Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5201 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Konsulenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra min huma l-konsulenti ġodda li mill-elezzjoni 'il hawn, bi ħlas jew mingħajru, qed jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi mill-elezzjoni 'l hawn ma ġie ffirmat l- ebda kuntratt ta' ħatra ta' konsulent fid-dipartimenti li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 9 PQ #5213 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Bini f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5066?

Response (BORG, TONIO)

B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 5066, ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub dwar in-numru ta' applikazzjonijiet deċiżi mid-DCC u mill-Bord ta' l-Appelli ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għar-rigwrd ta' bini f'Għawdex hu kif ġej : 01.01.1998 - 06.09.1998 ----------------------- D.C.C. 820 applikazzjoni u 15 ġew withdrawn Bord ta' l-Appelli 36 applikazzjoni 07.09.1998 - 16.02.1999 ----------------------- D.C.C. 304 applikazzjoni u 15 ġew withdrawn Bord ta' l-Appelli 20 applikazzjoni 08.03.99
Leg 9 PQ #5214 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Kuntratti ta' Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5072?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #5215 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar xhur, u preċiżament mis-7 ta' Settembru 1998 sas-16 ta' Frar 1999, iddaħħlux jaħdmu f'Għawdex stess persuni mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, kemm-il persuna daħħlu ma' l-istess korporazzjoni f'Għawdex u xi kriterju ġie adottat fl-għażla ta' l-istess persuni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi l-ebda persuna ma' daħlet taħdem mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma f'Għawdex.

Birkirkara Bypass — Triq Dun Karm - Traffic Lights

Question

Peress li waħda mill-postijiet fejn qed jiġu ppjanati traffic lights fi Triq Dun Karm (Birkirkara Bypass) iżomm ħafna ilma u jinżel gelgul ta' ilma meta ssir xi maltempata, jista' l-Ministru jara x'passi jistgħu jittieħdu jekk jirriżultalu li ma ttieħdu l-ebda passi biex dan l-inkonvenjent li jagħmel is-sit ta' dawn it-traffic lights bla użu meta tagħmel ix-xita jitneħħa? Barra minn hekk, x'passi se jittieħdu biex karozzi ma jiskartawx it-traffic lights billi jgħaddu mis-service road fil-ġenb tat-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-Traffic Lights (Pelican Crossings) tqegħdu f`post li fih jidher l-inqas inkonvenjent. Dawn il-Lights twaħħlu wkoll wara li ġew approvati mit-Traffic Control Board.
Leg 9 PQ #5217 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Foundation of Medical Services — Reklami

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għamlet reklami l-Foundation of Medical Services mill-5 ta' Settembru, 1999? Tista' titqiegħed kopja ta' kull reklam fuq il-Mejda tal-Kamra? Kemm ġew jiswew kull sensiela ta' kull reklam fil-ġurnali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' riklami mill-5 ta' Settembru 1998 magħmula mill-Foundation of Medical Services kienu skond il-lista kif ġej: Ingaġġ ta' Lm Medical Equipment Engineer 1164.90 ----------------------------------------- ------------ Personal Assistant to Chief Executive Officer Transport Officer for Ambulance 653.78 Garage SLH ------------------------------------------------ ----- Financial Controller for Government Pharmaceutical Services (1) 352.50 ------------------------------------------ ----------- Financial Controller for Government Pharmaceutical Services (2) 1369.35 ------------------------------------------------ ----- Head of Institutional Operations 1307.55 ----------------------------------------- ------------ Appointment of: Financial Auditors - F.M.S. 304.50 ------------------------------------------ ----------- Avviż dwar: Technical Information and Specifications on Medical Equipment 1307.55 ----------------------------------------- ------------ Spiża Totali 6460.43 ----------------------------------------- ------------
Leg 9 PQ #5218 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Foundation of Medical Services — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri l-ġodda tal-Foundation of Medical Services? X'inhi l-professjoni tagħhom? X'inhi l-ID Card tagħhom? X'rwol se tilgħab il-Foundation of Medical Services fuq il-proġett ta' bini ta' sptar ġdid f'Tal-Qroqq?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta ghad-domanda ta' l-Onor. Intepellant hija skon kif ġej: Membri Professjoni I.D. No. ------------------------------------------------ --------------- Dr. Joseph L. Pace Dermatologist 467546(M) Dr. Ray Busuttil Director General Health 415957(M) Dr. Ray Xerri Director Policy & Planning 252156(M) Dr. Natasha Azzopardi Muscat Medical Officer 349573(M) Mr. Albert A. Attard Retired 186436(M) Mr. Rene H. Formosa Retired 743435(M) Mr. David Spiteri Gingell Central Information Managment Officer 000166(M) --------------------------------------- ------------------------ Il-Bord ta' F.M.S. ser ikollu l-funzjoni tal-Kliejent u responsabilita totali tal-proġett ta' lIsptar il-Ġdid f'tal-Qroqq.
Leg 9 PQ #5219 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ħadem u x'ħinijiet tax-xogħol ħadem tul ix-xahar ta' Frar, 1999 il-hospital surveillance officer li ismu qed jintbagħat separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-imsemmi Security Guard bħalissa huwa temporanjament posted fil-Construction and Maintenence Department tal-Works Division, l-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #5220 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Meningococcol Meningitis

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' meningococcol meningitis mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum? Kemm kien hemm każi ta' meningococcol septicaemien mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum? Kemm kien hemm każi ta' mwiet f'kull każ? X'kienu l-etajiet ta' dawk li mardu fiż-żewġ każi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-1 ta' Jannar 1999 sal-lum kellna ħames(5) każi ta' mard kaġunat mill-Meningococcus li jinqasmu kif ġej: Każ wieħed(1) Meninġite u erba' (4) każi Septicaemia. Minn dawn, il-każ ta' Meninġite u wieħed mill-erba' każi ta' Septicaemia rriżultaw f'imwiet. L-etajiet tal-każi huma kif indikati fit-tabella hawn taħt. --------------------------------- | Tip ta' Marda | Eta' | |-----------------|---------------| | MM | 50 sena | | SM | 7 snin | | SM | 22 xahar | | SM | 48 sena | | SM | 13 il-sena | --------------------------------- SM = Septicaemia Meningococcal MM = Meningitis Meningococcal
Leg 9 PQ #5221 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Każi ta' l-MRSA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ġodda ta' MRSA mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum fl-Isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-każijiet ġodda ta' Methicillin Resistant Staphylococcus Aureus ġewwa l-Isptar San Luqa fl-ewwel xahrejn tas-sena 1999 kienu dawn: ---------------- | JANNAR 25 | ---------------- | FRAR 37 | ----------------

Naxxar — Tarmac

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġux it-tenders relattivi għall-għoti ta' tarmac u wkoll bankini fi Triq il-Ġnien, Naxxar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s-sejħa għall-offerti biex isiru bankini u l-illivellar ta` Triq il-Ġnien, Naxxar ħarġet fil-5 ta` Frar, 1999. Jien infurmat ukoll li x-xogħol ta` l-asfalt ma jistax isir għalissa.

Valletta — Uffiċċju tal-MAM

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4756 u r-risposta mogħtija, jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li ma tqegħdux partitions fissi bħala parti minn dan ix-xogħol? Jista' l-Ministru verament jgħid li ma nfetaħx iktar minn bieb wieħed? X'ġiegħel li x-xogħol ma tkompliex kif ġie ppjanat? Jista' l-Ministru jgħid min ordna dan ix-xogħol u jekk dan kellux l-awtorizzazzjoni biex jagħmel dan?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bħala parti mix-xogħol imsemmi tqegħdu żewġ `demountable partitions`. Mhuwiex magħruf għall-liema pjanijiet qed jirrefri għalihom l-Onor. Interpellant. Dan ix-xogħol sar fuq istruzzjonijiet maħruġa miċ-`Chief Executive` ta` l-Awtorita` Marittima.

Naxxar — Sinjali tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu l-pelican lights fit-tarf ma' Għargħur Road kantuniera ma' St Paul's Street, Naxxar u dan peress li t-traffiku li jkun ġej minn St Paul's Street m'huwiex iċedi lit-traffiku li jkun irid joħroġ minn Għargħur Road għall-istess St Paul's Street?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jara x`jista` jsir.

Naxxar — Trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jara li kull meta l-karozzi tal-linja li jgħaddu minn Naxxar bħalma hi l-karozza numru 55 li tidħol il-Għargħur, ma jkunux jistgħu jidħlu minn Naxxar minħabba xi festa jew fiera bħat-Trade Fair, jgħaddu mill-Iklin u b'hekk iniżżlu lill-passiġġieri li jkunu għan-Naxxar fejn ir-roundabout, ħdejn iċ-Ċimiterju tan-Naxxar u tibqa' sejra r-rotta normali għall-Għargħur?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fi żmien it-Trade Fair, il-venda tan-Naxxar tkun trasferita għal ħdejn il-grounds tal-fiera u l-karozzi għal Għargħur jibqgħu jaħdmu b`mod regolari. Meta jkun hemm il-festa fin-Naxxar, jien infurmat li s-servizz bin-numru tar-rotta 56 jibqa jaħdem minn u lejn il-Għargħur kull siegħa u jgħaddi mill-Iklin.
Leg 9 PQ #5228 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Ref>PAB 587/95/E

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ttieħdet wara r-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari numru 2688 datata 15/12/98 tas-Seduta 35?

Response (BORG, TONIO)

B'referenza għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 2688 segwita b'dik li ġġib in-numru 5228 ninsab infurmat illi l-Awtorita' ta' l-Ippjanar laħqet ftehim mas-sid sabiex ineħħi l-irregolarita' hu stess sabiex jiġu evitati spejjeż li normalment ilaħħqu ammonti konsiderevoli jekk l-operazzjoni issir mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Is-sid ġie mwissi li jekk jonqos u ma jneħħix l-irregolarita' kif kommess minnu fi żmien qasir, l-Awtorita' tneħħi hi a spejjeż tiegħu. Dan hu konformi mal-politika ta' l-Awtorita' li fil-każi fejn is-sid jaċċetta li jneħħi hu stess, l-istess Awtorita' tagħti ċ-ċans biex dan isir. 08.03.99
Leg 9 PQ #5229 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Liċenzji ta' snieter

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-transfer tal-liċenzji tas-snieter minn fuq persuna għall-terzi, qegħdin jieħdu tul twil ta' żmien, jekk mhux xhur? Jista' l-Ministru jgħid ukoll għaliex qed ikun hemm dewmien żejjed biex jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet għall-ħruġ ta' liċenzji to keep u to carry? Ma jaħsibx il-Ministru li dan id-dewmien qed jikkawża inġustizzja mal-kaċċaturi u nassaba?

Response (BORG, TONIO)

Infakkar lill-Onor. Interpellant li fil-ftit xhur li din l-amministrazzjoni ġiet fdata bit-tmexxija tal-pajjiż, diġa' ittieħdu diversi inizjattivi fosthom li l-liċenzja 'to keep' ma tiġix ekwiparata għall-liċenzja 'to carry' u b'hekk il-liċenzja raħset minn Lm19 għal Lm7. Ġew solvuti wkoll problemi konnessi mal-polza tal-assikurazzjoni marbuta mal-liċenzja tas-snieter. Kif jaf ben tajjeb l-Onor. Interpellant, minn Jannar ta' din is-sena, is-sistema ta' liċenzjar ta' armi ġiet komputerizzata. Kull meta tiġi ntrodotta xi sistema ġdida wieħed jistenna li għal bidu jinqagħlu xi problemi. Iżda skond ma jien infurmat, dawn il-problemi qed jiġu ndirizzati sabiex jintlaħaq l-għan li kienet introdotta din is-sistema, ċioe' li jitħaffef il-proċess u jitnaqqas l-inkonvenjent għal pubbliku. 08.03.99

UE — Pitkala

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, iridux jiġu liberalizzati l-permessi li jingħataw lill-pitkala billi sal-lum dawn igawdu minn ċertu protezzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-permessi tal-Pitkala huma regolati mill-Agricultural Produce Marketing Regulations 1952. Ma jidher li hemm ebda konflit bejn dawn ir-regolamenti u d-direttivi tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-ħruġ ta' liċenzi tal-Pitkala.
Leg 9 PQ #5243 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta ssir membru sħiħ ta' Unjoni Ewropea tkunx trid issir liberizzazzjoni ta' dawn is-setturi u l-permessi dwarhom li sal-lum huma protetti: (i) funeral hearses; (ii) karozzini; (iii) fran; (iv) hawkers tal-pitrolju; u (v) bejjiegħa u distributuri tal-gass?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat. 08.03.99