Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35395 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Awissu 2002? Jista’ jikklassifika r-reati? Jista’ jgħid kemm ġew solvuti reati matul Awissu 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi it-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Awissu 2002 kien hemm 193 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.

Housing

Question

Meta fond rekwiżizzjonat mill-housing ikun se jinbiegħ mis-sid lill-inkwilin, jista’ l-Viċi Prim Ministru jgħid x’inhi l-proċedura dwar ħruġ ta’ de requisition u kemm normalment idum il-proċess mindu jsir il-bejgħ? Min se jixtri jkun irid jippreżenta wkoll kopja tal-konvenju jew sempliċement kopja tal-kuntratt?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena infurmat illi meta l-inkwilin ta' post rekwiżizzjonat ikun jixtieq jixtrih, hu għandu jitlob il-permess tad-Dipartiment. Wara li dan jingħata u jsir il-kuntratt, id-Dipartiment jinvestiga l-inkwilin għadux joqghod fil-post u jneħħi r-rekwiżizzjoni.

Housing

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35288, jista' jgħid kemm inbnew appartamenti fi Triq San Frangisk Bormla? Jista' jgħid kif u meta ser jiġu allokati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' tad-Djar bniet erbgħa appartamenti fi Triq San Franġisk, Bormla. Huwa ppjanat li dawn l-appartamenti jiġu referuti lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali sabiex jiġu allokati bil-kera lin-nies li qegħdin fuq il-waiting list tad-Dipartiment. Tali appartamenti ser jiġu trasferiti fi żmien qasir hekk kif l-installazzjoni tad-dawl u tal-ilma tiġi kompluta.

Slum Clearance

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35287, jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir xi proġett ta' slum clearance fl-area ta' Santa Liena Bormla? Jekk fl-affermattiv jista' jagħti indikazzjoni fejn ser jintlaqat u meta hemm il-ħsieb li jibda x-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tielet fażi tal-proġett ta' Santa Liena qegħdha tistenna l-approvazzjoni ta' l-Awtorita' Maltija għall-Ambjent u Ippjanar. Dan il-proġett ikopri l-area bejn Triq Hanover, Triq Santa Liena, Triq l-Irlandiżi, Triq San Mark u t-telgħa ta' Hanover. Ix-xogħol hu maħsub li jibda fl-2005 hekk kif ir-residenti jingħataw akkomodazzjoni alternattiva f'bini ġdid li tiela' fiż-żona ta' Triq San Gwann.

ETC

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35285, jista' jagħti figuri xahar b'xahar tan-numru ta' persuni li tilfu l-impjieg tagħhom minn Jannar 2002 sal-lum? Jista' jaqsamhom skond minn liema settur kienu ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba għall-perijodu minn Jannar sa Lulju 2002.

ETC

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35229, jista' jaġġornana bin-numru ta' dawk kollha li qed jirreġistraw għax-xogħol sal-lum? F'liema parti u x'inhija l-etajiet tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

F'Lulju 2002 in-numru ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ kien ta' 6,557 fuq l-ewwel parti u 620 fuq it-tieni parti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-kumplament ta' l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #35411 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

World Summit

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb parti mill-mistoqsija 35204 li tikkonċerna l-ministeru tiegħek, jista' jgħid kemm telgħet in-nefqa totali - inklużi passaġġi ta' l-ajru - fuq id-delegazzjoni li inti mexxejt fl-Afrika t'isfel in konnessjoni mal-world summit for sustainable development?

Response (BORG, TONIO)

Il-parti tan-nefqa tad-delegazzjoni mħallsa mill-Ministeru għall-Intern u l-Ambjent għal World Summit for Sustainable Development li nżammet fl-Afrika t`Isfel kienet ta` Lm13,997.42. Dan l-ammont ikopri l-ispejjeż taż-żjara tas-Segretarju Parlamentari, is-segretarju privat tiegħu, żewġ uffiċjali tal-ministeru, uffiċjal mill-MEPA, konsulent tal-ministeru, uffiċjal tal-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin u rappreżentant mill-Għaqdiet Mhux Governattivi. L-ispiża tkopri l-passaġġ u l-akkomodazzjoni tar-rappreżentant mill-Għaqdiet Mhux Governattivi. Kull delegazzjoni kienet mitluba li tinkludi tali rappreżentant.
Leg 9 PQ #35417 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Wara r-rapport li deher fi “The Malta Independent” tal-Ħadd ta’ l-1 ta’ Settembru 2000, dwar tfajla ta’ 13-il sena li nstabet f’nightclub fl-4.30 ta’ filgħodu, jista’ il-Ministru jgħid x’passi ħadu l-pulizija kontra s-sidien fejn instabet u fil-postijiet ta’ divertiment li kienet matul dik il-lejla? Fl-eventwalita’ li r-risposta tkun fin-negattiv, peress li isem omm it-tfajla issemma fir-rapport dan ma kienx aktar faċli għall-pulizija li tieħu passi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma irceviet l-ebda rapport dwar dan il-kaz, u m'ghandha l-ebda informazzjoni sabiex tista' tmexxi investigazzjoni u jittiehdu passi. Ninsab ukoll infurmat illi l-Pulizija taghmel spezzjonijiet regolari f'postijiet ta' divertiment sabiex tassigura li ma jkunx hemm tfal taht l-eta`.
Leg 9 PQ #35418 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm-il persuna nstabet tikkaċċa u tonsob illegalment mill-1 ta’ Jannar, 2002 sal-15 ta’ Settembru, 2002? F’liema inħawi nstabu? X’kienu l-akkużi prinċipali li nġiebu kontra dawn il-persuni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena, sal-15 ta` Settembru 2002, inqabdu 174 persuna u ittelgħu/ser jittelgħu l-Qorti bi ksur tar-Regolamenti ta` l-1993 dwar il-Ħarsien ta` l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ; Regolamenti ta` l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ (Dikjarazzjoni ta` Speċi Protetti u Riservi Naturali); u l-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66). Il-lokalitajiet li fihom inqabdu dawn il-persuni huma kif ġej:- Attard Iklin Rabat B`Buġia Imġarr Safi Baħar iċ-Ċagħaq Imnajdra Salina Bidnija Imtaħleb San Ġiljan Bormla Kalkara Siġġiewi Buskett Kennedy Grove Ta` Qali Ċirkewwa (Fliegu) Kirkop Tas-Silġ Delimara Luqa Wardija Dingli Madliena Wied Inċita Dwejra Magħtab Victoria Fawwara Manikata Xagħra Għarb Marfa Xewkija Għajn Tuffieħa Marsaskala Żabbar Għaxaq Marsaxlokk Żejtun Girgenti Mellieħa Żurrieq Ġnejna Pembroke Gudja Qala Ħal Far Qormi
Leg 9 PQ #35419 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-pulizija fit-taqsima ta’ l-ALE? X’vetturi u opri tal-baħar għandhom? X’taħriġ ingħataw dawn il-pulizija biex ikunu aktar effiċjenti fix-xogħol tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fit-Taqsima ta' l-A.L.E. hemm 26 membru tal-Pulizija. Dawn ghandhom ghad-dispozizzjoni taghhom 5 vetturi u 3 opri tal-bahar. Fix-xhur li ghaddew membri minn din it-Taqsima attendew kors, u kisbu licenzja mill-Istitut Marittimu ta' Malta sabiex jistghu juzaw opri tal-bahar li ghandhom mutur ta' aktar minn 100h.p. Attendew ukoll seminar mill-MCAST dwar il-ligijiet marittimi. Infurmat ukoll illi f'nofs is-sena 2001, membri ta' l-A.L.E. attendew kors intensiv ta' gimgha in konnessjoni max-xoghol investigattiv dwar speci ta' flora u fauna.
Leg 9 PQ #35420 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi biex dawk li jissejħu gwardji tas-sigurta’ jew bouncers jiġu lliċenzjati? Kemm saru laqgħat bejn uffiċjali ta’ l-intern u l-kummissarju tal-pulizija dwar dan minn Ġunju sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda zviluppi dwar dan is-suggett. Nirreferi ukoll lill-Onorevoli Interpellant ghat-Twegiba moghtija ghall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23014.

Kanali ta' l-Ilma

Question

Jista’ il-Ministru jgħid min hu responsabbli li jara li jitnaddfu l-kanali ta’ l-ilma mill-ħmieġ u terrapien li jinġabar matul iż-żmien biex ikunu ħielsa ħalli jgħaddi l-ilma tax-xita mingħajr xkiel? Id-dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħek jaraw li dan ix-xogħol isir? Għandu dettalji ta’ kemm sar minn dan ix-xogħol minn Mejju sal-lum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #35422 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Xiri ta' Kotba

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus biex inxtraw kotba ġodda għall-użu ta’ l-istudenti li jattendu l-iskejjel ta’ l-Istat għas-sena skolastika li se tibda fi ftit jiem? Ta’ liema suġġetti u ta’ liema livell? Jista’ jagħti l-istess dettalji għas-sena skolastika li għaddiet ukoll?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Vetturi

Question

Jista’ il-Ministru jagħti tagħrif kemm-il vettura tal-passiġġieri ġew fabbrikati f’Malta wara li jkunu ġew importati knocked down? Kemm minn dawn kienu mmuntati mil-lat industrijali u kemm mil-lat individwali? Kemm minn dawn iż-żewġ tipi ġew reġistrati ma’ l-uffiċċju tal-liċenzji? Kemm kien id-dħul tal-gvern f’dak li għandu x’jaqsam ma’ liċenzji f’dawn l-aħħar erba’ snin?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Tarmac

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 35130, jista' jgħid kemm ingħata tarmak, lokal lokal, b'kilometri u kemm ġie jiswa lill-gvern ċentrali għas-sena 2002?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' toroq hekk kif mituba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #35445 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli

Question

Jista` il-Ministru jgħid għalfejn persuni li kienu taħt terapija psikjatrika ġewwa l-isptar Monte Carmeli u ngħataw xi xogħol flok tpoġġew ġo half way house, ġie terminat l-impieg tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Persuni jistgħu ma jitħallewx jipparteċipaw fir-rehabilitation scheme ta` l-isptarMonte Carmeli għal xi waħda mir-raġunijiet msemmija hawn taħt: a. b'ordni tal-konsulent tagħhom. b. jekk l-ammont ta` flus li jkunu jaqilgħu mill-iskema jkun laħaq il-massimu stabbilit mill-liġi. ċ. jekk ikollhom xi penzjoni li ma tippermettilhomx li jkollhom xi dħul finanzjarju ieħor.

Għajnuna Soċjali

Question

Jista` il-Ministru jgħid meta sejjer jinħareġ l-għajnuna soċjali lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u dan wara li llum hija legalment separata u li hija tinsab disokkupata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ser tirċievi l-Għajnuna Soċjali fil-ġranet li ġejjin.
Leg 9 PQ #35463 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Airmalta

Question

Jista` il-Ministru jinforma lill-Kamra:- (a) jekk dawk l-i stewardesses ( flying ) mal-AirMalta li għal dawn l-aħħar 4 snin ilhom fuq bażi temporanju ( A pri l to Oct basis ) humiex ser isiru tal-post jew le? (b) Jekk hux minnu li tnejn minn dawn li isimhom qed jintbagħat separatament sarux tal-post u iffirmaw kuntratt ta’ impjieg permanenti b’effett mill-12/09/2002? (c) Jekk hu minnu, huwa possibli li l-istewardesses (air-hostesses) irġiel u nisa l-oħra jsiru wkoll tal-post (impjieg permanenti). (d) Fuq liema bażi intagħżlu dawn iż-żewġ persuni biss u għaliex huma? (e) Huwa minnu li ground-hostesses li s-sena li għaddiet ħadmu l-ewwel darba ukoll ġew tal-post b’effett mill-12/09/2002 u li issa se ssir internal applications jew transfer biex jibdew itiru (air hostesses)?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #35464 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Section

Question

Jista` il-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex il-kont IV 044967 maħruġ mis-CIR (Capital gains tax-section) – wara li dan ġie riċevut ‘il fuq minn sena wara u għalhekk kien preskritt - l-istess persuna qegħda tiġi persekwitata biex tħallas?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kont numru 44967 kien ilu li tlesta mid-dipartiment tal-Capital Transfer Duty sa mis-27 ta’ Marzu 2001 waqt li l-avviż lid-dipartiment dwar it-trasferiment ta’ proprjeta’ immobbli ġie ppreżentat fil-15 ta’ Ġunju, 2000. L-ewwel tentattiv li sar biex jiġi servut il-kont fuq it-taxpayer kien fit-28 ta’ Marzu, 2001. Oħt it-taxpayer li kienet tabita fil-fond trasferit fl-att notarili, irrifjutat li tirċievi l-kont f’isem ħuha. Ta’ min jinnota li l-kont l-ieħor relatat 44968 ġie servut lill-bejjiegħ fl-istess żmien u t-taxxa relattiva tħallset. Saru diversi tentattivi oħra biex jiġi servut il-kont 44967 peress li x-xerrej tal-fond li dwaru nħareġ il-kont kien imsiefer. L-aħħar ittra maħruġa mid-dipartiment bħala avviż tal-ħlas tat-taxxa bl-iskop li ma’ jintilifx ir-revenue dovut lid-Dipartiment nħarġet fl-24 ta’ Ġunju, 2002.