Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 4472?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ilment ta' l-Onor. Interpellant ġie investigat minn nies tal-manutenzjoni tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
L-"on the spot inspection" tat dan ir-riżultat:
(i) Il-ħsara msemmija ma tappartenix lill-iskola u hija
responsabilita' ta' entita' oħra li tissewwa;
(ii) Il-katusi li jridu jissewwew m'humiex tad-dranaġġ,
iżda ta' l-ilma tax-xita.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 4289?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq it-tieni parti tar-reġistru (part 2) fl-aħħar ta' Diċembru, 1998 kien ta' 473.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella fejn turi għall-liema tip ta' xogħol kienu qegħdin jirreġistraw.
15.3.99
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 4296?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' impjegati mal-Ministeru għall-Ambjent huwa maqsum kif jidher hawn taħt:
Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent
--------------------------------------- -
Head Office, Floriana 39
Pollution Control Unit, Vittoriosa 26
Waste Management Section, Marsascala 3
Countryside Section, Paola 142
Simar Nature Reserve 6
Għadira Nature Reserve 7
Fort Rinella 2
Taqsima tax-Xogħlijiet
----------------------
Finance & Administration & Director General 541
Building & Engineering 271
Manufacturing & Services 664
Roads 151
Drainage 445
Waste Management Strategy Implementation 812
Construction & Maintenance 993
B.I.C.C. 8
Ministeru għall-Ambjent
-----------------------
Ministeru, Floriana 34
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 4292, jista'l-Ministru jgħid x'tip ta'xogħol qegħdin jagħmlu t-tliet persuni li huma sekondati mal-Kalaxlokk mid-dipartimenti/korporazzjonijiet tal-Gvern?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-tlett persuni li bħalissa huma sekondati mal-Kalaxlokk huma okkupati kif ġej:
1. wieħed huwa nkarigat mis-superviżjoni tal-ħaddiema tal-Kumpanija li
bħalissa qed jagħmlu xogħol ta' kostruzzjoni fuq is-sit tal-Hilton.
2. wieħed huwa l-uniku surveyor li fadlilha l-Kumpanijia u jagħti
s-servizzi tiegħu fid-diversi xogħolijiet li l-istess kumpanija għandha
bħalissa.
3. wieħed huwa nkarigat mit-tmexxija tad-drawing office tal-Kumpanija.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ippreparat mill-Works Division dwar restawr ta' bini storiku msemmi fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 4834?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu sabiex il-problema ta' l-evażjoni tat-taxxa tiġi miġġielda?
Response (DALLI, JOHN)
Issa li ġiet imħaddma l-VAT raġa` ġie stabbilit audit trail aħjar milli kien hemm qabel.
Qegħdin jiġu mhejjija tibdil fil-proċessar tat-taxxa tad-Dħul li nisperaw ikunu jistgħu jiġu fis-seħħ min din is-sena.
Fl-istess ħin qed isir pjan ta` re-engineering tad-dipartiment tat-taxxi interni li għandu jimmodernizza din il-funzjoni u jagħtiha aktar kredibilita.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jinġabru taxxi mill-gżira ta' Għawdex u kif jikkompara ma' l-ispiża kapitali għall-istess gżira?
Response (DALLI, JOHN)
Fil-ġbir ta` taxxa (eżempju, Dazji, Liċenzji u taxxi oħra) ma tinżamx statistika jew elenku ta` taxxi miġbura minn Malta separata minn taxxa miġbura minn Għawdex. Għaldaqstant id-dħul ma jistax jiġi kkomparat man-nefqa kapitali fil-kuntest ta` Għawdex biss.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fi Triq San Ġużepp, il-Ħamrun saru lampi ġodda fuq iż-żewġ naħat tat-triq minflok dawk li hemm imdendla f'nofs it-triq? Kien ikkonsultat il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun qabel ma nbeda x-xogħol? Għaliex it-tqegħid ta' dawn il-lampi waqaf mal-konfini tal-Ħamrun u ma baqax tiela' fil-konfini ta' Santa Venera meta t-triq hi waħda u meta l-istess kunsilli lokali f'dak li hu riabilitazzjoni ta' Triq San Ġużepp qed jipprovaw jgħaqqdu flimkien ir-riżorsi tagħhom? Jista' l-Ministru jara li dan ix-xogħol jitkompla minnufih għal parti ta' Triq San Ġużepp li tagħmel ma' Santa Venera?
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vetturi li l-pulizija ġabret kull sena, mill-1994 sa l-1998, mit-toroq ta' Santa Venera?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' vetturi li l-Pulizija neħħiet mit-toroq ta' Santa Venera fis-snin 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998, kien ta' 9, 20, 40, 3 u 8 rispettivament.
15.03.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il reat li sar f'Santa Venera kien irrapportat lill-pulizija, sena b'sena, matul is-snin 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-istatistika kompjuterizzata li bdiet tinżamm minn Lulju 1997, in-numru ta' reati rrapurtati f'Santa Venera bejn Lulju u Diċembru 1997 kien ta' 106 filwaqt li bejn Jannar u Diċembru 1998 kien ta' 193.
15.03.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il lampa ġdida tqegħdet f'Santa Venera, sena b'sena mill-1994 sa l-aħħar tas-sena li għaddiet? F'liema toroq tqiegħdu? Liema lampi saru fuq talbiet tal-kunsill lokali?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduata oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-ġudikatura li għandhom xi kariga l-Universita'? Jista' jgħid x'inhi din il-kariga u kemm ilhom jokkupaw din il-kariga?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-membri tal-ġudikatura li għandhom kariga l-Universita' huma tnejn:
1. L-imħallef Vincent De Gaetano
Lettur Anzjan (Part-time) (T6) b'effett mill-20 ta'
Jannar 1994 (ma jitħallasx tas-servizz li jagħti)
2. L-imħallef Ġanninu Caruana Demajo
Lettur (Part-time) (T6) b'effett mill-1 ta' Diċembru 1998.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward liema residenti (lokalitajiet) jistgħu jużaw is-servizz mill-klinika ta' Bormla b'mod regolari, ġaladarba din terġa' tinfetaħ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li meta jerġa jiftah iċ-Centru ta' Bormla, se jkun jistħu jinqdew minnhu n-nies ta dawn il-lokalitajiet:
L-Isla
Bormla
Birgu
Kalkara
Zabbar
Marsaskala
Xgħajra
Parti mill-Fgura li għad trid tiġi stabbilita.
Jista' l-Ministru jara li ssir parti minn Triq Lia ġo Ħaż-Żabbar, liema triq hi soġġetta għal għargħar, u li peress anki l-kunsill lokali lest li jagħti sehmu f'din il-biċċa li kulħadd jaqbel li trid tingħata priorita'?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien imfurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ġa beda jagħmel pjan biex din it-triq tiġi asfaltata. Din il-biċċa xogħol hi diffiċli aktar mis-soltu peress li l-problema ta` l-għarar f`din it-triq li qed tiġi kkaġunata għax it-toroq fl-inħawi inbnew pratikament bla pendil.