Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu deficit pajjiżna? Jista' l-Ministru jgħid kemm qed ikollu jħallas pajjiżna globalment kuljum fuq dan is-self? Xi pjanijiet għandu l-gvern biex jikkontrolla d-deficit?
Response (DALLI, JOHN)
Dawn il-mistoqsijiet ġew risposti fil-budget li ppreżentajt f`Novembru li għadda.
Jista' l-Ministru jgħid jekk żwieġ bejn tnejn minn nies ta' l-istess sess u li hu legali f'xi pajjiżi barra minn Malta, huwiex rikonoxxut hawn Malta? Billi ġo xi pajjiżi ta' l-UE żwiġijiet bejn persuni ta' l-istess sess u anke addottazzjoni ta' tfal minn dawn il-koppji huwa legali, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' pajjiżna fir-rigward ta' dawn il-persuni jekk jiġu jgħixu ġo pajjiżna?
Response (BORG, TONIO)
Il-liġijiet ta' Malta ma jipprovdux speċifikament għall-każijiet li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant fil-Mistoqsija tiegħu.
Ninsab infurmat li r-Reġistru Pubbliku qatt ma kellu talbiet konnessi ma' każijiet għal dawn, u għalhekk id-dipartiment konċernat għad irid jikkonsulta ruħu ma' l-Avukat Ġenerali tar-Reppublika għal pariri biex jirregola ruħu dwar dawn il-każijiet, meta u jekk jinqalgħu.
03.03.99
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi jew x'se tkun il-policy tal-gvern fid-dawl tar-rapport dwar Malta maħruġ mill-UE dwar: a) il-petrol bla ċomb; b) il-ħwienet duty free; c) it-Tarznari; u d) bejgħ ta' proprjeta' lil barranin?
Response (BONNICI, JOSEF)
Naħseb li għadu kmieni biex wieħed jesprimi ruħu dwar il-policy li l-gvern ser jadotta fil-futur. Inserraħ moħħ l-Onorevoli Interpellant li meta jkun il-waqt, il-gvern jagħmel pubbliku il-policy tiegħu rigward is-setturi li għalihom qed issir referenza.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu fax machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?
Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?
Meta nxtraw?
Kemm swew fi spejjeż?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li jipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru.
2.3.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandu fax machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?
Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?
Meta nxtraw?
Kemm swew fi spejjeż?
Response (MARCO, GUIDO DE)
L-informazzjoni qed tinġabar, u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandu fax machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?
Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?
Meta nxtraw?
Kemm swew fi spejjeż?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computers kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?
Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?
Meta nxtraw?
Kemm swew fi spejjeż?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba tirrikjedi ħafna xogħol li l-ministeru ma huwiex f'posizzjoni li jagħmel għax għandu affarijiet ħafna aktar importanti x'jagħmel.
Jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi raġuni speċifika għaliex irid ikun infurmat rigward xi kompjuters partikolari, jagħtini d-dettalji biex imbagħad tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha computers fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?
Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?
Meta nxtraw?
Kemm swew fi spejjeż?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li l-Ministeru għal Għawdex għandu b'kollox 201 computers. 13 minnhom jinsabu fis-Segretarjat Privat, 32 fid-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi, 134 fid-Dipartiment tal-Customer Services u 22 fid-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp. L-informazzjoni dwarhom hija kif tidher fil-lista annessa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computers kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?
Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?
Meta nxtraw?
Kemm swew fi spejjeż?
Response (ZAMMIT, NINU)
Computers li għandhom id-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd huma dawn:
Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi:
Ditta Meta nxtraw Kemm swew
Hyndai Ġunju 1998 Lm467
Mitac Jannar 1998 Lm420
Mitac Jannar 1998 Lm420
Horizon Ġunju 1998 Lm467
GEM Qabel Jannar 1996
Lion Ottubru 1998 Lm543
Matrix Qabel Jannar 1996
Capital Qabel Jannar 1996
GEM Ġunju 1992 Lm800
Fujitsu Settembru 1998 Lm564
Horizon Ottubru 1998 Lm450
GEM Ġunju 1992 Lm800
Capital Qabel Jannar 1996
Fujitsu Frar 1998 Lm400
Mitac Qabel Jannar 1996
Horizon Lulju 1998 Lm497
CAF Qabel Jannar 1996
Fujitsu Frar 1998 Lm420
Matrix Ottubru 1998 Lm430
Horizon Novembru 1997 Lm435
Capital Qabel Jannar 1996
Horizon Novembru 1997 Lm435
Lion Novembru 1998 Lm430
Horizon Diċembru 1994 Lm682
Matrix Diċembru 1998 Lm420
Horizon Marzu 1995 Lm750
CAF Ġunju 1992 Lm800
Hyndai Qabel Jannar 1996
Dual Group Awwissu 1996 Lm850
Dipartiment ta' l-Agrikoltura:
Ditti
Horizon
Mitac 486DX
DFI 386
Horizon 386
IBM 286
Sendom 500
CAF
E.C.
Mitac
Star LC 4521
Star XB 250
DFI Redstone
Lucid A600
Capital
Citizen
Cedar (Notebook)
Speedcam
Fujitsu
Spectrum
Lion Pentium
Wintech 1433
Escom
Lion
Zenith 100
Laptop 486
Gem
Capital 486
Matrix Pentium
Fujitsu Pentium
Lion 486
Olivetti Pentium
Escom Pentium
EX486
In-numru ta' computers li għandu dan id-dipartiment huwa 97. Dawn il-computers inxtraw bejn is-snin 1992-1998. L-ispiza ta' 34 computers kienet ta' madwar Lm14,945.35. (Dawn il-prezzijiet ivarjaw bejn Lm300 u Lm900 kull computer). 63 computers l-oħra inxtraw permezz tal-MITTS (jew MSU).
Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura:
Ditti
4 Capital
2 Mitac 86DX
1 Fujitsu
3 Horizon
1 Confident
1 NEC (laptop)
1 Bios
1 Reed Professional
1 Fujitsu (laptop)
F' dan id-Dipartiment hemm ħmistax-il computer li nxtraw bejn 1996 u 1998. L-ispiża ta' 13 minn dawn il-computers kienet ta' Lm5,630 inkluż il-ħlas lill MITTS.
Il-Computer Bios ġie mogħti bħala donation mill Malta Mariculture Ltd.,
il-computer tad-ditta Reed Professional tħallas mill-COPMED.
Dipartiment tas-Servizzi Veterijarji:
Ditta Meta nxtraw Kemm swew
Horizon 1997 Lm660
Matrix 1995
Pentium Vision 1995 Lm500
Semio Compro 1997 Lm506
Tatung 1995
Vision 486 1998 Lm990
Mitac Pentium 1998 Lm614
Laptop Star 1995
Laptop Fujitsu 1998 Lm1156
Semio 1997 Lm506
Mitac 1997 Lm990
Capital 1995 Lm550
Matrix 1995
Horizon Genius 1997 Lm660
Tatung 1997
Tatung 1997
Tatung 1995 Lm600
Fujitsu 1995 Lm600
Capital 1996 Lm550
Daewoo 1997 Lm970
Bio Vision 1995
Mitac 1996
Gem 1996
Vegas 1992
Il-ħlas tal-computers l-oħra saru permezz tal-MITTS jew inxtraw ma' oġġetti oħra.
Segretarjat Permanenti:
Ditta Meta nxtraw Kemm swew
Horizon Pentium 1998 permezz MITTS
*Bla ditta
*Horizon
*Mitac
*Capital
*CAF
*KT Technology
*Dawn il-Computers huma antiki u 'records' ta' meta nxtraw u kemm swew ma għandix.
Segretarjat:
Computers ġodda li nxtraw mis-Segretarjat huma ħamsa (5):
Ditta Ammont Meta nxtraw Kemm swew
Horizon 4 Diċembru 1998 Lm437
Fujitsu(laptop) 1 Diċembru 1998 Lm1590
Lands Department/Joint Office — Siti fl-Imġarr, Malta
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm siti fir-raħal ta' l-Imġarr, Malta, ta' natura storika, li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejn l-imsemmija dipartimenti?
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm siti fil-Belt ta' Senglea, ta' natura storika, li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejn l-imsemmija dipartimenti?
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-proposta li l-Lands Department ma jibqax aktar ġewwa l-Auberge de Baviere, Valletta, hijiex qed tiġi studjata u jekk iva, x'progress sar fuq dan?
Response (BORG, TONIO)
L-Auberge de Baviere ma jiġborx fih il-Land Department biss, iżda hemm ukoll id-Dipartiment ta' l-Estate Management u l-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali tat-Taqsima ta' l-Artijiet u Kostruzzjoni.
Ma naf bl-ebda proposta biex il-Land Department ma jibqax aktar jopera mill-Auberge de Baviere, Valletta.
02.03.99
In vista tad-dibattitu parlamentari li sar is-sena l-oħra waqt l-approvazzjoni tal-mozzjoni tal-Lands Department, jista' l-Ministru jikkonsidra li jwaqqaf kumitat ad hoc sabiex dan jistudja u jipprepara mozzjoni aħjar u aktar progressiva għas-snin li ġejjin?
Response (BORG, TONIO)
Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant ser jiġi kkunsidrat.
02.03.99
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kemm kien hemm gwidi liċenzjati matul is-snin 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998? Kemm huma rġiel u kemm nisa?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-għadd ta' gwidi liċenzati bejn is-snin 1994 u 1998 kien:
Irġiel Nisa Total
1994 146 302 448
1995 158 334 492
1996 153 338 491
1997 159 357 516
1998 157 368 525