Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nies li ttellgħu l-qorti fl-1998 talli kisru l-ischool attendance laws?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' ġenituri, li matul is-sena 1998, ittellgħu l-Qorti talli naqsu milli jibgħatu l-uliedhom l-iskola kien ta' 3916. Il-Ministeru qed jieħu inizjattivi biex id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tkun f'pożizzjoni aħjar li tassigura l-attendenza regolari tat-tfal kollha fl-iskola.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet ta' tfal li jibqgħu unaccounted for, tfal li jkunu reġistrati ġo skola imma li l-iskola titlef kuntratt magħhom u mal-ġenituri tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-każijiet li fuqhom qed taħdem is-Sezzjoni Welfare huma kollha 'accounted for', għajr tlett itfal li fuqhom hemm kuntatt mal-pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri jieħu d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni biex jiżgura li kull tifel u tifla jkunu reġistrati ġo skola biex ikun ċert li ma jkunx hemm tfal li jitħallew barra kompletament mis-sistema edukattiva tagħna?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-materja diġa' hi regolat dettaljatament mill-liġi. Meta s-Social Workers jiltaqgħu ma xi każ bħal dak imsemmi mill-Onor. Membru, jużaw metodi skond il-proċeduri tas-Social Work biex dawn it-tfal jattendu l-iskola.
Jista' l-Ministru jgħid x'wassal lill-Unjoni Ewropea fl-update report biex tikkummenta fin-negattiv dwar il-korsijiet tad-dentistrija, mediċina u l-kors tal-midwives?
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex niżguraw li l-Unjoni Ewropea taċċetta li dawn il-korsijiet huma fil-fatt konformi mas-sistema edukattiva Ewropea billi huma bażati fuq is-sistema Ingliża?
Response (GALEA, LOUIS)
L-opinjoni hi fuq it-training tal-Family Practitioners (GPs) u mhux fuq il-Kors tal-Mediċina in ġenerali. Ħadd ma żar l-Iskola Medika jew l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa. Jiena fiduċjuż li meta jiġi l-waqt u jsiru l-visit uffiċjali, l-esperti kompetenti jkunu aktar sodisfatti bil-livelli kif inhuma l-Bordijiet kompetenti Ingliżi, Norveġiżi u oħrajn.
Ma nafx x'inhi r-raġuni għaliex l-Unjoni Ewropea fl-update report tikkummenta fin-negattiv dwar il-kors tal-midwives. Il-Korsijiet ta' Diploma u Degree jikkonformaw ma' direttivi ta' taħriġ neċessarju għall-midwives fl-Unjoni Ewropea. Id-Direttivi emendati għat-taħriġ tal-midwives 89/504/EU huma inkorporati fil-'aims and learning outcomes' ta' kull komponent tal-kors.
Jista' l-Ministru jgħid bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u t-28 ta' Frar, 1999: (i) x'kienu l-kuntratti li ngħataw mill-ministeru tiegħu; (ii) min għamel l-ispecifications; (iii) min għamel l-award; (iv)intalbu quotations; (v) kemm kienet kull quotation; (vi) min rebaħ kull kuntratt; u (vii) ingħataw extensions?
Response (REFALO, MICHAEL)
Il-pożizzjoni għadha kif kienet fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 2166.
Jista' l-Ministru jgħid bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u t-28 ta' Frar, 1999: (i) x'kienu l-kuntratti li ngħataw mill-ministeru tiegħu; (ii) min għamel l-ispecifications; (iii) min għamel l-award; (iv) intalbu quotations; (v) kemm kienet kull quotation; (vi) min rebaħ kull kuntratt; (vii) ingħataw extensions?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Kif jaf l-Onorevoli Inteprellant, minn meta nfetaħ dan il-Parlament f'Ottubru li għadda b'risposta għal diversi domandi fir-rigward ta' din il-Mistoqsija, diġa' tajt informazzjoni dettaljata, li f'kull każ inħlew ħafna żmien u enerġija biex tinġabar. Għalhekk, sakemm ma ningħatax raġuni valida 'l għala l-informazzjoni mitluba għandha tingħata, ma nara l-ebda skop li dan isir.
Jista' l-Ministru jgħid bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u t-28 ta' Frar, 1999: (i) x'kienu l-kuntratti li ngħataw mill-ministeru tiegħu; (ii) min għamel l-ispecifications; (iii) min għamel l-award; (iv) intalbu quotations; (v) kemm kienet kull quotation; (vi) min rebaħ kull kuntratt; (vii) ingħataw extensions?
Response (DALLI, JOHN)
Kif jaf l-Onorevoli Interpellant, minn meta fetaħ dan il-Parlament f`Ottubru li għadda b`risposta għall-diversi domandi fir-rigward ta` din il-mistoqsija, diġa` tajt informazzjoni dettaljata, li f`kull każ inħlew ħafna żmien u enerġija biex tinġabar. Għalhekk, sakemm ma ningħatax raġuni valida `l għala l-informazzjoni mitluba għandha tingħata, ma nara l-ebda skop li dan isir.
Jista' l-Ministru jgħid bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u t-28 ta' Frar, 1999: (i) x'kienu l-kuntratti li ngħataw mill-ministeru tiegħu; (ii) min għamel l-ispecifications; (iii) min għamel l-award; (iv) intalbu quotations; (v) kemm kienet kull quotation; (vi) min rebaħ kull kuntratt; u (vii) ingħataw extensions?
Response (GALEA, LOUIS)
Kif jaf l-Onor. Interpellant, minn meta fetaħ dan il-Parlament f'Ottubru li għadda b'risposta għall-diversi domandi fir-rigward ta' din il-mistoqsija, diġa' tajt informazzjoni dettaljata, li f'kull każ inħlew ħafna żmien u enerġija biex tinġabar. Għalhekk, sakemm ma ningħatax raġuni valida 'l għala l-informazzjoni mitluba għandha tingħata, ma nara l-ebda skop li dan isir.
Jista' l-Ministru jgħid bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u t-28 ta' Frar, 1999: (i) x'kienu l-kuntratti li ngħataw mill-ministeru tiegħu; (ii) min għamel l-ispecifications; (iii) min għamel l-award; (iv) intalbu quotations; (v) kemm kienet kull quotation; (vi) min rebaħ kull kuntratt; u (vii) ingħataw extensions?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif jaf l-Onor. Interpellant, minn meta fetaħ dan il-Parlament f'Ottubru li għadda b'risposta għall-diversi domandi fir-rigward ta' din il-Mistoqsija, diġa tajt informazzjoni dettaljata, li f'kull każ inħlew ħafna żmien u enerġija biex tinġabar. Għalhekk, sakemm ma ningħatax raġuni valida 'l għala l-informazzjoni mitluba għandha tingħata, ma nara l-ebda skop li dan isir.
9.3.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u t-28 ta' Frar, 1999: (i) x'kienu l-kuntratti li ngħataw mill-ministeru tiegħu; (ii) min għamel l-ispecifications; (iii) min għamel l-award; (iv) intalbu quotations; (v) kemm kienet kull quotation; (vi) min rebaħ kull kuntratt; u (vii) ingħataw extensions?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Bejn il-5 ta' Settembru 1998 u t-28 ta' Frar 1999, il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ħareġ offerta waħda għall-provvediment ta' trasport bix-xufier matul is-sena. Il-kwotazzjonijiet li ntbagħtu bi tweġiba għal din is-sejħa għal offerti bħalissa qed jiġu kkunsidrati mill-Kumitat għall-Kuntratti tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol fix-xahar ta' Diċembru mill-1990 sa l-1998?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dawn in-nies kienu qegħdin jirreżistraw għax-xogħol fuq l-ewwel Parti tar-reġistru fl-aħħar ta' Diċembru ta' kull sena:
1990 5,087
1991 4,919
1992 5,548
1993 6,175
1994 5,585
1995 5,247
1996 6,245
1997 7,149
1998 7,437
9.3.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għal bozoz ġodda fl-ibliet tat-Tieni Distrett?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talbiet pendenti għall-bozoz ġodda fl-ibliet li jiffurmaw it-Tieni Distrett Elettorali huwa kif ġej:
LOKALITA` NUMRU TA' TALBIET PENDENTI
Birgu 2
Bormla 8
Fgura 59
Isla 3
Kalkara 11
Xgħajra 5
Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' persuni li ngħataw kura għad-dipendenza fuq l-eroina, kokaina, ecstasy u drogi oħra separatament? Kemm kien hemm persuni li marru għall-kura li l-eta' tagħhom hi (a) taħt il-15-il sena; (b) taħt it-18-il sena u mhux anqas minn 16-il sena; (c) bejn id-19 u l-40 sena; (d) 'il fuq minn 40 sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Aġenzija Sedqa toffri żewġ tipi ta' kura għad-dipendenza mid-droga:
(a) kura medika li ġeneralment tingħata miċ-Ċentru tad-Detox Out-Patient kif ukoll ġewwa Dar l-Impenn, fejn fost l-oħrajn issir ditossifikazzjoni mid-droga;
(b) kif ukoll interventi psiko-soċjali aktar intensivi f'Units oħra.
F'dik li tirrigwarda kura medika, l-biċċa l-kbira tan-nies li jattendu huma dipendenti fuq id-droga eroina, għalkemm il-biċċa l-kbira minnhom jieħdu aktar minn droga waħda.
In-numru ta' individwi li ngħataw kura medika għad-dipendenza mid-drogi matul l-1998, kien 753.
L-etajiet tagħhom huwa kif ġej:
ETA NUMRU
<15 1
16-18 38
19-40 679
40+ 35
TOTAL 753
9.3.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu flus lill-għaqdiet volontarji u filantropiċi mid-dħul tas-Super Five fl-aħħar sentejn? Kemm ingħatat kull għaqda f'kull okkażjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Mistoqsija għandha ssir lill-Ministeru tal-Finanzi.
Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru 1998 x'kien in-numru ta' pulizija li telqu mill-Korp, xahar b'xahar? F'liema ranks kienu l-pulizija li telqu? Kemm minnhom kellhom diġa' 25 sena servizz?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li minn Settembru 1998 sa Frar 1999, in-numru ta' membri li telqu mill-Korp, xahar b'xahar, u l-grad tagħhom kien kif ġej : -
1998 1999
Grad Settembru Ottubru Novembru Diċembru Jannar Frar
Spettur - - - - - 1
Surġent 1 - - - - 2
Kuntistabbli 2 3 3 - 2 -
Ninsab infurmat ukoll li n-numru ta' membri minn dawn, li kellhom diġa' 25 sena servizz kien ta' 5 (3 Surġenti u 2 Kuntistabbli).
09.03.99
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni dwar bejgħ ta' prodotti ta' ikel u xorb mit-tuck shops ta' l-iskejjel? Isiru spezzjonijiet biex jiġi żgurat li qed isir bejgħ ta' prodotti li jipproteġu s-saħħa tat-tfal? Kemm saru spezzjonijiet fl-ewwel term ta' l-iskola? Instabu xi rregolaritajiet?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-1998 kemm kien hemm nies li marru jfittxu l-kura għad-dipendenza mid-droga fiċ-Ċentru tad-Detox ta' Malta u Għawdex separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħaddi din id-domanda lill-Onor. Ministru tal-Politika Soċjali u l-Onor. Ministru għal-Għawdex rispettivament.
Peress li Ħal-Lija, li bħala parroċċa tinkludi wkoll lill-Iklin, m'għandhiex għassa tal-pulizija, jista' l-Ministru jistudja l-possibbilta' li jinstab post biex tinfetah għassa? Jaf il-Ministru li l-eqreb għassa hi dik ta' Ħal Balzan u li ma tkunx miftuha fuq bażi regolari?
Response (BORG, TONIO)
Is-suġġeriment tal-Onor. Interpellant ser jiġi kkunsidrat. Infurmat ukoll illi l-għassa tal-Pulizija ta' Ħal Balzan tkun miftuħa regolarment.
09.03.99