Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment, linji diretti tat-telephones b'aċċess għal telefonati diretti għal barra minn Malta?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub huwa kif ġej:
Ministeru - 21 linja
Dwana - 14-il linja
Teżor - 3 linji
Kuntratti - 6 linji
Taxxi Interni - 2 linji
VAT - 4 linji
Lottu pubbliku - 3 linji
Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Linji diretti tat-telephones
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu fil-minsiteru kif ukoll fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment, linji diretti tat-telephones b'aċċess għal telefonati diretti għal barra minn Malta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li linji diretti tat-telephones b'aċċess għal telefonati diretti għal barra minn Malta hemm kif se nsemmi:
LINJI
SEGRETARJAT (MINISTERU) 11 (4 minnhom fax)
SEGRETARJAT PARLAMENTARI 8
DIPARTIMENT ŻGĦAŻAGĦ U SPORT 2
DIVIŻJONI TA' L-EDUKAZZJONI 26
DIPARTIMENT TA' L-EŻAMIJIET 2
DIPARTIMENT TAL-LIBRERIJI U
ARKIVJI 6
DIPARTIMENT TAL-KULTURA 4 (2 minnhom fax)
DIPARTIMENT TAL-MUŻEWIJIET (it-tagħtif mitlub għadu ma wasallix)
Ministeru għall-Politika Soċjali — Linji diretti tat-telephones
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment, linji diretti tat-telephones b'aċċess għal telefonati diretti għal barra minn Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
10.3.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandu fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment, linji diretti tat-telephones b'aċċess għal telefonati diretti għal barra minn Malta?
Response (MARCO, GUIDO DE)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar, u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandu fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, dipartiment b'dipartiment, linji diretti tat-telephones b'aċċess għal telefonati diretti għal barra minn Malta?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandu photocopy machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment?
Jista'l-Ministru jgħid x'ditta huma?
Meta nxtraw?
Kemm swew fi spejjeż?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ma jaħsibx il-Ministru li wasal iż-żmien li dawk li huma magħrufa bħala bouncers u li jaħdmu f'nightclubs u postijiet oħra jkollhom liċenzja tal-pulizija biex jiġi żgurata li dawk li jagħmlu dan ix-xogħol ikunu ta' kondotta tajba u li kapaċi jagħmlu dan ix-xogħol? Membri tal-Korp tal-Pulzija jridu permess biex jagħmlu dan ix-xogħol meta ma jkunux xogħol?
Response (BORG, TONIO)
L-Att ta' l-1996 dwar Gwardjani Privati u Lokali u l-Avviżi Legali sussegwenti konnessi ma' l-imsemmi Att jipprovdu għall-ħruġ tal-liċenzji li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant.
Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi membri tal-Korp tal-Pulizija ma jistgħux jagħmlu t-tip ta' xogħol fil-postijiet msemmija jekk ma jkunux hekk ordnati uffiċjalment.
10.03.99
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ir-riżultat għal Post of Head, Care Centre (Adult Training Centre) wara s-sejħa MPO Circular 50/97 (19 ta' Settembru, 1997) huwa ffirmat biss mis-segretarju tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku u mhux ukoll minn dawk kollha li kienu membri tal-bord li għamel l-intervisti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ir-riżultat għall-Postijiet ta' Head, Care Centre (Adult Training Centre) hija materja tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku u għalhekk ikun aħjar jekk l-Onor. Membru jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru li taħtu taqa' l-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.
10.3.99
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex kull meta kap ta' skola jiddeċiedi/tiddeċiedi li tiddaħħal uniformi ġdida, jogging suit, eċċ tikkonsulta l-ewwel lill-kunsill skolastiku li min-naħa tiegħu jikkonsulta lill-ġenituri qabel jittieħdu deċiżjonijiet arbitrarji li jnefqu lill-ġenituri spiża li mhux dejjem jistgħu jifilħu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li huwa dmir tal-Kunsill ta' l-Iskola li jikkonsulta l-ġenituri dwar dawk l-oqsma li jaqgħu taħt l-istess Kunsill fosthom xi tibdil fl-uniformijiet, jogging suits etc. Id-Diviżjoni se tiġbed l-attenzjoni tal-Kapijiet ta' l-iskejjel dwar dan.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu li tqiegħed żiemel f'parti mill-iskola primarja tal-Fgura?
Fejn waslu l-passi li bdew jittieħdu biex dan iż-żiemel ma jibqax jokkupa spazju f'din l-iskola b'detriment għad-dinjita' ta' l-iskola u s-saħħa ta' l-istudenti u kull min jaħdem f'dik l-iskola?
Tista' l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tintbagħat lura l-iskola primarja tal-Mellieħa wara li ntbagħtet Mosta Primary B, kif talbet b'ittra ta' l-4 ta' Frar, 1999 lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-preżent din il-persuna qed taqdi d-dmirijiet tagħha l-Mosta 'B'. Ir-raġuni li hi ma ntbagħtitx il-Mellieħa hija li f'din l-iskola intbagħtu nies li huma senior tagħha. Din l-informazzjoni ġiet spjegata bil-miktub lil din il-persuna.
Peress li fis-16 ta' Awissu, 1998 f'mass meeting fil-Fgura kkwotajt ġurnali lokali li kkwotaw sorsi anonimi li matul l-1998 biss Malta tilfet Lm100 miljun għax kienet ġiet iffriżata l-applikazzjoni għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid mil-liema fondi ta' l-Unjoni Ewropea ntilfu dawn il-Lm100 miljun? Kemm ġejjin minn dawn il-Lm100 miljun tul l-1999?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Il-ġurnali in kwistjoni rreferew għall-fondi li l-European Investment Bank kien poġġa għad-dispożizzjoni ta' stati kandidati għall-Unjoni Ewropea bħala parti mill-faċilitajiet bankarji ta' pre-adezzjoni.
L-iffriżar ta' l-applikazzjoni ta' Malta da parti tal-Gvern preċedenti ċaħħdet lil Malta milli tiġi kkunsiderata bħala stat kandidat, u bħala tali eliġibbli għal dawn il-fondi mill-European Investment Bank.
Malta għandha protokoll finanzjarju ma' l-Unjoni Ewropea li kont iffirmajt jien bħala Ministru ta' l-Affarijiet Barranin li se jibda jitwettaq proprju din is-sena, u li jipprovdi fondi ta' 45 Miljun ECU.
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4180, jista' l-Ministru jgħid fejn id-Dipartiment tat-Toroq iddeċieda li jibda x-xogħol fejn hu meħtieġ f'Ħal Qormi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ngħata kuntratt biex isir ix-xogħol ta` twaħħil ta` Traffic Lights f`żewġ lokalitajiet jiġifieri ġo Triq Duca u Triq l-Imdina. Dan ix-xogħol ikun jista` jsir meta jsir ix-xogħol meħtieġ ġo Triq l-Imdina.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4171, jista' l-Ministru jgħid min huwa l-avukat tal-gvern, meta nstemgħet il-kawża u meta se terġa' tinstema'?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3663, jista' l-Ministru jispjega kif Customer Service Assistant li qiegħed fl-istess grad ma' ieħor u t-tnejn wettqu l-istess ħidma, filwaqt li ta' l-ewwel għandu iżjed snin ta' servizz l-ieħor ġab iżjed marki fil-kriterji għall-esperjenza? Jista' l-Ministru jispjega wkoll kif ingħataw il-marki għall-esperjenzi?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni li qed tintalab hija ta' natura kunfidenzjali u personali. Tajjeb li wieħed jgħid li kull applikant għandu d-dritt jappella quddiem il-Board ta' l-Appelli (Promozzjonijiet) skond il-kriterji mniżżla f'Artiklu 3.1 tal-Ftehim Kollettiv.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3664, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki (bħal "O" levels) u xi kredenzjali ta' użu tal-Microsoft Package (Word u Excel) għandhom, jekk għandhom, l-erba ħaddiema in kwestjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-grad li għalih qed tirreferi l-onorevoli Interpellant huwa dak ta' Customer Services Officer. Tajjeb jingħad li s-sejħa interna biex jimtlew vakanzi f'dan il-grad ma kinitx tesiġi li l-applikant ikollu kwalifiki u kredenzjali ta' użu tal-Microsoft PAckage (Word u Excel).
Għaldaqstant ma narax li għandi nagħti nformazzjoni dwar kwalifiki ta' individwi meta l-applikazzjoni relattiva ma kinitx tesiġi li applikant ikollu kwalifiki biex seta' japplika għal dan il-grad.
Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir biex jiġi assigurat li r-refuġjati li qed jingħataw impjieg part-time ma jiġux sfruttati minn min jimpjegahom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta' l-"Expatriates", li hija l-awtorita' responsabbli li tapprova l-ħruġ ta' "employment licences", lill-persuni barranin, m'hi qed tapprova l-ebda "employment licence", kemm għal xogħol "full-time" kif ukoll "part-time", lill-persuni barranin a bażi ta' l-"istatus" tagħhom ta' refuġjati.
Irrid ngħid iżda li l-liġi taċ-CERA tkopri lill-ħaddiema kollha, inklużi dawk barranin, u li l-"Inspectors" tad-Dipartiment tax-Xogħol, meta jiltaqgħu ma xi rregolarita' dwar kundizzjonijiet ta' xogħol, anke meta tkun tinvolvi ħaddiema barranin, jieħdu l-miżuri meħtieġa skond il-liġi sabiex l-irregolarita' tiġi retifikata.
10.3.99