Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35465 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

Jista` il-Ministru jinforma lill-Kamra x’azzjoni qiegħda ttieħed mill-Planning Authority jew awtorita` suċċessiva tagħha rigwardanti (a) l- enforcement notice 1172/2001 (b) it-tneħħija tal-bini li huwa f’nofs Triq il-Qastan, Baħrija li miegħu tela` bini bla faċċata fuq triq skond PA nos. 01514/01 u 00212/2000. Jista` il-Ministru jieħu l-passi biex: (a) l-Lands Department tespropja t-triq (b) twaqqa l-istess ingombru? Qed nibgħat separatament kopja ta’ ritratti relevanti. Vide ritratti uniti.

Response (BORG, TONIO)

Is-sezzjoni ta` l-Infurzar ta` l-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħarġet Avviż biex Tieqaf u ta` Twettieq b`referenza ECF 11720/01, datat 16 ta` Novembru 2001. L-azzjoni ttieħdet għaliex sar ksur ta` kundizzjoni tal-permess relatat PA 1514/01, u dan talli ma ġietx miftuħa t-triq qabel ma nbeda ix-xogħol permessibli. L-Awtorita` se toħroġ ukoll Avviż ta` Projbizzjoni ta` Trasferiment ta` l-Art fuq dan l-iżvilupp ġdid. Ta` min jinnota li l-Awtorita` ġiet notifikata b`ittra datata 4 ta` Jannar 2002 li saret talba lid-Direttur ta` l-Artijiet minn sid ill-post biex issir esproprjazzjoni ta` l-art in kwistjoni, iżda f`dan il-każ id-Dipartiment tal-Artijiet ma jesproprjax proprjeta` li tiġi f`dik il-parti tat-triq li qegħda quddiem art li ġiet żviluppata, dan anke biex ma jippremjax finanzjarjament lil min ikun kiser il-kundizzjonijiet tal-permess tal-bini. L-Awtorita` ser tibqa` ssegwi l-azzjoni għall-infurzar.
Leg 9 PQ #35467 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li kontijiet tad-dawl u l-ilma li tħallsu b’cheque fl-ewwel ġimgħa ta’ Lulju għadhom ma ntbagħtux irċevuti għalihom? Possibli hemm bżonn xahrejn biex il-klijenti jirċievu irċevuta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Wied il-Għajn — Triq il-Qaliet

Question

Jista` il-Ministru jinterveni biex tiġi irranġata Triq il-Qaliet, Wied il-Għajn li hi arterja prinċipali f’dan il-post popolari mat-turisti u li hi f’sitwazzjoni ħażina ħafna? Possibli tiġi spezzjonata din it-triq biex jiġi konfermat l-istat diżasstruż li tinsab fiha din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq se jieħu l-passi neċessarji biex issir spezzjoni biex jiġu determinat l-istat tat-triq u jara x'rimedji jistgħu jittieħdu għall-upgrading tat-triq.
Leg 9 PQ #35469 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Fringe Benefits

Question

Issa li ilha fis-seħħ għal xi żmien il-Fringe Benefits Tax, jista` il-Ministru jgħid kif ħadmet fil-prattika kif ukoll jekk il-gvern huwiex sodisfatt bil-livell ta’ compliance milħuq?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru. 31913 f'seduta 709.

Mellieħa — Triq l-Isbark

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta sejjer isir ix-xogħol meħtieġ fi Triq l-Isbark tal-Franċiżi, Mellieħa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika dwar liema xogħol qed jirreferi.
Leg 9 PQ #35483 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jara li wara kull festa tar-raħal, ma jitħallux igħaddu vetturi kbar u coaches mit-Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tieħu l-passi meħtieġa sabiex il-vetturi msemmija mill-Onorevoli Interpellant ikunu mdawwra lejn il-By Pass.

Tarmak

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jew jiċħad li fi Triq Jean de la Cassiere, San Pawl il-Baħar mhux se jingħata tarmak minħabba main ta' l-ilma li jrid jitwassal sa Datos Flats? X'qed jikkawża dan id-dewmien? X'inhu jżomm li x-xogħlijiet jsiru immedjatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għall-kuntrarju ta' dak li timplika d-domanda ma nistax nikkonferma li fi Triq Jean de La Cassiere, San Pawl il-Baħar mhux ser issir bit-tarmac il-parti żgħira tat-triq li għadha ma saritx. It-tarmac ma sarx għaliex illum qed ikun hemm insistenza li s-servizzi jitwasslu fejn suppost ikunu ser jitqieghdu, qabel isir it-tarmac. Id-dewmien fl-għoti ta' dan it-tarmac kien kawża tal-fatt li min għandu bżonn is-servizz ta' l-ilma ma applikax għal dan is-servizz. Nispera li iktar 'il quddiem ma jkunx l-istess Onor. Interpellant li jistaqsi għaliex ma ngħatax permess biex titkisser it-triq ħalli s-sid tal-flats indikati jdaħħal l-ilma fil-flats tiegħu; u b'hekk ikisser it-triq kollha.
Leg 9 PQ #35489 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jara li arbli tad-dawl kollha sadid li jinsabu fi Triq il-Vittmi tax-Xogħol ġewwa Raħal Ġdid u qiegħdin ikerrhu l-ambjent jinbidlu jew jitneħħew?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalt sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #35490 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-permessi tal-kaċċa għat-tehid ta' għasafar u għaż-żamma ta' senter jew snieter fi stat funzjonabbli m'humiex jitħallsu?

Response (BORG, TONIO)

It-tiġdid ta` permessi għadu għaddej normali.
Leg 9 PQ #35498 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista` il-Ministru jieħu l-passi sabiex il-bozza li twaħħlet quddiem il-gallerija (mal-faċċata) tal-post ‘Nid D’Amour’ Sir Harry Luke Street, Mġarr, Malta kontra x-xewqa tas-sidien ta’ l-istess dar, titressaq minn hemm u teħel ma’ arblu diġa` eżistenti madwar 40 pied 'il bogħod fid-direzzjoni tal-knisja fl-istess triq, kif tidher fil-pjanta li qed tintbagħat separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata.
Leg 9 PQ #34851 Sitting 787 2002-09-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reġistru Elettorali — Msida

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li inħarġitilhom card ġdida dan l-aħħar ma jidhrux fir-reġistru elettorali ta' April 2002 fl-istess triq indikata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-familja indikata tidher fir-Registru Elettorali ta’ April 2002 fi Triq Sant’ Andrija, Msida, wara li parti mit-Triq it-Torri nghatat l-isem gdid ta’ Triq Sant’ Andrija. Il-karta ta’ l-identita` l-gdida inharget kif suppost fuq Triq it-Torri, Msida, wara li f’Mejju 2002 ngibdet l-attenzjoni ta’ l-Ufficcju Elettorali waqt it-tigdid tal-karti ta’ l-identita` fl-iskola ta’ l-Imsida. Fir-Registru Elettorali li jmissu jkun ippubblikat f’Ottubru li gej, din il-familja ser tidher fi Triq it-Torri, Msida, sakemm ma ssirx xi applikazzjoni ghal xi tibdil ta’ l-indirizz sat-30 ta’ Settembru 2002.
Leg 9 PQ #35003 Sitting 787 2002-09-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'benefiċċji, kumpens finanzjarju, kundizzjonijiet, mobile phones, karozzi eċċ għandhom il-membri tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'benefiċċji, kumpens finanzjarju, kundizzjonijiet, mobile phones, karozzi eċċ għandhom il-membri tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt: BORD KUMPENS/BENEFIĊJI Bord tal-Bennejja Chairperson Lm8 kull seduta Membri Lm6 kull seduta (mhux impjegati tal-Gvern) Lm4.50 kull seduta (impjegati tal-Gvern) Segretarju Lm4.50 kull seduta Bord ta' l-Inġinerija Chairperson Lm11 kull seduta Membri Lm 8 kull seduta Segretarju Lm 6 kull seduta (waqt il-ħin tax-xogħol) Lm 8 kull seduta (wara l-ħin tax-xogħol) Bord tal-Warrant tal-Periti Chairperson Lm11 kull seduta Membri Lm 8 kull seduta Segretarju Lm 6 kull seduta (waqt il-ħin tax-xogħol) Lm 8 kull seduta (wara l-ħin tax-xogħol) Bord ta' l-Awtorita' Maltija għar-Riżorsi Chairperson Onorarja ta' Lm7000 fis-sena, karozza, xufier u faċilitajiet telefoniċi Membri Onorarja ta' Lm1500 fis-sena Segretarju Onorarja ta' Lm1500 fis-sena B.I.C.C. Chairperson Lm9621 għas-sena 2002, karozza u faċilitajiet telefoniċi Membri Xejn Segretarju Xejn It-tliet Kumitati għar-Riabilitazzjoni (Valletta/Floriana, Mdina u Kottonera) huma volontarji u l-membri ma jgawdu l-ebda benefiċji. Iċ-Chairperson jingħata kumpens ta' Lm1,000 fis-sena għax-xogħol li jagħmel.
Leg 9 PQ #35005 Sitting 787 2002-09-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Benefiċċji

Question

Tista' l-Ministru tinfurmani x'benefiċċji, kumpens finanzjarju, kundizzjonijiet, mobile phones, karozzi eċċ għandhom il-membri tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-membri tal-bordijiet u kumitati li jaqgħu taħt il­Ministeru għal Għawdex m'għandhom l­ebda benefiċċju.
Leg 9 PQ #35006 Sitting 787 2002-09-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Benefiċċji

Question

Jista' l-Prim Ministru jinfurmani x'benefiċċji, kumpens finanzjarju, kundizzjonijiet, mobile phones, karozzi eċċ għandhom il-membri tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-Membri tal-Bordijiet li jaqghu taht id-dikasteru tieghi qed jircievu kumpens/beneficcji fejn hu l-kaz, kif jidher fit-tabella li qieghed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra, ghal xoghol li jaghmlu fir-rigward ta’ dawn il-Bordijiet.

Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'benefiċċji, kumpens finanzjarju, kundizzjonijiet, mobile phones, karozzi eċċ għandhom il-membri tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.