B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4491, jista' pero' l-Ministru jgħid jekk in-nies qattx tħallew barra fix-xita waqt il-ħin tar-reġistrazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena nfurmat li uffiċjali tal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ qatt ma ġegħlu lir-reġistranti joqgħodu fix-xita waqt il-ħin tar-reġistrazzjoni.
9.3.99
Jista' l-Ministru jgħid kif qed jiġi assigurat li ż-żieda fil-prezz ta' mediċini, minħabba żidiet minn barra, qed tiġi applikata għall-mediċina bl-istess lot number u mhijiex tiġi applikata għal lots importati qabel bi prezz irħas?
Response (BONNICI, JOSEF)
Qiegħed isir monitoring fi spiżeriji f'Malta u f'Għawdex biex jiġi assigurat li meta jiżdied il-prezz ta' mediċina, din iż-żieda ma tgħaddix ukoll għall-konsenji ta' qabel ta' l-istess mediċina. L-istess ħaġa tiġri meta jiġi ordnat roħs fil-prezzijiet.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4485, jista' l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti ż-żieda fit-trasport li hija riflessa fiż-żieda tal-prezz tal-Calpol Sugar Free Under 6?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-prezz li kienet tikkwota l-kumpanija li tesporta l-Calpol Sugar Free Suspension Under 6 x 140ml kienet fuq bażi C.I.F. jiġifieri kien jinkludi t-transport.
Fl-aħħar żewġ konsenji, l-istess kumpanija kkwotat l-istess prezz ta' C.I.F. bħala FOB u żiedet l-ispejjeż tat-transport apparti. Dan kkaġuna ż-żieda fil-prezz.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 4517 dwar l-iżvilupp li sar fil-Food Romm fl-NAC?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-ewwel live food room ġiet żviluppata fl-1992 bħala parti ntegrali mill-iżvilupp oriġinali tal-hatchery. Fl-1995 ġie deċiż li l-hatchery tiġi mkabbra biex jiġu mkabbra l-opportunitajiet għar-riċerka (per eżempju ma kien għad hemm vaski kbar biżżejed biex isiru esperimenti ta' tfaqqis ta' speċi ta' ħut kbir bħall-aċċjol) u wkoll biex tiżdied il-produzzjoni tal-frieħ tal-awrat. Bħala parti minn dan il-programm ta' espansjoni inbniet it-tieni broodstock room (kamra b'vaski għall-ħut ġenitur) u t-tieni live food room. Sa Gunju tal-1998 it-tieni broodstock room tlestiet u ġiet mgħammra bil-ġenituri tal-awrat u l-aċċjol. Sa l-aħħar tal-1996 it-tieni live food room kienet prattikament lesta ħlief għal xi xogħolijiet żgħar li kien jonqos fl-elettriku u l-cold room kien għad trid tiġi attrezzata bit-tagħmir meħtieġ li jżomm it-temperatura mixtieqa. Dawn ix-xogħolijiet ħadu sal-aħħar tal-1997 biex tlestew. Ix-xogħol li sar fuq l-elettriku fl-1997 kellu jiġi rivedut għax ma sarx kif kellu jsir.
Dipartiment ta' l-Agrikoltura — Urban & Rural Landscaping
Question
Peress li matul l-amministrazzjoni preċedenti kien qed isir kordinament bejn diversi kunsilli lokali u l-Urban & Rural Landscaping tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u fost dawn kien hemm ukoll il-lokal tar-Rabat, jista' l-Ministru jikkonsidra li jkomplu x-xogħlijiet ta' landscaping fir-Rabat partikolarment fi Triq Santa Rita, Rabat, Howard Gardens u l-proġett ta' ġnien rikreattiv f'Għajn Qajjed Housing Estate?
Response (ZAMMIT, NINU)
Koordinament bejn diversi kunsilli lokali u d-Dipartiment tal-Agrikoltura jsir regolarment kemm dwar proġetti kif ukoll dwar manteniment ta' żoni partikolari. Ix-xogħolijiet isiru skond il-fondi u l-ħaddiema disponibbli.
B'riferenza għall-Protocoll ta' koperazzjoni bejn Malta u l-Libja fl-oqsma tal-biedja u s-sajd, iffirmat mill-amministrazzjoni preċedenti, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'sar mill-5 ta' Settembru u ċioe' kemm saru laqgħat ta' kontinwazzjoni u x'riżultati nkisbu?
Jista' l-Minsitru ġentilment jinforma lill-Kamra meta hija mistennija l-ewwel delegazzjoni żżur Malta u viċi versa dwar l-iżviluppi ta' l-imsemmija koperazzjoni?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Nitlob lill-Onorevoli nterperlant jindirizza din il-mistoqsija lill-awtoritajiet konċernati, jiġifieri lill-Onor. Ministru tal-Biedja u Sajd.
B'riferenza għal diversi mistoqsijiet parlamentari li għamilt tul iktar minn leġislatura waħda f'dan il-Parlament sabiex tiġi rimedjata l-problema ta' ħafna familji Rabtin li jixtiequ jkollhom ċimiterju fil-lokal, jista' l-Ministru jara li jikkordina laqgħa bejn l-uffiċjali u l-Membri Parlamentari tal-lokal sabiex din is-sitwazzjoni li ilha pendenti tant żmien tiġi rimedjata?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Kif kont wegħedt fir-Risposta Parlamentari Numru 4161 magħmula mill-istess Onor. Membru, jien tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika biex issir laqgħa mad-Deputati Parlamentari kollha tat-12 il-Distrett sabiex tinstab soluzzjoni dwar is-sitwazzjoni msemmija.
Din il-laqgħa ġiet iffissata 3 ġimgħat qabel ma l-Onor Interpellant għamel id-domanda. Fil-fatt din il-laqgħa inżammet id-Dipartiment nhar l-Erbgħa 24 ta' Frar fil-11.30 ta' filgħodu u d-deċiżjonijiet ġew ikkomunikati lill-pubbliku permess ta' 'Press Release' Nru. 261 datata 25 ta' Frar 1999.
Universita' — Dipartiment tal-Psychology - Studenti
Question
In vista tar-risposta mogħtija għad-domanda parlamentari numru 2005, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'se jiġri wara l-aħħar ta' Frar 1999 mill-istudenti li qed jattendu għal certificate course in Education (Classroom support trainee) organizzat mid-Dipartiment tal-Psychology fl-Universita' ta' Malta flimkien mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istudenti li attendew għal Certificate Course in Education (Classroom Support Trainee) organizzat mid-Dipartiment tal-Psychology fl-Universita' ta' Malta, ġew ingaġġati bħala Supply Kindergarten Assistants ma' tfal bi bżonnijiet speċjali.
Tajjeb wieħed iżomm quddiem għajnejh li l-kwalifika mitluba għall-mili ta' vakanzi f'dan ir-rigward fuq bażi regolari skond il-ftehim kollettiv s'issa hi dik ta' Diploma.
B'riferenza għad-domanda parlamentari numru 1994, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba kienx hemm xi żviluppi rigward kunsill ta' l-arti ffurmat minn artisti, mużiċisti u persuni tal-palk?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1987, rigward il-Gardjola li hemm fil-Bieb tal-Belt Sengleana, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'xogħol qiegħed jsir billi riċentement jidher li nbeda xi xogħol hemmhekk?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol li qed isir bħalissa fuq il-Gardjola tal-bieb fid-daħla ta' l-Isla huwa ta' manutenzjoni. F'dan l-istadju ġie deċiż li ma jsirx bdil ta' ġebel, imma li jitberflu l-fili miftuħin biex tiġi evitata aktar ħsara li kienet qed tiġri bid-dħul ta' ilma fl-istess fili. Il-ġebel l-aktar iddeterjorat ser jiġi rranġat permezz ta' 'plastic repair'. B'dan il-metodu jiġi żgurat li l-valur storiku tal-gardjola jibqa' intatt.
Ix-xogħol qed isir minn ħaddiema ta' l-Iskola tal-Bini taħt superviżjoni tat-Taqsima tar-Restawr, Ministeru għall-Ambjent.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk sarx studju fis-sezzjoni tat-Taxxi Interni li tieħu ħsieb il-ġbir tat-taxxa fis-suċċessjoni sabiex jiġi permess li armla tħallas bin-nifs l-ispejjeż tal-boll tal-kuntratt pubbliku, li huwa neċessarju, billi dan f'ċerti ċirkostanzi qiegħed ikun kaġun ta' tbatija żejda?
Response (DALLI, JOHN)
L-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti, 1993 tipprovdi li t-taxxa dovuta fuq kull trasferiment causa mortis għandha titħallas fi żmien ħmistax-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni causa mortis.
Jekk it-taxxa dovuta mill-benefiċjarji fuq id-dikjarazzjoni causa mortis tkun anqas minn elf lira u l-istess d-dikjarazzjoni tkun saret fi żmien sitt xhur mid-data tal-mewt tal-persuna li minnha joriġina t-trasferiment causa mortis ikun hemm rebate ta` Lm100.
Meta d-dikjarazzjoni causa mortis ssir wara sena mid-data tal-mewt jibda jitħallas imgħax ta` 8% fil-mija fuq l-ammont ta` taxxa dovuta għal kull sena jew parti minnha li tiskadi bejn l-ewwel anniversarju tad-data tal-mewt u d-data ta` l-għemil tad-dikjarazzjoni.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur viċin jitwaqqaf il-mekkaniżmu neċessarju għal "complaints section" ġewwa l-Qorti tal-Ġustizzja?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi bħalissa hemm diversi proġetti
għaddejjin fil-Qrati bil-ħsieb li jitjiebu s-servizzi għall-
pubbliku u anke għaddej studju mill-MEU dwar l-
amministrazzjoni kollha tal-Qrati.
Il-ħsieb hu li l-ewwel jissaħħu ċerti strutturi mbagħad
titwaqqaf Complaints Section.
Jista' l-Ministru ġentilment jappunta laqgħa tal-Control Commitee bejn il-Gvern u l-Kurja sabiex issir kontinwazzjoni tal-kas 290/96 u oħrajn bħalu sabiex ikun hemm deċiżjoni finali dwar fejn se jitħallas il-pagament tax-xiri ta' l-art?
Peress li dawn l-anzjani in kwestjoni ilhom aktar minn 20 sena mdendla, jista' l-Ministru jirrimedja fil-proċeduri neċessarji?
Response (BORG, TONIO)
Il-proposti għal qbil dwar kif għandu jsir ħlas ta' kumpens f'każ ta' art tal-Knisja okkupata illegalment għandhom jifformaw parti minn pakkett sħiħ ta' punti li jiġu miftehma bejn il-Gvern u l-Awtorita' Ekklesjastika'. Għalhekk l-ebda laqgħa waħda tal-Control Committee ma tista' ssolvi din il-problema. Nixtieq inżid li sar progress mhux żgħir dwar qbil fuq dan il-pakkett ta' proposti.
09.03.99
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4519?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-produzzjoni tal-ħut (fingerlings) fil-NAC qabel Ottubru ta' 1996 kienet kif ġej:
Sena Produzzjoni
1992 33,000
1993 251,000
1994 493,250
1995 1,263,814
1996 (qabel Ottubru) 709,687
Wara li l-Public Accounts Committee stħarreg il-każ sa fejn setgħa, dan l-istess kumitat irrifera l-materja kollha ta' ħlasijiet u nfiq minn dan iċ-ċentru lill-Awditur Generali li jirrapporta r-riżultat tal-istħarriġ tiegħu lill-Parlament.
Jista' l-Ministru jara li titwaħħal telephone box fi Pjazza Buleben, f'Ħal Tarxien għal konvenjenza tar-residenti ta' l-istess pjazza u tat-toroq tal-madwar, peress li l-eqreb waħda hija pjuttost 'il bogħod?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li ser ssir laqgħa bejn l-uffiċjal inkarigat mill-Payphones Section (Planning & Marketing) ta' Maltacom p.l.c. u l-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien biex jiġi stabbilit jekk hemmx il-ħtieġa ta' din il-cardphone kif qed jipproponi l-Onor. Interpellant.
Jekk minn din il-laqgħa jirriżulta li hemm ħtieġa ta' din il-cardphone, jittieħdu l-passi biex jiġi identifikat is-sit fejn din il-cardphone għandha titwaħħal mill-aktar fis possibbli.
Jista' l-Ministru jara li titwaħħal letter box fi Pjazza Buleben, f'Ħal Tarxien għal konvenjenza tar-residenti ta' l-istess pjazza peress li l-eqreb waħda hija pjuttost 'il bogħod?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li f`Ħal Tarxien ġa hemm sitt kaxxi ta` l-ittri. Dan in-numru ta` `letter boxes` suppost li jaqdi sew il-ħtiġijiet ta` lokalita bi 8000 ruħ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm individwi/ditti ingħataw refunds fuq il-VAT mill-1/1/99 sal-lum? Kemm jammontaw fi flus? Huwa minnu li refunds t'anqas minn Lm100 ingħatat direttiva biex jiġu mħallsin? Jekk fl-affermattiv, min ta din id-direttiva u kemm-il persuna/azjenda bbenefikat minnha?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta` Jannar 1999 sal-lum kien hemm 366 persuni reġistrati mad-Dipartiment tal-VAT li b`kollox ngħataw Lm808,902.59 f`refużjonijiet tal-VAT.
Skond l-Att tal-1994 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud, ħlas lura ta` kreditu eċċessiv li jsir dovut għandu jsir mhux aktar tard minn tletin jum mill-aħħar jum meta għandha tintbagħat id-denunzja tat-taxxa għall-perjodu ta` taxxa li jiġi wara, jkun kemm ikun l-ammont.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rranġati mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Jista' l-Ministru jagħti rendikont itemized dwar l-flus li ntnefqu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-5 ta' Settembru 1998 sat-28 ta' Frar 1999, intefqet is-somma ta' Lm987 f'"maintenance" fl-uffiċini tal-Ministeru għall-Politika Soċjali. B'referenza għat-tieni parti tal-Mistoqsija, sakemm ma ningħatax raġuni valida 'għala qed jintalab, ma nara l-ebda skop li jingħata r-"rendikont itemised".
9.3.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bniet li ħarġu tqal fiż-żmien li kienu għadhom qed jattendu l-iskola s-sena li għaddiet? X'kienu l-etajiet tagħhom? Dawn it-tfal jingħataw xi counselling mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istatistika tindika n-numru ta' dawk it-tfajliet tqal li attendew l-iSchoolgirl Mother's Unit u għalhekk ma tistax tiġi eskluża l-possibilita' li seta' kien hemm tfajliet tqal li m'għamlux użu mill-programm. Statistika eżatta tista' tittieħed biss mir-Reġistru Pubbliku.
Sena Taħti is-16-il Fuq is-16-il Total
Skolastika sena sena
1997-1998 42 31 73
1998-99(to date) 14 25 39
Meta tfajla taħt is-sittax-il sena tinqabad tqila, tingħata l-ewwel għajnuna permezz ta' counselling, mill-guidance teacher u mill-iSchool Counsellor ta' l-iskola stess. Meta tiġi rriferuta u tibda tattendi l-iSchoolgirl Mother's Unit tibda tingħata Counselling regolari mill-iSchoolgirl Mother's Unit. It-tfajla tingħata wkoll tagħrif u tagħlim dwar is-sitwazzjoni ġdida tagħha minn żewġ guidance teachers li jmexxu l-programm fil-Unit. Il-counselling jibqa' jingħata lit-tfajla anki wara t-twelid tat-tarbija, sakemm it-tfajla tibqa' titolbu. Meta tfajla żagħżugħa tinqabad tqila barra ż-żwieġ, jistgħu jinqalgħu problemi mhux biss għat-tfajla iżda wkoll għall-familjari tagħha. Għalhekk, l-iSchoolgirl Mother's Unit joffri counselling mhux biss lit-tfajla iżda wkoll lill-familja tagħha, kull meta dan jiġi mitlub.