Legislature:
Category:
Reset
Active:

Londra — Kummissarju Għoli Malti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta kienet inxtrat il-karozza uffiċjali (I MLT) tal-Kummissarju Għoli Malti f'Londra qabel dik preżenti li ħarġet f'Ottubru, 1997? Kemm kienet swiet? X'kienu l-ispejjeż għal tiswija u manutenzjoni, sena b'sena, mindu nxtrat sakemm inbiegħet? Kemm-il darba nsterqet? X'kienu l-konsegwenzi fuq il-karozza u fuq il-Kummissjoni Għolja wara s-serq?

Response (MARCO, GUIDO DE)

L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.

Londra — Kummissarju Għoli Malti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il residenza uffiċjali kellu l-Kummissarju Għoli ta' Malta f'Londra mill-1987 sa l-1997? Fejn kienu? B'liema dati? X'kien il-ħlas kull ġimgħa fir-rigward ta' kull waħda? Għaliex sar it-tibdil u ċaqlieq? Jeżistu nventarji tad-diversi residenzi uffiċjali? Għaliex jekk jeżistu l-inventarji bid-dati, snin u referenza għal kull każ m'għandhomx jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra peress illi dawn jirrigwardaw direttament l-amministrazzjoni ta' flus il-poplu?

Response (MARCO, GUIDO DE)

L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #5480 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarji Permanenti — Mobile phone

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk is-segretarji permanenti li għandhom mobile phone? X'inhi l-ħtieġa li jkollhom dan is-servizz?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li s-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tiegħi m'għandux mobile phone, pero is-Segretarju Permanenti fit-Taqsima tal-Ġustizzja għandu din il- faċilita peress li jinqalgħu każi meta jkun hemm il-bżonn ta' konsultazzjoni urġenti miegħi jew mas-Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tiegħi barra l-ħin ta' l-uffiċċju. Dawn il-konsultazzjonijiet jistgħu jkunu wkoll minn naħa tal-Qorti, l-Avukat Ġenerali u, naturalment anke l- Ministri. Rigward is-Segretarji Permanenti f'Ministeri oħra, nitlob lil Onorevoli Interpellant jiġbor l-informazzjoni mill- Ministri individwalment.
Leg 9 PQ #5481 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Pjazza Sta. Margerita

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti relatati mal-proġett ta' Pjazza Sta. Margerita, Bormla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta mitluba.
Leg 9 PQ #5482 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Birgu — Harry Stanger School

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern għall-post magħruf bħala Harry Stanger school fil-Birgu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #5483 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Birgu — Bieb is-Sultan

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern għal Bieb is-Sultan fil-Birgu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol ta' restawr u manutenzjoni fuq is-swar tal-Kottonera m'huwiex ir-responsabbilta' tad-Dipartiment tal-Mużewijiet. Dan ix-xogħol, inkluż dak fuq Bieb is-Sultan, il-Birgu, huwa responsabbilta' tal-Kottonera Rehabilitation Project.

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-possibbilitajiet li l-familja li għandha file mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali bin-numru H 15467, tkun tista' tingħata post alternattiv għax qed tgħix f'żewġt ikmamar żgħar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi kkunsidrata flimkien mal-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali. 15.3.99
Leg 9 PQ #5485 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Bormla - G. Despott

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex se ssir sejħa sabiex jimtela l-post li hemm vakant ta' librar fl-iskola G. Despott, f'Bormla?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ser tiġi segwita l-proċedura tas-soltu u dalwaqt ser toħroġ 'call for applications' għal-librara. Din hi proċedura annwali u, l-ħatriet isiru fis-sena skolastika ta' wara.
Leg 9 PQ #5486 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Triq il-Pellegrinaġġ - Bozza

Question

Jista' l-Ministru jara li tissewwa bozza fi Triq il-Pellegrinaġġ, f'Bormla li ilha ma tixgħel numru ta' ġimgħat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-manutenzjoni meħtieġa saret fit-12 ta' Marzu 1999.
Leg 9 PQ #5508 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Servizz Ċivili — Pensjoni

Question

Peress li impjegati mal-gvern li huma intitolati għall-pensjoni tat-Teżor malli jagħlqu l-61 sena qed ikollhom jistennew ix-xhur qabel ma tingħatalhom, jista' l-Ministru jindaga x'inhi l-kawża ta' dan id-dewmien? Jista' l-Ministru jara li ma jkunx hemm iżjed dewmien fl-għoti ta' din il-pensjoni biex b'hekk tiġi evitata tbatija żejda lil dawn il-pensjonanti?

Response (DALLI, JOHN)

Huwa minnu li bħalissa hemm xi xogħol lura fit-Taqsima tal-Pensjonijiet tad-Dipartiment tat-Teżor. Ir-raġuni hija kemm mard fit-tul kif ukoll minħabba nuqqas ta` uffiċjali fit-Taqsima, u minħabba irtirar bil-pensjoni. Qed isir sforz biex, kemm jista` jkun malajr, ix-xogħol pendenti jitlesta u l-pensjonanti jibdew jirċievu l-pensjoni fi żmien raġjonevoli.
Leg 9 PQ #5509 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Ambjent

Ħamrun — Toroq

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3884 datata 19 ta' Jannar 1999 fejn il-Ministru rrifera għall-mistoqsija parlamentari numru 1758 fis-seduta 55, u b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari oħra tiegħi numru 4006 fejn il-Ministru rrefera għall-mistoqsija parlamentari numru 705 datata 3 ta' Novembru, 1998 meta qal li l-isfaltar isir wara li jkun żgurat li s-servizzi tqiegħdu b'mod permanenti, jista' l-Ministru jispjega għaliex ma sarx ix-xogħol fi Pjazza 7 ta' Ġunju, Ħamrun meta s-servizzi ilhom li tqiegħdu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Djar — Appartamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' tad-Djar għadhiex interessata li tixtri l-blokk appartamenti li d-dettalji tagħhom qed nibgħathom separatament? Jaf il-Ministru li kien ilhom għaddejjin diskussjonijiet għal żmien twil u kien ġie miftiehem it-tip ta' kumpens li se jingħata lir-residenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

F'qasir żmien, l-Awtorita' tad-Djar ser toħroġ skema biex tinkoraġixxi sidien ta' proprjeta' immobbli tal-privat biex ibigħuha lill-Awtorita' tad-Djar taħt ir-regolarmenti u kundizzjonijiet li jiggarantixxu trasparenza u biex jiġi użat l-istock ta' djar li sal-lum mhux okkupat. Kull applikazzjoni tiġi ġġudikata fuq il-meritu tagħha. 15.3.99

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, se tiġi rikonoxxuta fil-fond fejn tirrisjedi? Jaf il-Ministru li għalkemm din il-persuna daħlet f'dan il-fond biex ma tibqax fit-triq u sakemm tingħatalha akkomodazzjoni alternattiva dan qatt ma sar? Jaf il-Ministru li jekk tiġi nforzata eviction order fil-konfront tagħha, din se terġa' tispiċċa fit-triq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mhix il-policy li persuni, li jkunu okkupaw postijiet illegalment billi użaw vjolenza, jiġu rikonoxxuti fil-post. 15.3.99
Leg 9 PQ #5512 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għall-Ambjent

Pieta' — Tindif ta' pjazza

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli għax-xogħol ta' tindif tal-pjazza tal-Housing Estate tal-Pieta' u meta se jsir dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1560 (Seduta 15).
Leg 9 PQ #5519 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Każi ta' T.B.

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi rapportati ta' T.B. minn Ottubru, 1998 sal-lum, xahar b'xahar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Ottubru 1998 sa llum kellna disa' (9) każi ta' T.B. Minn dawn sitt(6) każi kienu T.B. Pulmonary u tlett(3) każi kienu T.B. Non-Pulmonary. Xahar b'xahar dawn il-każi kienu mqassmin skond kif ġej: XAHAR T.B. T.B. Pulmonary Non-Pulmonary ----------------------------------- ---------------- Ottubru 1998 5 1 Novembru 1998 - 2 Diċembru 1998 1 - Jannar 1999 - - Frar 1999 - - Sa 10 ta' Marzu 1999 - - ------------------------------------------------ -- TOTAL 6 3 ----------------------------------------------- ---
Leg 9 PQ #5521 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għawdex - Lezzjonijiet tal-matematika

Question

Jista' l-Ministru jgħid: 1) jekk huwiex veru li fil-form VI ta' Għawdex il-lezzjonijiet tal-matematika tnaqqsu minn erbgħa għal tnejn fil-ġimgħa; 2) għal liema raġunijiet ġara dan; 3) minn meta tnaqqsu dawn il-lezzjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li lill-ebda klassi ma tnaqqsulha lezzjonijiet tal-Matematika fis-VI Form ta' Għawdex.

Koperattiva Għawdxija — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid: 1) kemm ilu ma jitħallas imgħax fuq l-ishma lill-Membri tal-Koperattiva Għawdxija tal-Ħalib u Biedja; 2) għaliex mhuwiex jitħallas dan l-imgħax; u 3) jekk l-imgħax fuq l-ishma lill-Membri tal-Koperattiva Maltija tal-Ħalib qed jitħallas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li: 1. Il-membri tal-Koperattiva Għawdxija tal-Ħalib u Biedja, illum imsejjħa GOZITANO, ilhom ma jitħallsu mgħax fuq l-isħma mill-1978. 2. Ir-raġuni għal dan, huwa li ftit sar profitt, u meta sar dan, mar biex jagħmel tajjeb għal l-iżbilanċ fil-kont ta' qliegħ u telf tal-Koperattiva. 3. Il-Koperattiva ma għadx fadlilha membri li jissuplixxu l-ħalib peress li ġew reġistrati mal-Koperattiva Produtturi tal-Ħalib. 15.3.99

MMA — Chief executive

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni tal-pożizzjoni ta' chief executive fl-Awtorita' Marittima, meta din il-pożizzjoni lanqas hija biss ikkontemplata fil-liġi ta' l-istess awtorita' u fejn hemm biss tlett diretturi esekuttivi msemmija? Ġaladarba m'hemmx din il-pożizzjoni msemmija, kif tista' tiġi ġġustifikata paga ta' aktar minn Lm16,000 fis-sena apparti benefiċċji oħra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-liġi ta` l-Awtorita` Marittima tipprovdi għall-ħolqien ta` erba` Executive Directors. Iċ-Chief Executive huwa wkoll Chief Director. Il-kariga ta` Chief Executive qegħda fuq bażi indefinita. Fir-rigward tar-remunerazzjoni, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija fi Frar 1996 għal PQ 31167 (Seba` Leġislatura). Mill-1996 s`issa, iż-żiediet fir-remunerazzjoni bażika kienu jammontaw għall-Lm797.
Leg 9 PQ #5534 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Maħfriet Presidenzjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern huwiex qed jikkonsidra maħfra jew amnestija lill-ħabsin mal-bdil tal-President u mal-wasla tas-sena 2000? Jekk iva, min se jgawdi minn din il-maħfra jew amnestija?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4418 f'Seduta 68. 15.03.99

Malta Shipbuilding — Management Team

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx impjegati persuni fil-Management Team tal-Malta Shipbuilding mill-5 ta' Settembru, 'il hawn? Jekk iva, x'tip ta' xogħol jagħmlu u kemm qed jitħallsu kull wieħed?

Response (BONNICI, JOSEF)

Mill-5 ta' Settembru 1998 ġew impjegati tlett uffiċjali maniġerjali fuq bażi ta' kuntratt definit għal tlett snin. Dawn l-uffiċjali huma l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni li għandu salarju ta' Lm26,000; l-Uffiċjal Eżekuttiv għar-Riżorsi Umani li għandu salarju ta' Lm18,000 u l-Uffiċjal Eżekuttiv għall-Finanzi li għandu salarju ta' Lm12,000 u Lm2,000 bħala rimborż ta' spejjeż. Din l-iskala ta' salarji hija l-istess waħda li l-MIMCOL kienet iddiskutiet u rrakkomandat lill-amministrazzjoni preċedenti.