l-Isptar Monte Carmeli tinżamm nadifa peress li qed jasluli rapporti li qed ikun hemm il-ħmieġ anke fil-hot trolleys? Huwa sodisfatt bil-livell ta' l-indafa ma' l-isptar kollu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fuq l-inkarigu li ngħata lill-FMS, biex tissorvelja l-kwalita' tax-xogħol fil-kċina, isiru rapporti regolari dwar l-istat tal-kċina tal-Isptar Monte Carmeli. L-aħħar rapport jindika għal darb'oħra titjib sostanzjali fl-indafa. Ser ikompli jingħata taħriġ lill-istaff tal-kċina f'forma ta' korsijiet qosra. Rigward it-'trolleys' ninsab infurmat li ser jinbeda programm ta' manutenzjoni fuqhom. Bħala parti mir-ristrutturar tal-ħaddiema fl-Isptar Monte Carmeli qed jiġu ndividwati metodi mekkaniċi li permezz tagħhom tkompli titjieb l-indafa.
Leg 9 PQ #4398 Sitting 70 1999-03-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tal-Knisja - Uffiċjali edukattivi

Question

Waqt li tiġi rrispettata l-awtonomija ta' l-iskejjel tal-Knisja, jista' jsir sforz mill-uffiċjali edukattivi kompetenti ma' ċerti skejjel tal-Knisja - l-isem ta' l-iskola qed jintbagħat separatament - peress li huwa kontroproduċenti li fil-ħames klassi tal-primarja, f'eta' daqshekk żgħira, l-istudenti huma mistennija jagħmlu 18-il eżami fil-perijodu ta' bejn is-27 ta' Jannar - 11 ta' Frar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment, Ppjanar u Żvilupp (li fih jinkorpora t-Taqsima ta' skejjel mhux statali) għamel l-indaġini dwar il-fatti li semma' l-Onor. Interpellant. Mill-indaġini ġie konstatat li l-iskola tagħmel 'tests', u mhux eżami, waqt il-ħin tal-lezzjonijiet tas-suġġett konċernat. Informat ukoll li n-numru ta' tests jitla' daqshekk għax isiru f'aspetti differenti ta' l-istess suġġett, per eżempju: 1. Religion 2. Matematics - (a) Mechanical; (b) Problems; 3. Maltese - (a) Reading; (b) Dictation; (c) Gramar; (d) Comprehension; (e) Composition 4. English - (a) Dictation, seen and unseen; (b) Spelling; (c) Grammar; (d) Comprehension (e) Reading; (f) Composition 5. Science 6. History 7. Geography Jien informat li kull test jieħu lezzjoni (jiġifieri 45 minuta) u, wara, jkompli x-xogħol normali tal-klassi.
Leg 9 PQ #4399 Sitting 70 1999-03-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studji soċjali

Question

Peress li wasluli ħafna lmenti dwar l-informazzjoni esaġerata li l-istudenti tal-primarja qed jintalbu li jkunu jafu bl-amment fl-Istudji Soċjali (5 u 6 klassi), jista' jerġa' jsir sforz ma' l-għalliema (tal-gvern u tal-knisja) biex ma jibqgħu joqtlu dan is-suġġett u jgħabbu lill-istudenti bit-tensjoni li jitgħallmu minn testi f'dan is-suġġett li m'humiex tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-isfond tar-reviżjoni tas-sillabu tal-primarja li sar fl-1997, l-għalliema kellhom jikkonċentraw fuq l-iżvilupp tal-ħiliet, tal-fehma u ta' attitudnijiet u valuri u mhux fuq ħafna tagħrif. L-eżamijiet li saru wara jirriflettu dawn it-tibdiliet. Għalhekk l-użu ta' testi oħra li m'humiex tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni huma żejda. Minn Settembru 1999, l-għalliema tas-Sitt Sena sejrin jibdew jirċievu noti-gwidi uffiċjali dwar il-kontenut tas-Sillabu ta' l-Istudji Soċjali, kif kien rivedut fis-sena skolastika l-oħra. Matul is-sena skolastika 1999-2000, dawn in-noti gwida sejrin ikopru s-sillabu kollu tas-Sitt Sena Primarja. Il-ħsieb ta' dawn in-noti jkun li jħaffef ix-xogħol, kemm għall-għalliema u aktar u aktar għat-tfal fil-klassi. Aktar 'l quddiem isiru noti simili għall-Ħames Sena. Minn Settembru ukoll se jaslu fl-iskejjel tliet programmi fuq CD-ROMS rigward il-Ġeografija fir-Raba', il-Ħames u s-Sitt Sena. Il-materjal f'dawn is-CD-ROMS se jkun verament fil-livell u għall-gost tat-tfal tagħna f'dawk is-snin. Dawn se jkunu prodotti mid-Diviżjoni u bl-ebda mod mhu se jkunu kummerċjali.
Leg 9 PQ #4435 Sitting 70 1999-03-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Wied Għomor — Barriera

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet li bihom tista' topera l-barriera f'Wied Għomor li qed tinkwieta lir-residenti tas-Swieqi? X'qed tagħmel l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar it-talbiet tar-residenti tas-Swieqi li huma mħassbin dwar kif qed tolqotilhom ħajjithom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-kundizzjonijiet biex topera l-barriera li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant huma kif jidhru fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-Awtorita' ta' l-Ippjanar, fil-limiti tal-poteri mogħtija lilha mill-liġi, tieħu l-passi kollha li huma meħtieġa sabiex tassigura li l-qtugħ tal-blat f'din il-barriera isir b'mod kontrollat. Fil-fatt l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ħadet passi biex jiġi mnaqqas l-ammont ta' splużżiv li jintuża għall-qtugħ tal-blat. Barra minn hekk kull ħruq ta' splussiv li jsir f'din il-barriera hu mmonitorjat permezz ta' sismometru biex jiġi stabbilit jekk l-esplussiv li qiegħed jintuża jistax jikkawża ħsara għall-bini li jinsab qrib din il-barriera. Ninsab infurmat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar li l-Awtorita' qiegħda f'kuntatt mal-Pulizija sabiex il-kundizzjonijiet tal-liċenzja jiġu mħarsa. 02.03.99

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Bordijiet/kumitati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-bordijiet jew kumitati tat-tmexxija, eċċ tal-gvern u ta' entitajiet oħra pubbliċi li jaqgħu taħt il-Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni li ġew mibdula mill-5 ta' Settembru 'il hawn? Min kienu l-membri qabel ma nbidlu? Min huma l-membri issa? X'remunerazzjoni qed jieħdu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u risposta tingħata f`seduta oħra.
Leg 9 PQ #4647 Sitting 70 1999-03-02 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Bordijiet/kumitati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-bordijiet jew kumitati tat-tmexxija, eċċ tal-gvern u ta' entitajiet oħra pubbliċi li jaqgħu taħt il-Ministeru għat-Turiżmu li ġew mibdula mill-5 ta' Settembru 'il hawn? Min kienu l-membri qabel ma nbidlu? Min huma l-membri issa? X'remunerazzjoni qed jieħdu?

Response (REFALO, MICHAEL)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 794 fis-Seduta 10, infurmat li r-rimunerazzjoni li l-membri tat-tliet organizzazzjonijiet jieħdu rispettivament hi kif ġej: L-'Executive Board' tan-'National Tourism Organisation - Malta' -------------------------------------------------- ------------- 'Chairman' - Lm5,000 fis-sena Membri (ħlief iż-żewġ rappreżentanti ta' l-Air Malta) - Lm1,000 fis-sena Din hi l-istess rimunerazzjoni li kienet tittieħed qabel il-5 ta' Settembru 1998. Il-'Hotels and Catering Establishments Board' --------------------------------------------- Qabel l-1 ta' Jannar 1999: Lm4 kull seduta liċ-'Chairman' u Lm5 lill-Membri. Wara l-1 ta' Jannar 1999: Lm8 kull seduta liċ-'Chairman' u Lm6 lill-Membri. L-'Institute and Tourism Studies' --------------------------------- 'Chairman' - Lm750 fis-sena Membri (ħlief dawk maħtura 'ex ufficio) - Lm500 fis-sena Qabel il-5 ta' Settembru 1998, iċ-'Chairman' kellu onorarju ta' Lm1,800 fis-sena u l-Membri (ħlief dawk maħtura 'ex ufficio') kienu jitħallsu Lm750 fis-sena.
Leg 9 PQ #4648 Sitting 70 1999-03-02 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Bordijiet/kumitati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-bordijiet jew kumitati tat-tmexxija, eċċ tal-gvern u ta' entitajiet oħra pubbliċi li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent li ġew mibdula mill-5 ta' Settembru 'il hawn? Min kienu l-membri qabel ma nbidlu? Min huma l-membri issa? X'remunerazzjoni qed jieħdu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ħlief għal bidla fiċ-'Chairman' tal-Building Industry Consultative Council ma kien hemm l-ebda tibdil fil-Bordijiet jew Kumitati tat-tmexxija li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent. Iċ-'Chairman' ta' qabel il-5 ta' Settembru 1998 tal-Building Industry Consultative Council kien il-perit Martin Debono filwaqt li ċ-'Chairman' il-ġdid huwa l-perit Robert Musumeci. Ir-remunerazzjoni ta' dan ta' l-aħħar hija l-istess bħal ma kienet tal-predeċessur tiegħu.
Leg 9 PQ #4649 Sitting 70 1999-03-02 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Bordijiet/kumitati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-bordijiet jew kumitati tat-tmexxija, eċċ tal-gvern u ta' entitajiet oħra pubbliċi li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Finanzi li ġew mibdula mill-5 ta' Settembru 'il hawn? Min kienu l-membri qabel ma nbidlu? Min huma l-membri issa? X'remunerazzjoni qed jieħdu?

Response (DALLI, JOHN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Leg 9 PQ #4650 Sitting 70 1999-03-02 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Bordijiet/kumitati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-bordijiet jew kumitati tat-tmexxija, eċċ tal-gvern u ta' entitajiet oħra pubbliċi li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni li ġew mibdula mill-5 ta' Settembru 'il hawn? Min kienu l-membri qabel ma nbidlu? Min huma l-membri issa? X'remunerazzjoni qed jieħdu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-bordijiet li nħatru s'issa fi ħdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'l hawn huma: * Il-Kumitat Festival tal-Kanzunetta Maltija/Kanzunetta għall- Ewropa * Il-Bord tal-Commonwealth Scholarships u Fellowhips * Il-Kumitat ta' Tmexxija tal-Malta Racing Club Kif weġibt fil-Mistoqsija Parlamentari Nru 791, bid-differenza li s-Segretarju tal-Bord tal-Commonwealth Scholarships u Fellowhips inbidel u ġie maħtur is-Sur Anthony Żammit. Flimkien ma dawn ġew maħtura wkoll: * Il-Bord ta' l-Eżamijiet Pubbliċi Lokali Kompożizzjoni tal-Bord ta' qabel l-aħħar Elezzjoni Ġenerali: Chairman Dr Victor Borg Grech LL.D. Membri Is-Sur Joseph R. Grima Is-Sinjorina Mary A. Muscat Is-Sur Joe Buhagiar Is-Sur Paul Sultana Segretarju Is-Sur Joe Scerri Bord kif maħtur fis-17 ta' Frar 1999 Chairman Is-Sur Sebastian Debono Membri Is-Sinjorina Doris Borg Is-Sur John Gatt Is-Sinjorina Frances Sammut Is-Sur Victor Sammut Segretarju Is-Sur Joseph Scerri Bord tad-Diretturi Public Broadcasting Services Limited Chairman Is-Sur Maurice Zarb Adami Viċi Chairman Is-Sur Tony Mallia Membri Is-Sur Richard J. Aquilina Is-Sur Michael Fenech Is-Sinjorina Louise Vassallo.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Bordijiet/kumitati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-bordijiet jew kumitati tat-tmexxija, eċċ tal-gvern u ta' entitajiet oħra pubbliċi li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Viċi Prim Ministru li ġew mibdula mill-5 ta' Settembru 'il hawn? Min kienu l-membri qabel ma nbidlu? Min huma l-membri issa? X'remunerazzjoni qed jieħdu?

Response (MARCO, GUIDO DE)

Il-kompożizzjoni ta' l-uniku Bord li jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni tiegħi, jiġifieri l-Kunsill ta' Amministrazzjoni tal-Voice of the Mediterranean, ma nbidlitx minn wara l-Elezzjoni ta' Settembru 1998 'il hawn. Il-Kunsilliera li jservu fuq dan il-Bord ma jirċievu ebda remunerazzjoni għax-xogħol li jagħmlu.
Leg 9 PQ #4678 Sitting 70 1999-03-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' operazzjonijiet li saru fl-Isptar San Luqa matul ix-xahar ta' Jannar u x'kienu l-każijiet? Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' pazjenti li qed jistennew għall-operazzjoni kas b'kas? Kemm huwa mistenni li jsiru operazzjonijiet minn fuq il-waiting list?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #4679 Sitting 70 1999-03-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Beef Intervention Scheme

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm huwa l-prezz tal-Beef Intervention Scheme għal din is-sena 1999? Kemm-il sejħa ta' offerti ħarġet u kemm kien hemm tenders f'kull sejħa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Kien hemm żewġ sejħiet għall-offerti iżda ma kienx hemm 'quoters'. Fil-mument għaddejjin diskussjonijiet mal-proċessuri biex isir arranġament biex il-laħam tal-Beef Intervention Scheme jittieħed bi prezz relatat ma dak tal-laħam impurtat.
Leg 9 PQ #4680 Sitting 70 1999-03-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ċanga friska

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien it-tunnellaġġ tal-qatla taċ-ċanga friska fil-Biċċerija matul Diċembru, 1998 u Jannar, 1999? Kemm minn din iċ-ċanga marret għall-Beef Intervention Scheme u xi prezz imbiegħet? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għax-xhur ta' Diċembru, 1997 u Jannar, 1998?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninfħrma lill-ħnħr. Interpellant li l-qatla taċ-ċanga u x-xiri taħt il-Beef Interventiħn Scheme kien skħnd it-tabella hawn taħt: Qatla Beef Interventiħn Scheme Prezz Diċembru 1997 148,461 kgs 30,961 kgs 65c/kg Jannar 1998 134,617 kgs 36,070 kgs 78c5/kg Diċembru 1998 118,375 kgs 23,332 kgs 78c5/kg Jannar 1999 120,185 kgs 23,202 kgs Ma sarx bejgħ
Leg 9 PQ #4681 Sitting 70 1999-03-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Spezzjonijiet fuq stabbilimenti ta' l-ikel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' spezzjonijet li saru mid-Dipartiment tas-Saħħa fuq stabbilimenti ta' l-ikel mill-5 ta' Settembru 'il hawn, xahar b'xahar? F'liema lokalitajiet ta' Malta u Għawdex saru dawn l-ispezzjonijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-5 ta' Settembru 1998 l'hawn, id-Dipartiment tas-Saħħa għamel 10,679 spezzjoni fi stabbilimenti ta' l-ikel f'Malta u Għawdex imqassmin skond l-informazzjoni li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Peress li l-Onor. Interpellant ma speċifikax it-tip ta' stabbiliment ta' l-ikel, l-informazzjoni li qed tingħata tirrigwarda spezzjonijiet f'dawn il-kategoriji ta' stabbilimenti li jipprovdu l-ikel. Dawn huma:- fran mtieħen tad-dqiq fabbriki ta' l-għaġin fabbriki tad-tadam ħwienet li jaħdmu u/jew ibiegħu l-ħelu fabbriki tal-laħam fabbriki tal-minerali restaurants u snack bars ħwienet tal-kafe ħwienet tal-laħam fabbrika tal-prodotti tal-ħalib ħwienet tax-xorb irziezet tal-baqar u mogħoż ħwienet tal-merċa cold stores kjoskijiet irziezet għat-trobbija tat-tiġieġ fabbriki tal-inbid biċċeriji tat-tiġieġ bejjiegħa bl-ingrossa vetturi li jġorru l-ħalib vetturi li jġorru l-laħam vetturi li minnhom jinbiegħ il-ħobż bejjiegħa tal-ħaxix ħwienet fejn jinbiegħ tiġieġ u bajd ħwienet tal-ħut
Leg 9 PQ #4682 Sitting 70 1999-03-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Safar ministerjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il safra ministerjali saret mill-5 ta' Settembru 'il hawn? X'kienu l-okkażjonijiet, ma min saru l-laqgħat u xi żviluppi nkisbu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Saret safra ministerjali waħda fl-okkażżjoni tal-Green Week Berlin. Saru laqgħat ta' ntroduzzjoni mal-Kummisarju tal-Agrikoltura u Żvilupp Rurali tal-Unjoni Ewropea - Franz Fischler, mal-Ministru Federali tal-Ikel, Agrikoltura u Foresti tal-Ġermanja Karl-Heinz Funke u mal-Ministru tal-Politika Agrikola tal-Italja - Paolo di Castro. Ma dawn ġiet diskussa r-riattivazzjoni tal-applikazzjoni ta' Malta biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea. It-tlieta wrew il-ħerqa sabiex jibdew id-diskussjonijiet. Saru laqgħat kordjali ma diversi Ministri oħra fosthom tal-Isvizzera, tas-Slovenja, tal-Estonja, u tal-Indja.
Leg 9 PQ #4683 Sitting 70 1999-03-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi kkalkulata n-nefqa tax-xogħlijiet li qed isiru fil-bini tal-Ministeru? Xi programm ta' xogħlijiet twettaq s'issa u kemm kienet in-nefqa? Kemm tħallas u/jew jonqos li jitħallas overtime lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura li qed jaħdmu dawn ix-xogħlijiet fil-bini tal-Ministeru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bħalma jaf wisq tajjeb l-Onor. Interpellant l-uffiċini tal-Ministeru ma kienux ta' 'standard' bħall-uffiċini simili. Biżżejjed jingħad li l-partitions tal-aluminium f'Ministeru, l-fatt li diversi soqfa kellhom il-'concrete cover' ta' taħt ix-xibka li kien qed jinqala u għaldaqstant kien ta' periklu, l-fatt li la ma kienx hemm segregazzjoni organizzata bejn nies li jaħdmu fil-Ministeru u nies li jiġu bżonn l-istess Ministeru, dawn il-fatturi weħidhom jindikaw il-ħtieġa li l-uffiċini tal-Ministeru jiġu mnaddfa w upgraded kif jixraq għaż-żminijiet tal-lum. L-Onor. Interpellant għandu jkun jaf li x-xogħol bħal irranġar ta' soqfa, xogħol ta' plumbing u dawl elettriku, manifattura ta' bibien, xogħol ta' tibjid u żebgħa, u xogħol ieħor relatat ġie maħdum mill-ħaddiema tal-Ministeru. Bħalissa ma tistgħax tiġi kwantifikata l-istima peress li għad fadal xogħol li jrid isir mill-ħaddiema tal-Ministeru w allura jfisser li għad iridu jinġabru l-ispejjeż tal-materjal li għad irid jiġi użat.
Leg 9 PQ #4865 Sitting 70 1999-03-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija — Security/pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol tal-pulizija fil-Pitkalija? X'inhu x-xogħol tas-security fil-Pitkalija?

Response (ZAMMIT, NINU)

Xogħol il-Pulizija fil-Pikalija huwa xogħol normali tal-Pulizija jiġifieri li żżomm il-'Bon Ordni'. Xogħol is-Security huwa li jara li jiġu osservati l-ħinijiet stipulati tad-dħul u l-ħruġ fil-Pitkalija. Ħafna drabi għal dan ix-xogħol is-Security ikunu assistiti mill-Pulizija. L-Onor. Interpellant għandu jkun jaf li fis-sistema ta' 'restructuring' li qed isir fi ħdan il-Ministeru kollu ser tiġi mwaqqfa 'security section' li taħdem fuq 'roster'. Din is-sistema ser telimina l-użu tal-Pulizija f'postijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru.