Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew il-monitors il-ġodda li twaħħlu minflok dawk qodma, biex jimmarkaw il-wasla u t-tluq ta' l-ajruplani fl-MIA? Kien hemm ħruġ ta' offerti pubbliċi? Meta ħarġu? Kemm kien hemm? Min ħa dawn l-offerti? X'sar mill-monitors il-qodma?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-'monitors' il-ġodda li twaħħlu minflok il-qodma, biex jimmarkaw il-wasla u t-tluq ta' l-ajruplani fl-MIA huma parti minn 'Airport Management and Flight Information System' ġdida.
Wara sejħa għall-offerti li ħarġet f'Ġunju 1997, Malta International Airport plc irċeviet għaxar (10) offerti. Il-kuntratt għal din is-sistema 'l ġdida ġie mogħti f'Jannar 1998, wara approvazzjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-Kumpanija ta' dak iż-żmien.
Dan il-kuntratt intrebaħ mill-kumpanija SPEA SRL, minn Milan, fl-Italja għall-prezz totali ta' LIT 850,000,000.
Ta' min jgħid li x-xogħol ta' din is-sistema kien jinkludi wkoll xogħol ta' stallazzjoni li sar mill-ħaddiema tal-MIA, u xogħol ta' 'testing and termination' ta' 'Fibre Optic Cables' li ngħata lill-Mlatacom plc.
Il-monitors il-qodma jinsabu fl-istores tal-MIA u hemm il-ħsieb li dawn jinbiegħu wara sejħa għall-offerti.
Peress li ċ-ċentru tad-distribuzzjoni taċ-ċilindri tal-gass mhuwiex fiċ-ċentru ta' Malta u peress li mhux dejjem ikun faċli li jinxtraw dawn iċ-ċilindri minn dawk li jqassmu bit-trakk, jista' l-Ministru jara li jinstabu xi ċentri oħra żgħar madwar Malta biex minnhom jitqassmu dawn iċ-ċilindri u l-pubbliku jkun jista' jinqeda aħjar u malajr?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-Korporazzjoni Enemalta qed tistudja l-possibilta' għall-bejgħ ta' ċilindri tal-gass minn postijiet alternattivi.
B'danakollu mhux faċli jinstabu postijiet li jridu jkunu konformi mar-Regolamenti tas-Sigurta' biex fihom jinħażnu kwantitijiet ta' ċilindri. Postijiet ta' dan it-tip jirrikjedu ċerta distanza minn l-abitant u mezzi oħra ta' sigurta'.
Jista' l-Ministru jara li l-ġnien Pawlu Boffa, f'Raħal Ġdid jitnaddaf, titneħħa l-kitba minn fuq il-ħitan u tingħata dehra aktar attraenti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-Ġnien Pawlu Boffa, f' Raħal Ġdid mhux inkluż fil-kuntratt li l-Kunsill ta' Paola għandu mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u għalhekk jaqa' taħt ir-responsabbilta tal-Kunsill Lokali.
Peress li dan l-aħħar kien hemm diversi rapporti li pazjenti ma' kienux qed jingħataw siringi biżżejjed biex jieħdu l-insulina, jista' l-Ministru jgħid kemm se ddum din is-sitwazzjoni ta' nuqqas ta' siringi u jekk dawk dipendenti mid-droga, li huma wkoll intitolati għal siringi b'xejn, humiex se jingħataw anqas b'periklu li jxerrdu l-marda ta' l-Aids?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Kemm fil-preżent kif ukoll dan l-aħħar id-dijabetiċi dejjem ingħataw l-intitolament kollu tagħhom tas-siringi fix-xahar mill-ispiżeriji taċ-Centri tas-Saħħa u ma hemm l-ebda nuqqas ta' siringi f'dan ir-rigward.
Skond ir-rekords tad-Dipartiment il-persuni dipendenti mid-droga dejjem jingħataw siringi meta jitolbu dawn miċ-Ċentri tas-Saħħa u ma hemm l-ebda pjan sabiex jingħataw inqas siringi.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-Gvern rigward l-introduzzjoni ta' cameras u tagħmir ieħor li jiġbdu r-ritratti u jirrekordjaw l-ispeed tal-karozzi magħrufa bħala CCTV biex ikun hawn kontroll u sewqan aħjar fit-toroq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-kontroll ta` l-`ispeed` tal-karozzi u l-infurzar ta` liġijiet konnessi mat-toroq huma responsabilta` tal-Pulizija, għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — Infiq ta' flus
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rranġati mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Jista' l-Ministru jagħti rendikont itemized dwar l-flus li ntnefqu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 4683.
Sakemm ma ninagħtax raġuni valida 'l-għala qed jintalab, ma nara l-ebda skop li jinagħta r-'rendikont itemized' mitlub fit-tieni parti tal-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rranġati mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Jista' l-Ministru jagħti rendikont itemized dwar l-flus li ntnefqu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ngħid lill-Onor. Interpellant li mill-5 ta' Settembru 1998 sa llum ma ntefqux flus fl-irranġar ta' l-uffiċini tal-Ministeru. L-uniku xogħol li qed isir bħalissa hu xogħol ta' restawr fit-taraġ u l-indana prinċipali, liema xogħol qed isir mill-istudenti ta' l-iskola Ġilormu Cassar.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3370, jista' l-Ministru jgħidilna fuq liema kriterju huwa ġudikat il-kompatibilita' mal-klijent ladarba l-klijent u CSA ma jkunux għadhom iltaqgħu?
Jista' l-Ministru jelenka minn liema lokalita' ġejjin is-CSA's ġodda u f'liema lokalita' tal-komunita' qegħdin jaħdmu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mir-risposta mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari 3370, b'kompatibilita' wieħed jifhem illi meta s-supervisors ikollhom bżonn xi Casual Social Assistant, dawn jgħidulhom jiġu fl-uffiċċju biex jaraw id-dispożizzjonijiet tagħhom inkwantu ta' karattru, jekk persuna tkunx verament kapaċi tkampa mall-problema ta' l-anzjani (nervi, burdati, eċċ.)
In-nies imsemmija fl-istess mistoqsija ġejjin minn dawn il-lokalitajiet:
Mġarr, Swieqi, Kalkara, B'Kara, Ħamrun, San Ġwann, Naxxar, Żejtun, Attard, Qormi, Fgura. Mqabba, Gżira, Marsa, Sliema, Paola, Żebbuġ, Lija, St Paul's Bay, Sta. Venera, Balzan, Cospicua.
8.3.99
Jista' l-Ministru jgħid minn meta ġie ntrodott is-servizz fejn hemm linja pprovduta mill-SWDP għat-tfal li jsofru minn xi abbuż: (i) kemm tfal għamlu użu minn dan is-servizz; (ii) kemm minn dawn it-tfal ġew identifikati; (iii) kemm minn dawn il-phone-ins kienu jirrikjedu follow-up; u (iv) bħala riżultat ta' din l-inizjattiva kemm tressqu nies il-qorti mixlijin b'abbuż ta' tfal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
(i) Il-Mistoqsija qiegħda tirreferi għas-servizz Supportline 179 li mhuwiex miftuħ biss għat-tfal abbużati, iżda għal nisa msawta wkoll u għal individwi u familji bi problemi oħra. Minn mindu beda jopera s-Supportline 179 f'Jannar ta' l-1996 sa tmiem is-sena 1998, kien hemm dawn it-telefonati minn tfal u adulti dwar tfal abbużati.
Sena Tfal li ċemplu Adulti li ċemplu Total ta'telefonati
dwar abbuż tat-tfal dwar abbuż tat-tfal mit-tfal stess fuq
problemi varji
1996 m'għandniex m'għandniex 169
statistika statistika
1997 48 240 1149
1998 44 256 1605
Nota: dawn iċ-ċifri huma ta' telefonati, u mhux ta' każijiet separati
Fl-1996 ma kienx jinżamm tagħrif dwar jekk min ċempel kienx minuri jew adult. It-tfal li jċemplu lis-Supportline 179 iċemplu għal raġunijiet differenti, fosthom: abbuż minn adulti, problemi mal-ġenituri, problemi mal-ħbieb, problemi fl-iskola, eżamijiet u homework, biża (ez biża mid-dlam), etc. L-istatistika t'hawn fuq tindika biss in-numru ta' telefonati u mhux in-numru tal-każijiet għaliex f'ċertu każijiet il-persuna tista' tkun ċemplet aktar minn darba waħda. Għalhekk dawn m'għandhomx jittieħdu bħala każijiet separati.
(ii) Mhijiex il-proċedura tas-Supportline 179 li jiġi ndentifikat min iċempel, billi dan is-servizz jassigura kunfidenzjalita' u anonimita' lil min iċempel. Għalhekk, sakemm il-persuna stess ma tindikax li trid tirreferi lilha nnifisha, minn iċempel ma jittiħdulux dettalji personali.
(iii) Min iċempel lis-Supportline 179 jkollu l-opportunita' li (a) jikseb tagħrif sabiex ikun jista' jċempel lis-servizz li hu marbut l-aktar mat-tip ta' problema li għandu, jew li (b) jgħaddi tagħrif lis-Supportline 179 sabiex jiġi riferut mill-SWDP lil servizz xieraq.
Fil-każ ta' abbuż ta' tfal, meta xi ħadd iċempel dwar abbuż ta' tfal, is-Supportline 179 iżomm it-tagħrif kollu li jingħata. Dan it-tagħrif jingħata lit-Taqsima Ħarsiem tat-Tfal ta' l-SWDP sabiex tinvestiga.
Mill-1996 sa' Diċembru ta' l-1998 is-Supportline għadda 207 każijiet differenti lit-Taqsima Ħarsien tat-Tfal (32 fl-1996, 95 fl-1997, u 80 fl-1998). Minn dawn il-207 każ ta' abbuż ta' tfal riferuti mis-Supportline, 22 (11%) ma setgħux jiġu nvestigati għaliex it-tagħrif li ngħata minn min ċempel ma kienx biżżejjed biex it-tfal jiġu ddentifikati. Dan il-persentaġġ (22%) ta' każijiet riferuti mis-Supportline li ma setgħux jiġu ddentifikati huwa għola mill-persentaġġ ta' 3% ta' każijiet ta' abbuż ta' tfal irrappurtati fl-istess żmien minn persuni li ċemplu direttament lit-Taqsima Ħarsien tat-Tfal (Total ta' 1,17).
(iv) Ma tinżammx statistika dwar kemm eżattament kien hemm każijiet - fost il-każijiet kollha ta' abbuż ta' tfal - fejn dawk li abbużaw mit-tfal fil-fatt spiċċaw biex ittellgħu il-qorti mixlijin b'abbuż ta' tfal.
8.3.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw single parents għall-housing units tul dawn l-aħħar ħames snin? X'persentaġġ minn dawk li applikaw kull sena ngħataw dar għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li, fil-każ tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, matul l-aħħar ħames snin kien hemm 91 applikazzjoni minn 'single mothers' u 147 minn persuni isseparati bit-tfal, b'kollox 238, li applikaw mad-Dipartiment. Minn dawn ġew allokati 60 li jagħtu figura ta' ftit aktar minn 25%.
Fil-każ ta' l-Awtorita' tad-Djar, in-numru ta' 'single parents' li applikaw ma' l-Awtorita' tad-Djar f'dawn l-aħħar ħames snin kien ta' 499. Il-persentaġġ ta' dawk li bbenefikaw għal kull sena hu kif ġej:
SENA NUMRU TA' APPLIKAZZJONIJIET % TA' ALLOKAZZJONI
MINN ĠENITUR WIEĦED
1995 26 23%
1996 385 12%
1997 71 8%
1998 17 6%
TOTAL 499
Dawn il-persentaġġi ta' allokazzjonijiet jinkludu xi każijiet ta' persuni li jkunu rrifjutaw l-allokazzjoni.
8.3.99
B'riferenza għan-Newsletter "Il-pensjonant Jannar - Marzu 1999" fejn hemm rapportat li l-Għaqda tal-Pensjonanti kienu bagħtu memorandum lil Ministru għall-Politika Soċjali li kienet tinkludi sottomessjonijiet ta' l-għaqda biex jiġu kkonsidrati fit-tfassil tal-budget għas-sena 1999; u fid-dawl tal-fatt li dawn l-istess sottomissjonijiet huma riflessi fil-wegħdi elettorali tal-Partit Nazzjonalista (wegħdi 214, 215, 216, 218, 203, 204 u 205), jista' l-Ministru jgħarrafna għaliex il-Gvern Nazzjonalista sab diffikulta' iwettaq il-wegħdiet li kienu għamlu fil-programm elettorali tagħhom għax skond l-istqarrija li ħarġu l-Kunsill ta' l-Għaqda Nazzjonali tal-Pensjonanti, lanqas waħda mit-talbiet ta' l-għaqda ma ġiet milqugħa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li Gvern Nazzjonalista qatt ma sab diffikulta' fit-twettiq tal-wegħdiet tiegħu. Jekk qatt kien hemm prova ta' dan, kienu l-għexieren ta' emendi li Gvernijiet Nazzjonalista ġabu fis-seħħ biex jassiguraw mhux biss it-titjib fil-livell ta' għixien ta' Benefiċċjarji Soċjali, iżda wkoll li jara li jitneħħew ħafna anomaliji li f'ċerti każi kienu qed joħolqu nġustizzja soċjali lil dawk li huma l-aktar fil-bżonn. Hu propju fil-qasam tal-pensjonijiet li Gvernijiet Nazzjonalista ħadu passi biex jassiguraw titjib sostanzjali.
Jien ċert li l-Onorevoli Interpellant jaqbel miegħi li l-akbar miżura li qatt saret fil-qasam tal-pensjonijiet kienet dik li ġab fis-seħħ Gvern Nazzjonalista fl-1996 li biha estenda il-pensjoni taż-Żewġ Terzi lil kulħadd, inkluż dawk li rtiraw qabel l-1979.
L-Onorevoli Interpellant jaf li mmedjatament wara l-elezzjoni ġenerali ta' Settembru '98 ittieħdu passi biex intaffu sostanzjalment il-piż li kien ser ikollhom iġorru l-pensjonanti fil-ħlas ta' miżati fuq mediċini u fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
Fl-aħħarnett, infakkar l-Onorevoli Membru li l-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista hu programm għal ħames snin, u mhux għal ftit xhur.
8.3.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' dawk li applikaw u qegħdin isegwu l-kors għall-surġent fil-Korp tal-Pulizija?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vakanzi għall-surġenti u kemm minn dawn se jimtlew mill-kandidati aktar 'il fuq indikat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' kuntistabbli li kienu applikaw għall-kors għall-surġent fil-Korp kien ta' 150, li minnhom 94 qed isegwu dan il-kors.
Ninsab infurmat ukoll li n-numru ta' vakanzi fil-grad ta' Surġent preżentament hu ta' 25 u dawn il-vakanzi jimtlew skond l-eżitu ta' dan il-kors, dejjem skond l-esiġenzi tas-servizz tal-Korp.
08.03.99
Jista' l-Ministru jgħid bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u t-28 ta' Frar, 1999: (i) x'kienu l-kuntratti li ngħataw mill-ministeru tiegħu; (ii) min għamel l-ispecifications; (iii) min għamel l-award; (iv)intalbu quotations; (v) kemm kienet kull quotation; (vi) min rebaħ kull kuntratt; u (vii) ingħataw extensions?
Response (ZAMMIT, NINU)
Kif jaf l-Onor. Interpellant, minn meta fetaħ dan il-Parlament f'Ottubru li għadda b'risposta għall-diversi domandi fir-rigward ta' din il-mistoqsija, diġa' tajt informazzjoni dettaljata, li f'kull każ inħlew ħafna żmien u enerġija biex tinġabar. Għallhekk, sakemm ma ninagħtax raġuni valida 'l għala l-informazzjoni mitluba għandha tinagħta, ma nara l-ebda skop li dan isir.
Tista' l-Ministru tgħid bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u t-28 ta' Frar, 1999:- (i) x'kienu l-kuntratti li ngħataw mill-ministeru tagħha; (ii) min għamel l-ispecifications; (iii) min għamel l-award; (iv) intalbu quotations; (v) kemm kienet kull quotation; (vi) min rebaħ kull kuntratt; (viii) ingħataw extensions?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Kif jaf l-Onor Interpellant, minn meta nfetah dan il-Parlament f'Ottubru li għadda b'risposta għall-diversi domandi fir-rigward ta' din il-mistoqsija, diġa' tajt informazzjoni dettaljata, li f'kull każ inħlew ħafna żmien u enerġija biex tinġabar. Għalhekk, sakemm ma ningħatax raġuni valida 'l għala l-informazzjoni mitluba għandha tingħata, ma nara l-ebda skop li dan isir.
Jista' l-Ministru jgħid bejn il-5 ta' Settembru,1998 u t-28 ta' Frar, 1999: (i) x'kienu l-kuntratti li ngħataw mill-ministeru tiegħu; (ii) min għamel l-ispecifications; (iii) min għamel l-award; (iv) intalbu quotations; (v) kemm kienet kull quotation; (vi) min rebaħ kull kuntratt; u (viii) ingħataw extensions?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Billi x-xogħol li jrid isir fuq din il-mistoqsija huwa wieħed voluminuż, jista' l-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku jekk għandu xi ħaġa partikulari f'moħħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u t-28 ta' Frar, 1999 ixxandru fl-aħbarijiet tal-PBS: (i) items relatati mal-ministri tal-Gvern Nazzjonalista; u (ii)items relatati mal-Partit Laburista?
Response (GALEA, LOUIS)
Ma jidhirlix li hu xogħol tiegħi jew tal-Ministeru tiegħi inżomm 'monitoring' tal-PBS tat-tip li qed jitlob l-Onor. Membru.
Jista' l-Ministru jgħid bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u t-28 ta' Frar, 1999: (i) x'kienu l-kuntratti li ngħataw mill-ministeru tiegħu; (ii) min għamel l-ispecifications; (iii) min għamel l-award; (iv) intalbu quotations; (v) kemm kienet kull quotation; (vi) min rebaħ kull kuntratt; (viii) ingħataw extensions?
Response (BORG, TONIO)
Kif jaf l-Onor. Interpellant, minn meta fetaħ dan il-Parlament f'Ottubru li għadda b'risposta għall-diversi domandi fir-rigward ta' din il-mistoqsija, diġa' tajt informazzjoni dettaljata, li f'kull każ inħlew ħafna żmien u enerġija biex tinġabar. Għalhekk, sakemm ma ningħatax raġuni valida 'l għala l-informazzjoni mitluba għandha tingħata, ma nara l-ebda skop li dan isir.
08.03.99
Jista' l-Ministru jgħid bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u t-28 ta' Frar, 1999: (i) x'kienu l-kuntratti li ngħataw mill-ministeru tiegħu; (ii) min għamel l-ispecifications; (iii) min għamel l-award; (iv) intalbu quotations; (v) kemm kienet kull quotation; (vi) min rebaħ kull kuntratt; (vii) ingħataw extensions?
Response (GALEA, ĊENSU)
Kif jaf l-Onor. Interpellant, minn meta fetaħ dan il-Parlament f`Ottubru li għadda b`risposta għall-diversi domandi fir-rigward ta` mistoqsijiet simili diġa tajt informazzjoni dettaljata, li f`kull każ inħela ħafna żmien u enerġija biex tinġabar. Għalhekk, sakemm ma ningħatax raġuni valida `l għala l-informazzjoni mitluba għandha tingħata, ma nara l-ebda skop li dan isir.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-reazzjoni tal-gvern għas-suġġeriment tal-FOI biex isir economic impact assessment tas-sħubija prospettiva ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-Gvern ħa nota tas-suġġerimenti tal-Federazzjoni ta' l-Industriji u dawn ser jingħataw il-konsiderazzjoni li jixirqilhom.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjani tal-gvern biex il-Parlament jiddiskuti l-impatt ta' l-aġġornamenti ta' l-Avis tal-Unjoni Ewropea fuq l-ekonomija u s-soċjeta' Maltija u Għawdxija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bħal ma jaf l-Onor. Membru, il-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra jiddiskuti l-programm tax-xogħol parlamentari. Bħalma qed jiġu diskussi liġijiet finanzjarji urġenti li, kif kien dikjarat, qed joffru opportunita' biex tiġi diskussa l-qagħda ekonomika, kif talbet l-Opposizzjoni. Malli jitlesta dan ix-xogħol urġenti, jiġi diskuss fil-kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra l-ħtieġa ta' dibattitu fuq is-suġġett imsemmi, li jista' jsir faċilment fil-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin.
8.3.99