Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kumpannija Air Supplies

Question

Billi sal-lum il-kumpannija air supplies biss tissupplixxi l-ajruplani b'dak li għandhom bżonn fl-ajruport, jista' l-Ministru jgħid jekk Malta issir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea dan il-monopolju li tgawdi din il-kumpannijia iridx jispiċċa?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Onorevoli Interpellant mhux korrett fil-premessa għall-mistoqsija iegħu peress li, barra l-Air Supplies, hemm numru ta' kumpaniji oħra li jissuplixxu lill-ajruplani, kemm dawk ta' l-Air Malta kif ukoll dawk barranin, bil-ħtiġijiet tagħhom, bħal ma hu fuel, catering, in-flight stores, etc.
Leg 9 PQ #5245 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Kaċċa — Regolamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif iridu jiġu emendati r-regolamenti tal-kaċċa u nsib jekk Malta tosserva l-Bird-Directive ta' l-Unjoni Ewropea? Jista'l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Bird-Directive ta'l-Unjoni Ewropea?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4992 (Seduta 69) li kien ta l-Prim Ministru.
Leg 9 PQ #5246 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li marru u taw ruħhom f'idejn il-pulizija wara li kienu ikkommettew reat? Kemm kien in-numru sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin? X'tip ta' reat ikkommettew?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma żżommx statistika dwar it-tagħrif mitlub. 08.03.99

UE — Pompi tal-Petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid, jekk kemm-il darba Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, il-ħruġ tal-permessi għall-pompi tal-petrol ikunx liberalizzat u kulħadd ikun jista' japplika biex jiftaħ pompa tal-petrol?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma naħsibx li jkun għaqli li wieħed jesprimi ruħu minn issa dwar xi pass li jista' jkun meħtieġ li jittieħed fil-futur. Madankollu, meta jkun il-waqt, il-gvern mhux ser joqgħod lura milli jagħmel dan. Dan jgħodd għal kull qasam ta' l-ekonomija.

Rabat — Triq Ġorġ Borg Olivier

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni tal-Ministeru tiegħu fir-rigward tal-problema li nibtet dan l-aħħar fil-kwestjoni ta' Triq Ġorġ Borg Olivier, fir-Rabat peress li kif jaf il-Ministru sar suġġeriment li din it-triq issir one way u dan jaf ikun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti ta' Ħad-Dingli?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 4281.
Leg 9 PQ #5254 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żabbar — Triq Ħaddin in-Nies

Question

Possibbli li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma taċċerta li tagħti l-provvista ta' l-ilma lir-residenti kollha li joqogħdu fi Triq Ħadd in-Nies, f'Ħaż-Żabbar minħabba li hemm min ilu joqgħod f'din it-triq aktar minn għaxar snin u għadu bla servizz ta' ilma? Jaħseb il-Ministru li din is-sitwazzjoni hija inaċċettabbli u għandha tiġi rrimedjata fl-iqsar żmien possibbli?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tieħu ħsieb biex twassal is-servizz ta' l-ilma fl-imsemmija triq. Fil-fatt, bħalissa, il-post hemm kuntrattur imqabbad mill-Korporazzjoni biex jinstalla mejn ta' l-ilma u x-xogħol mistenni li jitlesta fi żmien qasir. Pero` ser tibqa' parti żgħira mit-triq, li diġa' hemm nies joqgħodu fiha, li ma jistax jingħatalhom is-servizz ta' l-ilma. Dan għaliex fil-preżent ma jeżistix aċċess għal din il-parti tat-triq ħlief minn proprjeta' privata. Is-servizz lil din il-parti tat-triq ikun jista' jingħata meta jinfetaħ aċċess għal din il-parti.
Leg 9 PQ #5260 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Intern

Għawdex — DCC

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5067 u r-risposta li ngħatat, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx xi waħda minn dawn it-62 seduta tad-DCC fil-gżira Għawdxija fil-conference room tal-Planning Authority? Jekk ma sarux seduti tad-DCC f'Għawdex, jista' l-Ministru jispjega r-raġuni għaliex u min hu responsabbli għal dan in-nuqqas fil-konfront tal-poplu Għawdxi?

Response (BORG, TONIO)

Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li t-tweġiba hija fin-negattiv. Ninsab infurmat ukoll li r-raġuni għax ma sarux seduti tal-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp ġewwa Għawdex kienet waħda amministrattiva. Wara li nbiddlet il-kompożizzjoni tal-kummissjoni, hu maħsub li l-quddiem il-laqgħat jerġgħu jkomplu jsiru f'Għawdex. 08.03.99
Leg 9 PQ #5261 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Wied tar-Romblu

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk it-taħmil tal-Wied tar-Romblu li qiegħed isir min-naħa tax-Xagħra, huwiex kopert bil-permessi neċessarji ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li t-taħmil li sar f'Wied tar-Romblu m'għandux bżonn ta' permessi mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #5262 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Djar — Allokazzjoni ta' post

Question

Jista' l-Ministru jgħid lil min se jiġi allokat il-post numru 126, Archbishop Street, Valletta peress li hemm ħafna għaqdiet li jixtiequ jikruh? Tista' tittieħed deċiżjoni malajr? Jekk diġa' ġie f'arranġament, lil min ġie allokat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #5264 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ġużeppi Despott - Head master

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx head master fl-iskola Ġużeppi Despott Boy's Junior Lyceum? Min hu? Peress li kelli diversi rapporti mill-ġenituri tat-tfal li dan il-head ikun assenti ta' spiss, jista' l-Ministru jgħid jekk dan il-head huwiex ikun assenti għal xi raġuni? Jaf il-Ministru li ħafna mill-istudenti, speċjalment dawk tal-Form I's, qed ibatu għax donnu ma tantx hemm kontroll tat-tfal ta' l-iskola? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jaħtar head ieħor? (jirriplejsjah)

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l- Head Master fl-Iskola Ġużeppi Despott Boys' Junior Lyceum irriżenja fil-21 ta' Frar u diġa' bdew jittieħdu passi biex jiġi maħtur Kap f'din l-iskola. Sadanittant kif diġa' għidt fil-Kamra l-ġimgħa li għaddiet innominajt grupp ta' uffiċċjali biex jgħinu l-iskola toħroġ mid-diffikultajiet li tinsab fihom.
Leg 9 PQ #5270 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tax-Xogħlijiet — Sahra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif inhu ġustifikat l-overtime fis-sezzjoni tas-salarji tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet u jikkonfermax li l-overtime ta' Jannar 1999 ma kienx affettwat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li l-overtime fis-sezzjoni tas-salarji hu ġustifikat u ġie approvat kemm mid-Direttur tal-Finanzi u Amministrazzjoni li taħtu taqa' s-sezzjoni tas-salarji, kif ukoll mid-Direttur Ġenerali u mis-Segretarju Permanenti. L-overtime sar f'Jannar u ser jibqa' sejjer sa April.
Leg 9 PQ #5272 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Servizzi ġodda

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5070 u r-risposta li ngħatat fl-1 ta' Marzu 1999, jista' l-Ministru jserrah moħħ l-Għawdxin (speċjalment il-periti u l-avukati li jaħdmu f'Għawdex u jiddefendu każijiet quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar f'Għawdex) kemm beħsiebu jdum dan "l-istudju" u hemmx xi target date biex dan is-servizz jiġi estiż għal Għawdxin?

Response (BORG, TONIO)

F'inqas minn 22 xahar. 08.03.99
Leg 9 PQ #5278 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Impjiegi — Ħaddiema Għawdxin

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk mill-aħħar elezzjoni 'il hawn kienx hemm impjiegi ġodda ta' Għawdxin sew maċ-Ċvil u sew mal-korporazzjonijiet? Jekk fl-affermattiv, kemm kien in-numru, fejn ġew impjegati u min huma dawk li ġew impjegati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li mill-aħħar elezzjoni 'il hawn ma kien hemm l-ebda impjieg ġdid mad-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex. Fir-rigward tal-korporazzjonijiet nitlob lill-Onorevoli Interpellant ipoġġi l-mistoqsija lill-Ministri konċernati.
Leg 9 PQ #5279 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Dipartiment ta' l-Agrikoltura — Raħħala

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhu n-numru ta' raħħala Għawdxin fulltime u part-time reġistrati mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura? Matul dawn l-aħħar sitt snin kien hemm reġistrazzjoni ta' raħħala ġodda ma' dan id-dipartiment? Jekk fl-affermattiv, kemm kien in-numru sena b'sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li n-numru ta' raħħala Għawdxin reġistrati mal-uffiċċju tal-Agrikoltura f'Għawdex huma: Full time 80 Part time 1101 Mis-sena 1994 'l hawn ir-reġistrazzjoni ta' raħħala ġodda kienu: 1994 123 part-time 1995 1280 part-time 1996 - 1997 1 part-time 1998 - Ma jeżistux dokumenti ta' reġistrazzjoni ta' raħħala part-time għas-sena 1993.
Leg 9 PQ #5280 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Raħħala Għawdxin — Bejgħ ta' ħalib

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kien l-ammont ta' ħalib frisk li r-raħħala Għawdxin biegħu lill-Koperattiva tal-Ħalib matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-ammont ta' ħalib frisk li r-raħħala Għawdxin biegħu lill-Malta Dairy Products Ltd f'dawn l-aħħar għaxar snin huwa kif ġej: 1989 - 1548254 Galluni 1990 - 1618092 Galluni 1991 - 1645639 Galluni 1992 - 1725894 Galluni 1993 - 1829077 Galluni 1994 - 1923417 Galluni 1995 - 1997662 Galluni 1996 - 2198693 Galluni 1997 - 2341425 Galluni 1998 - 2337103 Galluni
Leg 9 PQ #5281 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Uffiċini tal-Posta

Question

Tista' l-Ministru tgħid min hu responsabbli mit-tqassim ta' l-overtime fl-uffiċini tal-posta ġewwa Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ipoġġi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #5282 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għawdex - G.P. Agius De Soldanis

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li r-riżultat ta' l-eżamijiet ta' nofs is-sena fl-iskola G.P. Agius De Soldanis fir-Rabat, Għawdex għadu ma ħariġx? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proċedura hijiex li r-riżultat ta' l-eżamijiet joħorġu qabel ma ssir il-parents day? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni li ma sarx hekk fl-iskola msemmija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-riżultat ta' l-eżamijiet ta' nofs is-sena fl-iskola G.P. Agius De Soldanis ser jiġi pubblikat f'dawn il-ġranet. Qaluli li dan mhux żmien twil esaġerat minn meta spiċċa l-eżami ta' nofs is-sena. Hija drawwa komuni, iżda mhux proċedura preskritta, li r-riżultat ta' l-eżamijiet joħroġ qabel ma ssir 'Parents Day'. Fl-iskola G.P. Agius De Soldanis il-'Parents Day' 1999 saret fl-aħħar ta' Jannar, qabel ma sar l-eżami, bi skop speċifiku li 'Parents Day' ma tirriduċix ruħha biss f'diskussjoni tar-riżultat ta' l-eżami iżda tkun tittratta mix-xogħol u l-progress kollu ta' l-istudenti.
Leg 9 PQ #5283 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Taqsima tad-Drenaġġ

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ilhom ma jitħallsu d-drainage allowance il-ħaddiema li jaħdmu mat-taqsima tad-drenaġġ ġewwa Għawdex? X'inhi r-raġuni għal dan id-dewmien? Meta hemm il-ħsieb li dawn l-allowances jingħataw lill-ħaddiema konċernati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-aħħar pagament ta' Drainage Allowances lill-ħaddiema tad-drenaġġ f'Għawdex, sar f'Diċembru 1998. L-allowances pendenti qegħdin jiġu vverifikati u pproċessati u l-pagament ta' dawn ser jiġi effetwat mill-aktar fis possibbli.
Leg 9 PQ #5296 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Żebbug - Street vendors

Question

Jista' l-Ministru jagħtina informazzjoni għaliex il-pulizija qiegħda tippermetti street vendors fi Triq Sciortino, Ħaż-Żebbuġ man-naħa ta' l-istess triq fejn joqogħdu r-residenti? Jikkonsidra l-Ministru li dan mhux qiegħed iħalli spazju għall-parking tar-residenti u fl-istess waqt qiegħed ikun ta' periklu għax-xerrejja li qegħdin ikollhom jaqsmu min-naħa għall-oħra tat-triq f'area tant traffikuża f'Ħaż-Żebbuġ? X'permess għandu l-istreet vendor li jarma ħdejn iż-zebra crossing fi Triq Sciortino kull nhar ta' Ġimgħa li mhux talli juża l-van (vettura) iżda wkoll area mdaqqsa oħra li qed tkun okkupata b'ħafna kaxxi tal-ħaxix għal għonq it-triq? Jekk dan il-venditur għandu permess, jista' l-Ministru jgħid meta nħareġ u jekk hemmx aktar applikazzjonijiet/permessi għal street vendors f'din in-naħa ta' Triq Sciortino, Ħaż-Żebbuġ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija diġa' ħadet passi dwar l-ilment li rrefera għalih l-Onor. Interpellant. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat ukoll illi, dejjem jekk qed nirreferu għall-istess persuna, din għandha permess ta' bejjiegħ fit-toroq biex tuża vettura bil-mutur għall-bejgħ ta' frott u ħxejjex u permess biex tbiegħ l-istess prodotti f'suq miftuħ, liema permessi ħarġu għal bidu ta' l-1998. Infurmat ukoll li m'hemmx permessi u lanqas applikazzjonijiet pendenti għal street vendor f'post fiss fit-triq imsemmija. 08.03.99
Leg 9 PQ #5297 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Elezzjonijiet Ġenerali — Tqassim ta' voti

Question

Jikkonsidra l-Prim Ministru li ssir emenda fil-liġi elettorali dwar it-tqassim tal-voti għal kull elezzjoni li ssir f'pajjiżna, fis-sens li l-voti ma jibqgħux jitqassmu fid-djar iżda l-persuna hekk intitolata biex tivvota tkun tista' tippreżenta l-ID Card (jew xi identifikazzjoni oħra awtorevoli) dakinhar tal-votazzjoni u tingħata lilha dak il-ħin il-vot tagħha biex taqdi d-dover tagħha ta' ċittadin?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Is-suġġeriment li għamel l-Onorevoli Membru jinħtieġ tibdil fil-liġi elettorali li jwassal għat-tneħħija tal-voting document. Ninsab infurmat li delegati tal-partiti politiċi fl-imgħoddi ltaqgħu mal-Kummissjoni Elettorali fuq dan is- suġġett li jidher li jista jintlaħaq ftehim dwaru.