Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet biex tiġi rranġata u estiża l-iskola primarja ta' Ħal Luqa? Jifhem il-Ministru li x-xogħol huwa urġenti u hemm bżonn isir mill-aktar fis?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ssottomettiet applikazzjoni formali lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex tiġi riabilitata u estiża l-iskola primarja ta' Ħal Luqa liema applikazzjoni għadha qiegħda tiġi evalwata mill-istess Awtorita'. Dan il-proġett ikun jista' jinbeda skond l-allokazzjoni finanzjarja li sejjer ikollha d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni kif ukoll abbażi tal-prijoritajiet ta' l-istess Diviżjoni.
B'riferenza għall-allegat każ ta' abbuż etiku kif rapportat f'gazzetta lokali riċentement minn spiżerija privata f'Buġibba, u għal fatt dikjarat li l-Medical Council ma jista' jieħu l-ebda azzjoni jekk ma jkunx hemm rapport uffiċjali, jista' l-Ministru jikkonsidra emenda b'mod urġenti fl-istatut tal-Medical Council sabiex simili bħalma hemm stipulat fil-liġi ta' l-Ombudsman jkun jista' fuq inzijattiva tiegħu jinvestiga rapporti fil-mezzi ta' komunikazzjoni soċjali jew fejn ikun hekk magħruf dwar allegat ta'abbużi etiċi fil-kamp mediku in ġenerali?
Xi żviluppi kien hemm s'issa fil-każ imsemmi ta' Buġibba?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-proposta ta' l-Onor. Interpellant ġiet notata u qed tiġi kkunsidrata fid-dawl tat-tibdil li jrid isir fid-Department of Health (Constitutions) Ordinance. Nixtieq ninforma lill- Onor. Interpellant, li għadu kmieni wisq biex wieħed jikkumenta dwar l-investigazzjonijiet li qed isiru dwar dan il-każ, minħabba li dawn għadhom fl-ewwel fażi tagħhom.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-hotels kollha f'Malta u f'Għawdex u l-ammonti tad-dawl u l-ilma pendenti jew le li għandha kull lukanda mal-Water Services Corportation u mal-Korporazzjoni Enemalta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma narax li jkun etikament korrett li nagħmel pubblika l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta (fis-Servizz Pubbliku) għandhomx xi konċessjonijiet fuq ħinijiet tax-xogħol? Jekk iva, x'inhuma?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi l-konċessjoni li għandhom l-impjegati
tal-Gvern li huma residenti f'Għawdex imma li jaħdmu Malta
hija illi huma jistgħu jidħlu ftit tard nhar ta' Tnejn
filgħodu u jitilqu ftit kmieni nhar ta' Ġimgħa filgħaxija.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari numru 4790, fejn il-mistoqsija oriġinali saret għax hu magħruf li l-informazzjoni mitluba suppost kienet qed tiġi komputerizzata u mhux għax kont qed nippretendi li jsir eżami tal-files u records bl-idejn, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' komputerizzazzjoni ta' l-informazzjoni fuq l-akkwist ta' art mid-Dipartiment ta' l-Artijiet u meta jista' jkollna informazzjoni bħal dik mitluba f'mistoqsija parlamentari numru 4790 permezz tal-computer?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li f'Diċembru ta' l-1998 tlesta Business Study dwar il-komputerizzazzjoni tad-Dipartiment ta' l-Artijiet, liema studji qed jiġi evalwat mill-istess Dipartiment. Hu mistenni li l-implimentazzjoni ta' dan l-istudju, li jkopri ukoll Geographical Information System, tibda matul din is-sena u titlesta fi żmien 4 snin.
08.03.99
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4791, jista' l-Prim Ministru jagħti lista kompluta ta' l-uffiċjali li jokkupaw l-ewwel ħames gradi taċ-Ċivil u l-informazzjoni l-oħra mitluba f'mistoqsija parlamentari numru 3859, għaliex fil-lista ppreżentata fl-imsemmija tweġiba parlamentari hemm uffiċjali fl-ewwel ħames gradi taċ-Ċivil li m'humiex inklużi u għalhekk din il-lista, kif diġa' ġbidt l-attenzjoni, ma tirriflettix is-sitwazzjoni sa l-1 ta' Jannar 1999?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li ma hemmx iżjed x'wieħed iżid ma l-
informazzjoni li diġa tajt fit-tweġibiet għall-
mistoqsijiet parlamentari numri 3859 u 4791.
Nitlob l-Onorevoli Interpellant biex jekk trid xi
informazzjoni oħra, tispeċifika aħjar dak li trid għax jien
infurmat li l-lista li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra mat-
tweġiba għall-mistoqsija numru 3859 kienet tkopri l-
Uffiċjali kollha magħrufa bħala Officers in Grade 1 sa
Officers in Grade 5 li kienu fis-Servizz Pubbliku fl-1 ta'
Jannar 1999.
Jekk l-Onorevoli membru qed tirreferi għall-gradi kollha li
qegħdin fl-ewwel ħames skali ta' salarju, jew għal xi wħud
minn dawn l-iskali, allura hija mitluba tagħmel riferenza
għal dawn l-iskali fil-mistoqsija tagħha.
Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet ta' l-iskejjel reġistrati biex jgħallmu l-Ingliż lil barranin kif ukoll l-ismijiet tad-Directors of Studies ta' dawn l-iskejjel u l-kwalifiki relevanti ta' dawn il-persuni?
Response (GALEA, LOUIS)
Lista ta' dawk l-iskejjel reġistrati mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex jgħallmu l-Ingliż lill-Barranin u li tinkludi wkoll l-ismijiet tad-Directors of Studies ta' kull skola ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informat li l-kwalifiki relattivi ta' dawn id-Directors of Studies jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Avviż Legali Nru 60/1996 u skond kif emendati iżjed 'il quddiem b'Avviż Legali Nru 133/1998.
Jista' l-Ministru jara li Triq Dun Gwann Magro f'Ħal Tarxien tingħata t-tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tax-xogħol tad-Dipartiment, wara li jkun żgurat li s-servizzi kollha jkunu tqiegħdu b`mod permanenti.
Jista' l-Ministru jara li Triq il-Fieres (parti) f'Ħal Tarxien tingħata t-tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tax-xogħol tad-Dipartiment, wara li jkun żgurat li s-servizzi kollha jkunu tqiegħdu kollha b`mod permanenti.
Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Daniel Ceci fi Triq Francesco Crispi kantuniera ma' Triq Ġużeppi Montebello u fi Triq Fieres kantuniera ma' Triq id-Dejma f'Ħal Tarxien?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba rigward Triq Daniel Ceci u Triq il-Fieres qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Dwar il-bozza fi Triq Francesco Crispi, jiena nfurmat li t-talba ġiet approvata fit-22 ta' Frar 1999.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computers kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartmenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?
Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?
Meta nxtraw?
Kemm swew fi spejjeż?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
03.03.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computers kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?
Jista' l-Minstru jgħid x'ditta huma?
Meta nxtraw?
Kemm swew fi spejjeż?
Response (BONNICI, JOSEF)
Qed inpoggi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru tat-Trasport u Komunikazzjoni — Computers
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computers kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?
Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?
Meta nxtraw?
Kemm swew fi spejjeż?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-Informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computers kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?
Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?
Meta nxtraw?
Kemm swew fi spejjeż?
Response (REFALO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 3567 fis-Seduta 67 tat-23 ta' Frar 1999.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computers kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?
Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma?
Meta nxtraw?
Kemm swew fi spejjeż?