Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5681 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Statali - Abbużi sesswali

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward każi rrapportati ta' abbuż sesswali fl-iskejjel statali matul din is-sena skolastika? Jaf il-Ministru b'każi repetuti ta' bullying ġewwa l-iSkola Ġuże' Damato f'Raħal Ġdid? X'qed isir fuq din il-problema?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma ġewx irrappurtati każi ta' abbuż sesswali fl-iskejjel statali matul din is-sena skolastika; Fl-iskola Sekondarja tas-Subien Ġuże' D'Amato, f'Raħal Ġdid, ġew irrappurtati għaxar każi ta' bullying lill-Counsellor u lill-Guidance Teachers; Il-Counsellor ta' l-Iskola u l-Guidance Teachers jagħtu counselling u sapport lis-'survivors/victims' dawk li jkunu ġew bullied. Lil dawk li jagħmlu l-bullying il-'perpetrators' hemm min ikollu bżonn counselling, u hemm min ikun iddixxiplinat skond il-kodiċi ta' dixxipplina ta' l-iskola. Ix-xogħol ma' l-istudenti dwar il-bullying għadu sejjer.
Leg 9 PQ #3372 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tat-Turiżmu

Juventus — Sponsorships

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ingħatat somma ta' flus bħala sponsorships lil promoturi li organizzaw iż-żjara tal-Juventus f'Malta? Jista' l-Ministru jgħid min kienu dawn il-promoturi? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet tammonta s-somma mogħtija u mil-liema fond ġiet mogħtija? Jista' l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret, ma' min saret u fejn saret qabel ġie deċiż, li jingħata dan l-isponsorship? Jista' jgħid x'forma ta' ftehim ġie milħuq u meta ġie milħuq u min innegozjah? Jista' jgħid jekk sarx ftehim bil-miktub u jekk sar ipoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (REFALO, MICHAEL)

Il-logħba bejn it-tim tal-Juventus u selezzjoni Maltija ġiet meqjusa bħala opportunita' biex il-gżejjer tagħna jingħataw pubbliċita' estensiva barra minn Malta. Fil-fatt, minbarra li l-logħba intweriet fuq l-istazzjon Taljan 'Rai Tre', din ixxandret ukoll fuq l-istazzjon tal-'cable' ġewwa Franza, l-'AB Sports', l-'Egypt TV' ta' l-Eġittu, kif ukoll il-'JCS' ta' l-Iżrael. Din it-tip ta' promozzjoni għal Malta kienet tassew 'cost effective' meta wieħed iqis li huwa stmat li madwar ħmistax il-miljun telespettatur raw din il-logħba, kif ukoll l-'ispots' pubbliċitarji dwar Malta, li ppreparat l-NTOM u li ntwerew fl-intervall tal-logħba. Il-promozzjoni ta' dan l-avveniment ġiet ikkoordinata mill-'Head Office' ta' l-NTOM u l-uffiċċji tagħna f'Milan u Pariġi, flimkien mal-Juventus F.C. L-ispiża totali ta' din l-inizzjattiva għall-NTOM ġiet tammonta għall-Lm11,000. Kienet il-kumpanija 'Robert Arrigo & Sons Ltd' li ressqet il-proposta oriġinali u, kif ingħad qabel, l-avveniment tqis sew mid-diriġenza tal-'N.T.O.M.' kif ukoll minni li kien ta' siwi promozzjonali għal Malta. Il-ftehim dwar il-partita sar mill-promoturi u l-Juventus u għaldaqstant mhuwiex propjeta' pubblika. Iżda ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala kontro-partita għall-isponsorizzazzjoni Malta kisbet il-vantaġġi u d-drittijiet pubbliċitarji, fosthom dak li ssemma aktar 'l fuq.
Leg 9 PQ #3477 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bieb tal-Palazz — Kenn għas-suldati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li suldati li jkunu duty ħdejn il-bieb tal-Palazz issirilhom partition pulita biex ikunu għal kenn l-aktar fi ġranet kesħin tax-xitwa?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li f'Jannar 1997, meta l-Armata kienet għadha responsabbli għas-sigurta fil-Parlament, l-Armata kienet intalbet tikkonsidra din il-possibbilta. Madankollu, kien ġie deċiż mill-Armata li ma titpoġġiex xi forma ta' sentry box fid-daħla prinċipali tal-Palazz. Waħda mir-raġunijiet għal dan kienet li s-suldat li jkun qed jaqdi dmirijiet ta' sigurta fil-Palazz huwa obbligat li joqgħod fil-bieb prinċipali tal-Palazz u allura ma kienx ikun jagħmel sens li titpoġġa sentry box meta s-suldat ma jistax joqgħod fiha. Tajjeb li jingħad ukoll li s-suldat li jkun għassa fil-bieb prinċipali jitbiddel ma ieħor minn ħin għal ħin.

Raħal Ġdid — Dar il-Wens

Question

Jista' l-Ministru jara jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu l-flus għal Dar il-Wens f'Raħal Ġdid?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-għotjiet ta' fondi pubbliċi lill-organiżżazzjonijiet mhux Governattivi mill-allokazzjoni finanzjara li tingħata lil dan il-Ministeru għal dan l-iskop, isiru fuq bażi ta' rakkomandazzjonijiet li jagħmel lill-Ministru responsabbli Bord maħtur apposta, jiġifieri l-'NGO Project Selection Committee'. Naturalment, dan il-Bord irid isib bilanċ bejn ir-riżorsi allokati fl-Estimi u n-numru sostanzjali ta' talbiet li jkunu saru mill-ħafna organiżżazzjonijiet mhux Governattivi li qed joperaw f'pajjiżna b'sens qawwi ta' dedikazzjoni. 15.3.99
Leg 9 PQ #3479 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Gudja — Tax-Xlejli - Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsiru l-kuntratti li saru fuq il-konvenji fit-2 ta' Lulju, 1982 ta' plots tal-gvern fi Triq Dorell, il-Gudja area tax-Xlejli?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-plots li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant għad ma jistgħux jiġu trasferiti lill-Awtorita' tad-Djar qabel ma jiġu finalizzati l-kuntratti għall-akkwist ta' l-istess art mill-Gvern. 15.03.99
Leg 9 PQ #3516 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni kollha li huma fis-segretarjat privat tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed u f'liema impjieg kienu l-aħħar qabel ġew fis-segretarjat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3454 (Seduta 51).

Raħal Ġdid — Triq Għajn Dwieli - Bankini

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 719 dwar bankini fi Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid, peress li ġejt informat li s-servizzi huma mgħoddija kollha, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn il-bankini jsiru peress li ilhom imwegħda madwar erba' snin?

Response (GALEA, ĊENSU)

M`għandi xejn x`inżid fuq l-informazzjoni mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Num. 719.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Photocopy machines

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandu photocopy machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (MARCO, GUIDO DE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li tagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru għall-Politika Soċjali — Photocopy machines

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu photocopy machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li jipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru. Nerġa ntenni li din it-tip ta' nformazzjoni ma tidher li hi ta' ebda nteress pubbliku u fil-futur ma nħossx li għandi noqgħod naħli l-ħin ta' numru ta' uffiċjali f'diversi Dipartimenti jiġbru din it-tip ta' nformazzjoni. 15.3.99
Leg 9 PQ #3616 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Photocopy machines

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu photocopy machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Kollega għat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet preċedenti ta' l-istess natura.
Leg 9 PQ #3617 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Photocopy machines

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu photocopy machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub huwa kif ġej: Dipartiment Numru u Ditta Meta Nxtraw Kemm Swew Lm Ministeru 7 Mita 1994, 95, 96, 98 9,831 Dwana 7 Sanyo 1992, 93, 94 4,770 8 Canon 1992, 93, 94 3,805 9 Olivetti 1995, 96, 97 6,707 6 Ricoh 1997 2,355 4 Mita 1998 2,100 1 Xerox 1998 1,400 1 Toshiba 1994 750 1 Konika 1994 460 Teżor 1 Mita 1994 1,695 Kuntratti 1 Canon 1994 390 1 Xerox 1986 1,236.25 1 Xerox 1996 mikrija Lm71.30 fix-xahar Taxxi Interni 4 Triumph Adler 1996 2,124 9 Xerox 1996, 97, 98 7,050 2 Konika 1994, 95 1,250 3 Canon 1996 3,825 3 Xerox a. 1990 a. mikrija Lm76 fix-xahar b. 1995 b. mikrija Lm76 fix-xahar c. 1992 c. mikrija Lm45 fix-xahar VAT 1 Konika 1992 890 7 Xerox 1995, 96 8,590.5 2 Ricoh 1995, 98 1,245 Lottu Pubbliku 3 (Olivetti, Konika, Xerox) 1993 - 98 1,998
Leg 9 PQ #3618 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Photocopy machines

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu photocopy machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li fil-Ministeru għall-Ambjent u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu hemm dawn il-Photocopy Machines: DITTA META KEMM NXTRAW SWEW -------------------------------------------- ---------------------------- Ministeru għall-Ambjent Olivetti Copia 7041 1992 Lm 700. Konica-2028 1995 Lm 1400. Model 5334 1995 Lm 1989.50 Konica-7728 1996 Lm 3790. Lanier-6717 1993 Lm 2920.72 Central Districts Unit Konica 2028 N/A N/A Develop 1500 N/A N/A Olivetti N/A N/A Waste Management Minilta EP 1991 Lm 500. Infotec 1993 Lm 950. Mashautec 1997 Lm 552. Building & Engineering Nashautec 1997 Lm 585. Nashautec 1998 Lm 595. Canon 1994 Lm 2977. Finance & Administration Mita DC 3055 1996 Lm 1150. Develop 1850 1995 Lm 840. Mita 1996 Lm 1150. Develop 1996 Lm 980. Mita 1997 Lm 1400. Olivetti 1993 Lm 789. Mita 1997 Lm 1400. Konica 1992 Lm 880. Construction & Maintenance Develop N/A N/A Canon N/A N/A Door Numbering Unit Konica 1993 Lm 870. Maint. of Road Infrastructure Develop 1996 Lm 500. Marine Nashante 1998 Lm 589. Drainage Mita 1991 N/A Infotec 1991 Lm 800. B.I.C.C. Mita 1997 Lm 975. Konica 1997 Lm 3790. Storm Water Systems Unit Konica N/A N/A Valletta Rehab. Project Konica 1992 N/A Manufacturing & Servicing Konica 1015 1997 Lm 422. Develop 3550 1997 Lm 1300. Konica 2028 N/A N/A Environment Protection Mita DC 4060 1998 Lm 1900. Ricoh FT 5535 1997 Lm 1900. P.C.C.U. Mita Dc 4060 1998 Lm 1900. Konica 1020 1993 N/A Countryside Infotec 1992 Lm 950. Waste Management Infotec 1995 Lm 1750.
Leg 9 PQ #3619 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Photocopy machines

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu photocopy machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 3567 fis-Seduta 67 tat-23 ta' Frar 1999.
Leg 9 PQ #4755 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min suppost jiffirma r-riżultati wara l-għażla li ssir minn bordijiet li fihom ikun hemm rappreżentant tal-PSC biex jagħtu promozzjonijiet fis-Servizz Pubbliku?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li r-riżultati li għalihom għamel riferenza l- Onorevoli Interpellant jiġu ffirmati mis-Segretarju tal- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Leg 9 PQ #4805 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

UE — Raba' Protokoll finanzjarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-proposti li kienu ġew allokati anke fondi mir-Raba' Protokol Finanzjarju ma' l-Unjoni Ewropea dwar Kulleġġ Vokazzjonali bħala parti mir-ristrutturar ta' l-industrija li għandu bżonn pajjiżna biex jiffaċċja l-futur? L-istess fondi se jintużaw għal dan il-Kulleġġ? X'se jilħaq isir f'dan il-qasam biex ma nitilfux il-fondi msemmija?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #4806 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Valletta — Wires fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien sar minnhom iż-Lm2 miljun miġjuba minn fondi ta' l-Unjoni Ewropea biex il-wires fit-toroq tal-Belt Valletta jgħaddu minn taħt l-art minflok jibqgħu jkerrħu l-Belt? Kemm intnefqu minnhom? Kemm jonqos jintnefqu minnhom? Meta jiskadi ż-żmien sakemm jistgħu jintużaw, il-bqija jintilfu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #4807 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Diskussjonijiet

Question

Waqt li naqbel li fl-iskejjel tagħna jkun hemm mumenti li l-għalliema u l-istudenti jiddiskutu flimkien kwestjonijiet kurrenti bħall-VAT, l-Unjoni Ewropea, eċċ..., jista' l-Ministru jara li jsir appell lill-għalliema biex jippruvaw ma jitrattawx dawn is-suġġetti b'mod partiġjan u ta' propaganda għax waqt li hemm għalliema li kapaċi jiddiskutu b'moħħ miftuħ u jgħinu lill-istudenti jkollhom moħħ miftuħ, hemm għalliema li sfortunatament jintilfu fil-passjoni partiġjana u jkomplu jxerrdu kultura politika fqira f'pajjiżna?

Response (GALEA, LOUIS)

Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onor. Kollega għall-konsiderazzjoni tad-Dipartiment konċernat fi ħdan id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #4808 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Burmarrad — Kappella ta' San Pawl Milqi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Kappella ta' San Pawl Milqi ġo Burmarrad mhix tinfetaħ għall-pubbliku? X'passi qed jittieħdu biex din il-kappella tiġi mħarsa kif jixraq? X'jista' jsir biex din il-kappella tinfetaħ għall-pubbliku għax bħalissa l-uniku mod kif taraha hu billi taqbeż iċ-ċint, kif spiss jiġri, u tidħol bil-liberta' kollha fil-post?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s'issa l-Kappella ta' San Pawl Milqi tinfetah għall-pubbliku kull meta jkun hemm rikjesta mill-parroċċa ta' Burmarrad. Hekk seħħ anki fl-10 ta' Frar li għadda, liema jum kien il-festa tal-miġja ta' San Pawl. Dwar l-aħħar żewġ partijiet tal-Mistoqsija tlabt lid-Dipartiment tal-Mużewijiet jagħtini t-tagħrif u l-ispjegazzjonijiet meħtieġa.

Kummerċ

Question

Peress li wara żjajjar fi ħwienet fir-Rabat ta' Malta s-Segretarju Parlamentari l-Onor. Edwin Vassallo ġie rrapportat li qal li minn studju li għandu l-gvern juri li l-kummerċ beda jirpilja, jista' l-Ministru jikkonferma li qal hekk? Jista' jgħid għal-liema studju qed jirriferi? Jista' jpoġġi kopja ta' l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fl-okkażjoni msemmija, is-Segretarju Parlamentari tkellem dwar analiżi u mhux dwar studju. Lanqas ir-rapporti li għalihom saret referenza ma jsemmu xi studju. Analiżi taċ-ċifri għax-xahar ta' Jannar 1999 turi żieda ta' 22 fil-mija fl-importazzjoni u ta' 27 fil-mija fl-esportazzjoni. Din iż-żieda hija indikazzjoni ta' attivita ekonomika aktar mgħaġġla. Ukoll ir-rapport tal-Bank Ċentrali għal Diċembru 1998, fit-taqsima Business Perceptions Survey, indika stennija ta' żieda fl-attivita ekonomika fl-ewwel sitt xhur ta' l-1999.

Maltacom — Bord ta' l-Appelli

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-bord ta' l-appelli (promozzjonijiet) fil-Maltacom plc kemm wara l-protesta u l-petizzjoni li xi mpjegati kienu ressqu lill-istess Ministru u kemm wara diversi rapporti li dehru fil-media? Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord, jekk il-bord hux qed jiltaqa' u jekk le, għaliex u jekk hux qed jisma' l-appelli mressqa u jekk le, meta beħsiebu jibda jismagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4663 magħmula mill-istess Interpellant fuq l-istess suġġett.