Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5110 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Infectious disease

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' infectious diseases irrapportati fl-1998 u tul Jannar? X'tip ta' mard infettiv kienu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill onor. Interpellant li n-numru totali ta' mard infettiv rappurtat fl-1998 u tul Jannar 1999 kien ta' 1724 każ. Dawn jinqasmu skond kif ġej: 1998 -------------------------------------------- Tip ta' Marda Nru. ta' Każi -------------------------------------------- Acute Flaccid Paralysis 8 AIDS 7 Brucellosis 4 Chickenpox 513 Shingles, Herpes Zoster 31 Creutzfield Jakop Disease 1 Viral Encephalitis, Acute 2 Erysipelas 5 Food Poisoning, Camppylobacter Każi ndividwali 22 Każi nvoluti f'outbreaks 4(1) Food Poisoning. E. Coli Każi ndividwali 1 Każi nvoluti f'outbreaks 2(1) Food Poisoning, Salmonella Każi ndividwali 98 Każi nvoluti f'outbreaks 378(29) Food Poisoning, Toxic Każi ndividwali 1 Każi nvoluti f'outbreaks 2(1) Food Poisoning, Unspecified Każi ndividwali 104 Każi nvoluti f'outbreaks 280(24) Hepatitis A Każi ndividwali 9 Ka;i nvoluti f'outbreaks 8(1) Hepatitis B 3 Hepatitis C 2 Legionnaire's Disease 2 Leishmaniasis, Cutaneous 26 Leishmaniasis, Visceral 6 Malaria (exogenous) 1 Measles 3 Meningitis, (Other bacterial) 17 Meningitis, Meningococcal 10 Septicaemia, Meningococcal 19 Mumps 8 Pneumonia 3 Rubella 8 Tetanus 1 Tuberculosis, Non-Pulmonary 4 Tuberculosis, Pulmonary 12 Typhus, Murine 42 Typhus, Tick-borne 23 Whooping Cough 4 --------------------------------------- TOTAL 1674 --------------------------------------- Not a: ----- In-numri ndikati fil-parentesi juru n-numru ta' Outbreaks li seħħew. JANNAR 1999 -------------------------------------------- Tip ta' Marda Nru. ta' Każi -------------------------------------------- Chickenpox 16 Shingles, Herpes Zoster 5 Viral Encephalitis, Acute 1 Erysipelas 1 Food Poisoning, Campylobacter Każi ndividwali 2 Każi nvoluti f'outbreaks - Food Poisoning, Salmonella Każi ndividwali 4 Każi nvoluti f'outbreaks 2(1) Food Poisoning, Unspecified Każi ndividwali 8 Każi nvoluti f'outbreaks 3(1) Leshmaniasis, Cutaneous 3 Meningitis, Meningococcal 1 Septicaemia, meningococcal 1 Mumps 1 Rubella 1 Scarlet Fever 1 --------------------------------------- TOTAL 50 --------------------------------------- Nota: ----- In-numri ndikati fil-parentesi juri n-numru ta' Outbreaks li seħħew.

Impjiegi — Redundancy

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nies tilfu x-xogħol minħabba redundancy tul Frar 1999? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-eta' tagħhom? Jista' l-Ministru jindika x-xogħol preċedenti tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. 15.3.99
Leg 9 PQ #5134 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Finanzi

GDP — Deficit

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ħa l-gvern tiegħu fl-aħħar sitt xhur biex jassigura li l-pajjiż jibda lejn it-triq li għandha twassal għal deficit ta' 3% tal-GDP?

Response (DALLI, JOHN)

Il-passi li ttieħdu huma konformi ma` dawk imħabbra fil-Budget f`Novembru li għadda.
Leg 9 PQ #5135 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ekonomija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid lil din il-Kamra fuqiex ibbaża d-dikjarazzjoni tiegħu riċentement li l-ekonomija qed tirpilja?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 4495.

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' Maltin u Għawdxin li jirċievu pensjoni mill-Awstralja fil-mument? Kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti? Kemm hu n-numru ta' talbiet li ġew rifjutati matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi l-pensjonijiet Awstraljani jinħadmu u jitħallsu direttament mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali Awstraljana l-istatistika mitluba minnu ma tinżammx mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ta' Malta. 15.3.99

Distrett Nru. 12 — Bus shelter

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir manutenzjoni tal-bus shelter tal-bliet u l-irħula tat-12-il distrett? Jekk fl-affermattiv, meta u fejn se jsiru x-xogħlijiet u meta se jitlestew?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-manutenzjoni tal-`bus shelters` issir skond il-ħtieġa u r-riżorsi finanzjari disponibbli. Jien infurmat li tant qed ikun hemm vandaliżmu fil-`bus shelters` li m`hux possibbli li fil-manutenzjoni u tiswija jitħejja programm. Jekk l-Onor. Interpellant jaf b`xi `bus shelter` partikolari li jeħtieġ manutenzjoni urġenti nitolbu jgħaddili l-informazzjoni biex tkun tista` tittieħed azzjoni.
Leg 9 PQ #5332 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Liċenzji ta' negozju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru u ntlaqgħu talbiet (separatament) mill-1994 sa l-1998, sena b'sena, biex negozji jbiddlu l-ġeneru tan-negozju tagħhom fil-liċenzji tal-pulizija? Jista' l-Ministru jelenka l-proċedura meħtieġa ta' tali każijiet? Kemm tieħu żmien bħala average talba simili biex tintlaqa'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' applikazzjonijiet għal-bdil tal-genere ta' negozju fil-liċenzja maħruġa mill-Pulizija, li saru fis-snin 1994, 1995, 1996, 1997, u 1998, kien ta' 54, 73, 57, 73 u 62 rispettivament, filwaqt li fl-istess snin, in-numru ta' applikazzjonijiet milqugħa kien ta' 51, 40, 39, 46 u 48 rispettivament. Ninsab infurmat ukoll illi biex isir bdil fil-genere ta' liċenzja ta' negozju trid timtela applikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Liċenzji, fid-Depot tal-Pulizija, il-Furjana. Ma l-applikazzjoni jridu jiġu ppreżentati l-kopja ta' liċenzja jew liċenzji eżistenti, flimkien ma' l-irċevuta ta' ħlas valida għas-sena kurrenti li fiha jintalab il-bdil tal-genere ta' negozju, kif ukoll 'clearance' jew permess mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar u dokumenti oħra skond il-genere tal-liċenzja. L-applikazzjoni mbagħad tiġi riferuta lid-Dipartimenti konċernati skond il-genere tal-liċenzja. Wara li l-applikazzjoni tkun ġiet ikklerjata (no objections) mid-Dipartimenti, din tintbagħat fid-Distrett tal-Pulizija tal-lokal biex tinħareġ il-liċenzja. Qabel ma jsir it-trasferiment jista' jkun il-każ li jkun meħtieġ li jintalab il-kunsens tal-ġirien li joqgħodu f'distanza ta' għoxrin (20) metru mill-post tan-negozju. Jekk ikun hemm oġġezzjonijiet mill-ġirien, l-applikazzjoni tiġi referuta lill-Bord tal-Pariri dwar Liċenzji tal-Pulizija u f'dan il-każ l-ipproċessar ta' l-applikazzjoni jitwaqqaf sakemm il-Bord jisma' l-ilmenti u jagħti l-pariri tiegħu. Fil-każ li l-Bord ikun tal-parir li l-liċenzja ma tingħatax, l-applikant jista' jagħmel appell quddiem it-Tribunal ta' l-Appelli dwar Liċenzji tal-Pulizija. Għalhekk l-Onorevoli Interpellant jifhem li mhux possibli li jingħata żmien definit li jittieħed biex isir trasferiment ta' liċenzja ta' negozju. 15.03.99
Leg 9 PQ #5384 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

METCO — Chairman

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta temm il-ħatra tiegħu ċ-chairman tal-METCO? Min inħatar min floku u meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Iċ-Chairman tal-METCO temm il-ħatra tiegħu b'effett mis-26 ta' Frar 1999. Iċ-Chairman il-ġdid għadu ma nħatarx.
Leg 9 PQ #5385 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Korporazzjonijiet/Aġenziji — Boards

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema boards ta' korporazzjonijiet jew aġenziji tal-gvern inħatru tul ix-xahar ta' Frar? Minn min huma komposti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul ix-xahar ta' Frar ġie appuntat il-Board tad-Diretturi tal-Maltapost plc. Dan huwa kompost miċ-Chairman is-Sur Frank Dimech u mid-Diretturi s-Sinjuri Anthony Debono, Paula Ganado, Dr. Joseph P. Farrugia, Joseph Farrugia. George Gatt u Tony Meilaq.
Leg 9 PQ #5386 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizzi Ekonomiċi — Konsulent

Question

Jikkonferma l-Ministru li konsulent tal-ministeru tiegħu qed iservi wkoll ta' Deputy Chairman tal-MDC? Jekk iva, x'inhuwa il-ħlas li qed jieħu miż-żewġ karigi? Billi huwa mifhum li din il-persuna taħdem wkoll fis-settur privat, kemm hi obbligata li tqatta' ħin fil-ġimgħa fil-ministeru?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-persuna li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant kienet konsulent fil-Ministeru tiegħi bejn il-15 ta' Settembru 1998 u l-31 ta' Diċembru 1998. Fil-preżent din il-persuna qed tirċievi remunerazzjoni ta' Lm1500 fis-sena kif jirċievu d-diretturi l-oħra ta' l-MDC. Naturalment la d-Deputat Chairman ta'l-MDC mhuwiex konsulent fil-Ministeru ma għandu l-ebda obbligu li jagħmel xi ħin fil-Ministeru.
Leg 9 PQ #5387 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Swatar — St Martins' College

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jintervjeni mad-diriġenti ta' St Martins' College fis-Swatar billi minkejja rappreżentazzjonijiet li saru mir-residenti għad hemm inkonvenjent kbir għal dawn ta' l-aħħar minħabba l-ispotlights qawwija li jkun hemm jixgħelu fil-għaxija fid-direzzjoni tad-djar residenzjali?

Response (GALEA, LOUIS)

Filwaqt li l-materja strettament ma tirrigwardjax lill-Ministeru tiegħi, tlabt lid-Direttur konċernat isaqsi lid-diriġenti ta' l-iskola imsemmija għar-rejazzjoni tagħhom.

San Gwann — 32D, Block 8, Oak Street

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-fond 32D, Block 8, Oak Street, San Ġwann huwiex preżentement okkupat mill-inkwilin? Jista' jinvestiga rapporti li wasluli li dan m'huwiex il-każ u li l-fond jista' jkun qed jintuża għal skopijiet oħra apparti minn dawk residenzjali? Dan qed isir fuq diversi ilmenti li wasluli minn residenti ta' l-istess block.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-fond indikat hu mikri lill-persuna li bħalissa tinsab miżmuma b'arrest. Id-Dipartiment għandu nformazzjoni bil-miktub mid-Direttur tal-Ħabs li l-kerrej jaf bil-membri tal-familja li qed jidħlu fil-post u dan qed jagħmluh bil-permess tiegħu. 15.3.99
Leg 9 PQ #5389 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Task Force tal-Gvern — Terms of reference

Question

Jista' l-Ministru jippublika it-terms of reference speċifiċi li ngħataw il-membri tal-privatisation task force tal-Gvern? X'remunerazzjoni se jkollhom dawn il-persuni? Għall kemm żmien tgħodd il-ħatra tagħhom/ Wara r-reazzjoni negattiva li kien hemm mill-GWU, mill-oppożizzjoni u minn diversi setturi ta' l-opinjoni pubblika u ta' l-istampa lokali (mhux Laburista) dwar dan, iħossx l-Ministru li jista' jkun hemm konflitt ta' interess f'dan kollu?

Response (DALLI, JOHN)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra t-terms of reference tal-`Privatisation Unit`. Il-membri ta` din it-task force huma maħtura għal sena u ma jirċievu ebda remunerazzjoni. L-issue tal-`conflict of interest` ġiet diskussa ma` kull membru tal-Bord li ġej mis-settur privat qabel ma ġew appuntati. B`riżultat ta` dawn id-diskussjonijiet wieħed mill-persuni li kienu nvitati biex joqgħod fuq il-Bord m`aċċettax minħabba possibbilta` ta` konflitt ta` interess.

Birkirkara — Triq il-Vaguni

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-kisi bit-tarmac ta' Triq il-Vaguni, Birkirkara tiġi nkluża bħala parti mill-proġett ta' Psaila Street, Birkirkara?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt is-suġġeriment tal-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tat-Toroq biex jiġi ikkunsidrat.
Leg 9 PQ #5402 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Birgu

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-kuntratti, konvenju jew pjanti relattivi fuq il-Mejda tal-Kamra, li qed jiġu mħejjija bejn il-konsorzju u l-Gvern fuq l-art li tinsab fil-Birgu?

Response (BORG, TONIO)

Il-proġett li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellanti jaqa' taħt il-Ministeru għall-Ambjent u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat. 15.03.99
Leg 9 PQ #5403 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Proprjeta' tal-Gvern — Kiri minn Membri Parlamentari

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-Membri ta' din il-Kamra li f'isimhom jew f'isem ir-raġel jew il-mara tagħhom jew f'isem it-tfal jew permezz ta' kumpannija kontrollata minnhom qegħdin jikru proprjeta' mingħand il-Gvern jew mingħand aġenziji jew kumpanniji tal-Gvern? Jista' l-Ministru jipprovdi lista ta' din il-proprjeta'?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra. 15.03.99
Leg 9 PQ #5405 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment ta' l-Ambjent — Technical Officers

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li sar matul dawn l-aħħar sentejn mit-technical officers fid-Diviżjoni tad-Dipartiment ta' l-Ambjent magħrufa bħala Ospizio?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-Technical Officers li qiegħed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant jagħmlu parti mis-Sezzjoni tar-Regolamenti Ġodda għall-Bini. F'dawn l-aħħar sentejn dawn in-nies ħadu ħsieb jiġbru l-informazzjoni meħtieġa dwar ir-regolamenti tal-bini li għandna Malta, kif ukoll informazzjoni oħra li tirrigwardja regolamenti simili ta' pajjiżi barranin u taw l-għajnuna tagħhom biex ġie ppreparat l-abbozz ta' liġi ġdida kif ukoll dokumenti ta' gwida (practical guidance documents) għal ma' dawn ir-regolamenti ġodda.
Leg 9 PQ #5406 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Għajn Tuffieħa — Parking space

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra b'mod spedit il-pożizzjoni ta' parking ta' karozzi fl-inħawi ta' Għajn Tuffieħa 'l fuq mill-bajja? Jikkonsidra li bi ftit landscaping jista' jinħoloq numru konsiderevoli ta' parking f'post hekk frekwentat mill-poplu Malti partikolarment fil-Ħdud? Jikkonsidra l-Ministru li dan ix-xogħol jibda mill-aktar fis ħalli għax-xhur tas-sajf ma jkunx hemm dik il-konfużjoni ta' traffiku f'bajja hekk popolari?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

MDC — Space area

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-sitwazzjoni ta' l-availability space area li għandha f'idejha l-MDC għal skop ta' ħażna jew operat industrijali? X'inhi l-pożizzjoni attwali ta' Ħal-Far vis-a-vis l-MDC? Għaliex postijiet f'Ħal Far jinsabu mitluqa u abbandunati meta jistgħu jintużaw b'mod ekonomiku aħjar? Liema minn din l-area f'Ħal Far hija taħt ir-responsabbilta' ta' l-MDC?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-availability space area tinbidel minn żmien għal żmien. 250-500 1000-1500 2000-3000 UFFIĊINI Malta 4 1 3 4 Għawdex 1 - - 3 Ser ikun hemm ukoll 38 fabbrika ta' 100 metru kwadru ġewwa Malta li ser ikunu amministrati mill-IPSE bħala Business Incubation Units. Fil-preżent l-MDC għandha wkoll numru ta' fabbriki vojta li huma allokati lill-investituri ġodda. F'xi fabbriki minn dawn qed isir xogħol ta' refurbishing biex dawn il-fabbriki jibdew joperaw. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Qasam Industrijali ta' Ħal-Far m'hemmx postijiet tal-MDC li huma abbandunati. Hemm xi postijiet vojta li huma allokati jew earmarked fejn xogħol ta' 'refurbishment' qed isir jew mistenni jibda dalwaqt mill-MDC jew mill-okkupant innifsu. Xi wħud minn dawn il-postijiet ġew lura f'idejn l-MDC wara proċeduri li ttieħdu fix-xhur li għaddew. L-MDC għandha post ġewwa Ħal Far li tużah bħala maħżen. L-area li hija amministrata mill-MDC ġewwa Ħal Far hija dik li għaddiet għand il-Korporazzjoni permezz ta' l-Avviż Legali numru 67 tal-1993.
Leg 9 PQ #5408 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Numri tal-bibien

Question

Jista' l-Ministru jinformana meta hemm il-ħsieb li jingħataw in-numri lil bibien fid-diversi toroq ta' Ħal Qormi, partikolarment Triq il-Proża?

Response (BORG, TONIO)

Is-suġġett tal-Mistoqsija jaqa' taħt il-Ministeru għall-Ambjent u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat. 15.03.99