Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5223 Sitting 73 1999-03-09 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jkun ir-rwol tal-Project Management fil-kuntratt ta' Design and Build fl-isptar il-ġdid f'Tal Qroqq?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-rwol tal-'Project Management' fil-kuntratt ta''Design & Build' tiġi stabilita meta x-xogħol fuq il-'Memorandum of Understanding' ikun aktar avanzat.
Leg 9 PQ #5248 Sitting 73 1999-03-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

UE — Stipendji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, jekk l-istipendju li jingħataw lill-istudenti ta'l-Universita' jibqax jingħata jew trid tinbidel is-sistema? Jista' l-Ministru jgħid jekk iridx jingħata wkoll lill-istudenti barranin li jiġu mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li meta Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropeja, ma tkunx mitluba tneħħi jew tbiddel is-sistema ta' stipendju li jingħata lill-istudenti ta' l-Universita'. Jekk inbidlux jew le is-sistema ta' l-istipendju hija deċiżjoni tagħna li neħduha aħna u mhux tgħidilna x'nagħmlu l-Unjoni Ewropeja. Le. L-istipendju ma jridx jingħata lill-istudenti barranin li jiġu mill-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropeja. Nirreferi lill-Onor. Membru għad-Direttiva tal-Kunsill tal-Ministri numru 90/366 EEC illi filwaqt li tagħti lil dawn l-istudenti d-dritt ta' residenza, tagħmilha ċara illi huma ma jkunux intitolati għal stipendju f'pajjiżna.

UE — Vetturi

Question

Jekk Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, jista'l-Ministru jgħid jekk il-mod kif joħorġu l-permess għal taxis (bojod), minibuses (ħomor) u karozzi tal-linja jridx jiġi liberalizzat u kulħadd jista' jixtri dawn il-vetturi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-punti partikulari msemmija f`din id-domanda għad iridu jiġu diskussi.

UE — Burdnara

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, il-permessi tal-burdnara iridux jiġu liberalizzati u kulħadd jista' japplika u jingħata l-permess meħtieġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jista` l-Onor. Membru jispeċifika jekk f`din il-mistoqsija bil-kelma burdnara hux qed jirreferi għall-ħaddiema tal-port jew għall-burdnara li jġorru l-merkanzija bejn il-portijiet u l-imħazen ta` l-importaturi. Il-permessi tal-burdnara tal-merkanzija jinħarġu mill-Kontrollur tad-Dwana.

UE — Burdnara

Question

Kemm-il darba Malta ssir membru sħiħ ta'l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid kif se jiġu affettwati il-burdnara li llum huma mdaħħla fil-post workers scheme u fejn il-job jintiret mill-missier għall-iben, din is-sistema hija kompattibbli mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dritt għal wirt m`għadux japplika għall-ħaddiema tal-port li daħlu wara t-23 ta` Ottubru 1992. Dan b`riżultat tal-ftehim li ntlaħaq bejn il-Gvern u l-GWU fl-1992. Għalhekk dawn mhux ser ikunu effetwati b`xi regoli ta` l-Unjoni Ewropeja.

Furnara

Question

Billi safejn naf jien il-qamħ li jintuża mill-furnara (tal-ħobża ta' Malta) huwa ssussidjat u għalhekk il-ħobża ta' Malta toħroġ irħas, jista' l-Ministru jgħid, jekk is-sussidju jistax jingħata kemm-il darba Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea? Jekk jitneħħa, kemm huwa maħsub li tiġi tiswa ħobża ta' Malta llum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif diġa għidt meta weġibt mistoqsijiet simili, ma naħsibx li f'dan l-istadju hekk bikri wieħed jista' jesprimi ruħu dwar xi pass li jista' jkun meħtieġ li jittieħed fil-futur.
Leg 9 PQ #5267 Sitting 73 1999-03-09 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Levies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif proċedura li daħlet bi prova fi żmien Gvern Nazzjonalista, li tirrigwarda ħlasijiet tal-levy ta' 3mls fil-Lm1 u li taqa' taħt ix-xerrej, pitkal u bidwi, għada fis-seħħ sal-lum?

Response (ZAMMIT, NINU)

Din il-levy daħlet permezz tar-regolamenti tal-1989 dwar Drittijiet imħallsin f'Ċentri tal-Bejgħ ta' Prodotti tal-Biedja u kienet intenzjonata biex tiffinanzja skema ta' kaxxi ġodda u nodfa għal ġarr u bejgħ ta'ħaxxi. Sal-ġimgħa l-oħra stess ġiet inawgurata uffiċjalment magna tal-ħasil tal-kaxxi ġdida fil-Pitkalija. Dawn il-flus jintuzaw ukoll għall-spejjeż tal-ħasil tal-kaxxi, u xiri ta' kaxxi ġodda skond il-bżonn.
Leg 9 PQ #5269 Sitting 73 1999-03-09 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Maġġura

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-persuna li ngħatat il-promozzjoni ta' Maġġura fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin, li isimha qed jintbagħat separatament, mhijiex qegħda tagħmel xogħol relatat mal-promozzjoni msemmija u dan peress li din qegħda fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin bħala skrivana u saħansitra qegħda tirrifjuta li tmur lura fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant mhux talli mhux qed tirrifjuta li tmur lura fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin talli fil-fatt bdiet taqdi d-doveri tagħha fil-Faċilita' fl-1 ta' Marzu ta' din is-sena. Ninsab infurmat ukoll li din il-persuna, flimkien ma' oħrjan li għaddew mill-interview għal post ta' Senior Correctional Officer, ser jingħataw il-ħatra fil-ġranet li ġejjien. 09.03.99

Pulizija — Vetturi tat-tip commerced

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5005 dwar vetturi tat-tip commercial li jien poġġejt lill-Ministru ta' l-Intern fit-23 ta' Frar 1999 u cioe': "Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li vetturi tat-tip commercial se togħlilhom il-liċenzja tal-pulizija? Jekk se tiżdied b'kemm se tiżdied? Jekk se jkun hemm żieda, din se taffettwa lis-self employed ukoll, anke dawk li għandhom vettura jew vetturi li jħaddmu n-negozju tagħhom bihom"?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li m`hemm `l ebda hsieb li vetturi kummerċjali togħlilhom il-liċenzja tat-triq.
Leg 9 PQ #5284 Sitting 73 1999-03-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Triq Carolina Cauchi

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li qabel ma jingħata t-tarmac fi Triq Carolina Cauchi, ir-Rabat, Għawdex ma jsirx water culvert li huwa aktar neċessarju mit-tarmac għall-abitanti ta' l-istess triq li jirċievu volum kbir ta' ilma?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x-xogħol fi Triq Carolina Cauchi, ir-Rabat Għawdex qiegħed isir mill-Kunsill Lokali tar-Rabat.

Fgura — Asfaltar ta' toroq

Question

Peress li wara l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4860 ġejt informata mir-residenti ta' dawn it-toroq li s-servizzi neċessarji ta' qabel it-tarmac saru kollha mid-dipartimenti konċernati, jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru dawn it-toroq bit-tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

M`għandi xejn x`inżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 4860.
Leg 9 PQ #5310 Sitting 73 1999-03-09 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma r-rapport li deher fil-ġurnal "l-orizzont" (front page) bid-data 2/3/99 li hu maħsub li l-PBS jiġi żarmat fi żmien tliet snin? Għall-liema skop hu maħsub li jsir dan? X'se jiġri mill-ħaddiema tal-PBS li mhumiex impjegati taċ-ċivil? Kemm hemm ħaddiema fil-preżent mal-PBS?

Response (GALEA, LOUIS)

Le ma nikkonfermax. B'kollox, mal-PBS fil-preżent hemm 203 ħaddiema full-time u żewġ part-timers.

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għandha pensjoni żgħira tant li qed issibha diffiċli biex tlaħħaq mal-ħajja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata qed tirċievi pensjoni taħt il-Ftehim Reċiproku bejn Malta u l-Awstralja. Jiena nfurmat li r-rata ta' pensjoni kontributorja li qed tirċievi l-Armla issa, tirrefletti l-medja ta' kontribuzzjonijiet imħalsa jew akkreditati ta' żewġha hawn Malta. Ninforma lil Onor. Membru li l-persuna kkonċernata ser tiġi nfurmata dwar ik-każ tagħha kif ukoll tingħata l-pariri kollha biex tapplika għal dawk il-beneffiċċji kollha li jista' jkolla dritt għalihom. 9.3.99
Leg 9 PQ #5314 Sitting 73 1999-03-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kumpannija MGM

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għandu ppjanat il-gvern fil-futur għall-kupannija MGM (Malta Gantry)?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-futur tal-kumpanija Malta Gantry Manufacturing Ltd. huwa marbut b'mod dirett mal-kuntratt tal-Malta Freeport, taħt liema kuntratt il-kumpanija għandha l-obbligu li tissuplixxi numru ta' Quay Side Cranes u Rubber Tyred Gantry Cranes. Ir-rwol prinċipali tal-Malta Gantyr Manufacturing Limited fix-xhur li ġejjin ser ikun il-'commissioning' u d-'delivery' ta' dawn il-krejnijiet lill-Mlata Freeport.

Bormla — Crisis Intervention Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se tingħata l-attenzjoni li jixirqilha t-talba ta' numru ta' residenti minn Bormla li qed joġġezzjonaw għal bini ta' Crisis Intervention Centre f'Bormla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat Tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Nru. 212. 9.3.99
Leg 9 PQ #5318 Sitting 73 1999-03-09 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati grad grad f'kull sala ta' l-Isptar Monte Carmeli?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi skond kif ġej: WARDS NO DNO SN EN H.ASS H.AUX --------------------------------------- MW 2 1 0 6 10 1 2 MW3A 1 1 1 9 7 1 MW3B 1 0 0 10 7 2 MW5 0 1 3 5 11 1 MW6 1 0 1 4 2 2 MW7 1 0 0 9 3 2 MW8 1 0 0 8 4 2 JUV 1 1 0 4 6 2 YPU * 0 1 6 0 1 HWH 0 1 0 10 0 0 FW2 1 1 2 8 4 1 FW3 0 0 0 3 0 0 FW5A 1 0 0 5 5 1 FW5B 0 1 0 5 5 0 FW6 1 1 5 5 0 1 FW7 0 1 0 5 0 2 FW8 0 0 1 4 2 1 FW10 1 0 2 5 0 0 ------------------------------------- * Fil-'wards' JUV u YPO iservi fihom l-istess l-N.O.
Leg 9 PQ #5319 Sitting 73 1999-03-09 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Female Ward 2

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew trasferiti mpjegati mill-Female Ward 2 fl-Isptar Monte Carmeli?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għall-liema perjodu qed jirreferi.
Leg 9 PQ #5325 Sitting 73 1999-03-09 Oral · Final From: JOE CILIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn mindu ħarġet OPM Circular 4/99 datata 28/1/99 dwar is-sick leave ta' l-impjegati ċivili li tawtorizza li ministeri/dipartimenti jidħlu f'kuntratti ma' tobba individwali/gruppi ta' tobba biex jagħmlu house visits, kemm saru arranġamenti ta' dan it-tip? F'kull każ jista' l-Prim Ministru jgħid minn huma t-tobba/ditti ta' tobba nvoluti? Kif intgħażlu? X'inhi r-remunerazzjoni ta' dawn it-talin għal dan ix-xogħol?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Iċ-ċirkolari ta' l-OPM Numru 4/99 tawtorizza d-dipartimenti rispettivi jagħmlu l-arranġamenti tagħhom dwar il-verifika tas-sick leave minn tobba privati, u għalhekk nistieden l- Onorevoli Interpellant biex jindirizza d-domanda tiegħu lill-Ministeri rispettivi. Fil-każ tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tiegħi ninsab infurmat li dawn l- arranġamenti għad ma kienx hemm bżonn li jiġu ntrodotti.
Leg 9 PQ #5333 Sitting 73 1999-03-09 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Kunsill ta' l-Ewropa — Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ġew mibgħuta uffiċjali mill-Fond Soċjali tal-Kunsill ta' l-Ewropa mill-5 ta' Settembru, 1999 sal-lum? Meta ġew? X'deċiżjonijiet ittieħdu, jekk kien hemm, fuq il-proġetti li għaddejjin u li hemm ftehim finanzjarju fuqhom ma' l-istess fond?

Response (DALLI, JOHN)

Mill-5 ta` Settembru 1998 `l hawn kellna żjara waħda minn żewġ uffiċjali tal-Fond Soċjali għall-Iżvilupp tal-Kunsill ta` l-Ewropa. Dawn kienu Malta bejn l-14 u s-16 ta` Frar li għadda biex jevalwaw il-progress u xi tibdil li seta` sar jew hu ppjanat għall-Isptar l-ġdid tal-Qroqq. S`issa ma ttieħdu l-ebda deċiżjonijiet. Id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.