Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali — Bolol

Question

Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għandhiex bolol tas-sigurta' soċjali neqsin għall-perjodu bejn l-1975 u l-1987? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jagħti ndikazzjoni kemm hemm neqsin u għal liema perjodu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata mid-dipartiment dwar il-qagħda tagħha.

Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali — Bolol

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna, li d-dettalaji tagħha qed jintbagħtu separatament, li waslet sabiex tispiċċa mix-xogħol bl-eta', għndhiex bolol tas-sigurta' soċjali neqsin? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid ta' liema perjodu hemm neqsin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata mid-dipartiment dwar il-qagħda tagħha.
Leg 9 PQ #3268 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq il-Fieres - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq il-Fieres minn Triq id-Dejma f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-talba ġiet approvata fit-22 ta' Frar 1999.
Leg 9 PQ #3269 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq Ġan Anton Tanti - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Gan Anton Tanti ħdejn id-drive-in tal-garaxxijiet f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3270 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq it-Tarzna - Dawl

Question

Jista' l-Minisatru jara li titwaħħal lampa fil-parti li tagħmel ma' Triq it-Tarzna f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tlaba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3271 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq l-Annunzjata - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq l-Annunzjata fuq il-ħanut "Candy Candy" f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3272 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Misraħ ir-Reċubblika - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fil-Qasam tal-Bini tal-Gvern wara misraħ ir-Repubblika f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3273 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Triq Ġdida fi Triq Dun Karm Sant - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq il-Ġdida bejn Triq Dun Karm Sant u Triq l-Assedju l-Kbir faċċata tar-razzett f'Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-talba ġiet approvata fis-17 ta' Frar 1999.
Leg 9 PQ #3317 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Kartolini tal-Milied

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dettaljata ta' kemm laħqet l-ispiża għall-istampar jew xiri, ta' kartolini għall-Milied 1998 u kemm ġiet tiswa l-ispiża postali konnessa ma' dawn il-kartolini, kemm mill-Ministeru, kemm mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu, dipartiment b'dipartiment, u kemm mill-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru? Jista' l-Ministru jgħid fejn ġew stampati l-imsemmija kartolini? Jista' jgħid lil min intbagħtu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ngħid lill-Onor. Interpellant li l-kartolini tal-Milied li ntbagħtu mid-Dipartiment tas-Saħħa u mill-Ministeru ġew stampati parti għand Beck Graphics San Ġwann, parti L-Eden Foundation u parti fl-istamperija tal-Gvern. Dawn intbagħtu lid-Diretturi, Kapijiet tad-Dipartimenti ambaxxaturi u konsli residenti kemm f'Malta u kemm barra, Korpi Kostitwiti, Bordijiet u Korporazzjonijiet. L-Ispiża għall-istampar u xiri tal-kartolini hija skond kif ġej: MINISTERU TAS-SAHHA MINISTERU TAS-SAĦĦA U KURA TA' L-ANZJANI U AFFARIJIET TAL-FAMILJA 1998 1997 -------------------------------------------- -------------- Lm Lm Kartolini 600.00 1559.42 Posta 160.53 1105.70 ----------------------------------------- ----------------- TOTAL 760.53 2665.12 ========================================= DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA Kartolini Posta Total Stampati ---------------------------------------- ----------- Lm Lm Lm Perm. Secretary & DCS 313.35 23.00 336.35 Govt. Pharm. Services 12.00 2.40 14.40 Nat. Commission Mental Health 10.60 5.46 16.06 C.G.M.O. 8.00 8.00 F.M.S. 59.00 7.66 66.66 Dept Of Health 71.22 71.22 ------------------------------------------- -------- TOTAL 512.69 ------------------------------------------ ---------
Leg 9 PQ #3596 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Computers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computers kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma nemminx li hu fl-interess tal-Kamra u tal-poplu nuża uffiċċjali pubbliċi biex jiġbru t-tagħrif mitlub stante li biex inxtraw l-eluf ta' kompjuters li hemm s'issa fid-Dipartimenti u taqsimiet li jaqgħu fil-Ministru tiegħi dejjem ġew segwiti l-proċeduri stabbiliti mill-liġijiet in materja.

Ministeru għall-Politika Soċjali — Computers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computers kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li jipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru. Irrid ngħid li t-tip ta' nformazzjoni li talab l-Onor. Membru f'din il-Mistoqsija ma jidher li hi ta' ebda nteress partikolari għall-pubbliku u għalhekk, kif ukoll għax il-ġbir ta' din l-informazzjoni tinvolvi ħafna xogħol u tbatija għall-impjegati konċernati, fil-futur f'każijiet simili ma jidhirlix li għandi nirrispondi fid-dettal li qed nipprovdi f'dan il-każ. 8.3.99

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Computers

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandu computers kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (MARCO, GUIDO DE)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li tagħti nformazzjoni li setgħet tinkiseb mill-files tal-Ministeru dwar il-kompjuters li jinsabu fid-diversi taqsimiet u uffiċċji tal-Ministeru, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta.
Leg 9 PQ #3599 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Computers

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandu computers kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #3600 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Linji diretti tat-telephones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment, linji diretti tat-telephones b'aċċess għal telefonati diretti għal barra minn Malta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru tal' linji diretti tat-telefon b'aċċess għal telefonati diretti għal barra minn Malta fil-Ministeru tas-Saħħa u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu huwa kif jidher hawn taħt: MINISTERU Secretarjat 7 2(faxes) PERMANENT SECRETARY Uffiċċju 2 1(fax) DIRECTOR CORPORATE SERVICES Uffiċċju 1 1(fax) HEALTH Environmental Health Branch 1 Head Office - Director General 2 Head Office - Human Resources 1 Head Office - Public Health 2 Health Information 1 Health Promotion 1 Majjistral Region 1 Mount Carmel Hospital - Administrator 1 Mount Carmel Hospital - Management Team 1 Primary Health Care 1 SLH - Administration 1(fax) SLH - Ante Natal Ward 1 SLH - Chief Executive 1(fax) SLH - Cardiology Department 1 SLH - Diabetes Clinic 1 SLH - Engineering Division 1 SLH - Medical Administration 1 SLH - Medical Administrator 2 SLH - National Blood Transfusion Service 1 SLH - National Blood Transfusion Centre 1 SLH - Supplies Section 1 Boffa Hospital - Chairman Oncology 1 Policy and Planning 1 GOVERNMENT PHARMACEUTICAL SERVICES Administration 2 2(faxes) Director GPS 1(fax) Procurement Section 1(fax)
Leg 9 PQ #3601 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Linji diretti tat-telephones

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha fil-ministeru tagħha kif ukoll fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, dipartiment b'dipartiment, linji diretti tat-telephones b'aċċess għal telefonati diretti għal barra minn Malta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fil-Ministeru għal Għawdex hemm b'kollox 14-il linja diretta tat-telephones b'aċċess għat-telefonati diretti għal barra minn Malta. 3 minnhom jinsabu fis-Segretarjat Privat, 3 oħra fis-Segretarjat Permanenti u d-Dipartiment għas-Servizzi Korporattivi u 8 fid-Dipartiment tal-Customer Services.
Leg 9 PQ #4496 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Wara l-kritika li għamel il-Ministru Dalli fid-diskors tal-budget għall-1999 dwar l-iskartar tal-ħaddiema tal-gvern minn fuq il-post tax-xogħol, jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-MPO biex jinqata' dan l-abbuż? X'riżultati ħallew dawn il-passi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-passi dwar l-iskartar mhux l-MPO għandu jeħodhom iżda l- Kap tad-Dipartiment u kull uffiċjal ieħor li jkun responsabbli għal dawk il-ħaddiema li jiskartaw. Sadanittant ninsab infurmat li r-Regolamenti tad-Dixxiplina qed jiġu riveduti sabiex il-passi li jittieħdu jkunu aktar effettivi. Dawn huma mistennija li jidħlu fis-seħħ dalwaqt. Dwar l-abbuż ta' Sick Leave il-Kapijiet tad-Dipartimenti wkoll ingħataw l-awtorita li jibagħtu tobba privati fejn ikun hemm suspett ta' abbuż.
Leg 9 PQ #4497 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — SAG

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex permess li pulizija tal-SAG ikollu kumpannija li tipprovdi s-servizz ta' 24 hours towing service? Hemm pulizija li talbu li huma jew marthom ikollhom kumpannija tat-towing service? Ingħataw permess?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi xogħol u investiment privat minn impjegati fis-settur pubbliku, inkluż il-membri tal-Korp tal-Pulizija, huwa rregolat bl-Estacode. Ninsab infurmat ukoll illi l-Pulizija ma kellha ebda talba bħal dik li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant fil-Mistoqsija tiegħu. 08.03.99

Ta' Ġiorni — Tiswija f'residenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata l-gallerija tar-residenza fi Block 13, Door 15, Triq Bertha K.Ilg fil-Qasam tad-Djar f'Ta' Giorni (file 981102) peress li tinstab fi stat ħażin u hija perikoluża għal min jgħix fid-dar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jidher li hemm xi żball fl-indirizz billi ma jeżistix Blokk 13 iżda aktarx Blokk B. Jekk inhu l-każ jien infurmat mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar li x-xogħol ġie approvat u għandu jsir fi żmien qarib. 8.3.99

Pensjonijiet — Servizzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-pensjonanti li kienu jaħdmu mar-Royal Navy, Army u Royal Air Force ħadu kull sena żieda għall-għoli tal-ħajja mill-1979 sa l-1998 ħlief fl-1987 u fl-1989?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn is-snin 1982 u l-1989 ma ngħatat l-ebda żieda għall-għoli tal-ħajja. Għaldaqstat, ma kien hemm l-ebda pensjoni tas-sigurta' soċjali miżjuda b'xi żieda għall-għoli tal-ħajja f'dan il-perjodu. 8.3.99

Fabbrika ġdida tal-ħalib

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani biex tinbena fabbrika ġdida tal-produzzjoni tal-ħalib? Fejn se tinbena? Kemm se tkun kbira? X'se tkun il-kapaċita' produttiva tagħha? Kemm se jiswa l-proġett?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ġie ddentifikat sit ta' xi 3.7 ettaru biex tinbena l-fabbrika l-ġdida tal-ħalib. Hu ppjanat li l-fabbrika jkollha kapaċita' ta' iżjed minn 35,000 gallun ħalib kulljum. Dan il-proġett għandu jqum madwar Lm8 miljun. Dalwaqt jibdew il-konsultazzjonjiet ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar is-sit identifikat.